Illum previous editions

ILLUM 9 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1208898

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 analiżi IL-ĦADD 9 TA' FRAR 2020 • illum IS-SANCTE PAOLE L-ANTIFONA LI SARET L-IDENTITÀ TAL- FESTA TA' SAN PAWL FIL-BELT Fl-ewwel minn sensiela ta' artikli dwar l-antifoni, il-gazzetta ILLUM tħares lejn l-istorja wara s-Sancte Paole, waħda mill- aktar antifoni popolari u importanti tal-gżejjer Maltin u li hija kważi kważi istituzzjoni għall-Pawlini Beltin YENDRICK CIOFFI Għadda l-ewwel xahar tas-sena u Frar daħal ġmielu u miegħu ġab l-ewwel festa tas-sena, dik tan-Nawfraġju ta' San Pawl li tiġi ċċelebrata kull sena b'tant solennità fil-Belt Valletta. Matul is-sentejn li għaddew, il- gazzetta ILLUM tista' tgħid li niżżlet isimha bħala l-gazzetta tal-festi fejn dejjem tat spazju biex tippromwovi dak kollu li jagħmel il-Festa Maltija dik li hi u esponiet ix-xogħol li jsir tul is-sena kollha minn eluf ta' voluntiera. Sa issa, il-gazzetta ILLUM ħarset lejn it-tradizzjonijiet fid-diversi bliet u rħula u anke l-opri tal-arti li jżejnu l-knejjes u t-toroq tagħna matul il- ġranet tal-festi. Żgur li l-aspett mużikali, kemm il- mużika sagra u anke l-marċi, huwa patrimonju li kull festa f 'Malta u Għawdex tista' tiaħar bih. Fil-fatt, din is-sena, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tħares lejn dan l-aspett u se tkun qed tiċċelebra l-festa permezz tal-antifona li x'aktarx, apparti l-innu, tkun l-aktar biċċa mużika popolari u għall-qalb id-devoti u d-dilettanti tal-festa. Jekk hawn antifona popolari, bla dubju ta' xejn din hija s-Sancte Paole tas-Surmast Paolo Nani. Hija antifona popolari mhux biss mal- Pawlini Beltin, li wiċċhom jixgħel mal-ewwel daqqa tagħha fuq it-timpani, iżda tista' tgħid mad- dilettanti tal-festi. F'dan il-Ħadd, Lejlet is-Solennità tan-Nawfraġju ta' San Pawl, il- gazzetta ILLUM se tkun qed tħares lejn din l-antifona, l-istorja tagħha, il-polemiċi li qajmet u l-importanza tagħha. Imma l-antifona x'inhi? Tajjeb li fl-ewwel artiklu minn din is-sensiela dwar l-antifoni, nispjegaw xi tfisser antifona. Kieku kellna nagħtu tifsira sempliċi, antifona tfisser silta mużikali, li tindaqq mill- orkestra bil-kliem bil-Latin dwar il-qaddis jew il-qaddisa li tagħhom tkun qed tiġi ċċelebrata l-festa. L-antifona, fost oħrajn, tilqa' l-vara malli tidħol lura fil-knisja wara l-purċissjoni. Iżda kieku kellna nagħtu definizzjoni aktar dettaljata u fonda ta' antifona, irridu nħarsu lejn dik magħrufa bħala l-Liturġija tas- Sigħat, jiġifieri t-talb permezz tas- Salmi li l-Knisja tagħmel f 'ħinijiet differenti tal-ġurnata, bħalma huwa dak magħruf bħala l-Għasar, jiġifieri t-talba li l-Knisja tagħmel fi nżul ix- xemx. L-antifoni huma versi qosra li jintroduċu s-Salmi waqt il-Liturġija tas-Sigħat. Kull antifona tingħad jew titkanta darbtejn, jiġifieri qabel is- Salm li qed tintroduċi u anke warajh. Normalment, dawn jitkantaw bil- Gregorjan. L-antifona tal-festa x'aktarx li tittieħed mil-Liturġija tas-Sigħat, ġeneralment tkun dik ta' qabel il- Magnificat tal-Għasar, anke jekk inqatgħet għalkollox minnha. Magħha x'aktarx li jkun żdied xi kliem u ma jitkantax bil-Gregorjan iżda b'orkestra u bi stil barokk. Fil- fatt, l-antifona kif jafuha l-Maltin ma ssibha mkien aktar. Ma ninsewx li fi żminijiet l-imgħoddija, meta t-teatri kienu biss tas-sinjuri, il-knejjes żviluppaw bħala t-teatru tal-poplu u għalhekk l-armar huwa rikk u l-mużika hija elaborata. Mhux ta' b'xejn li l-antifona hija mlaqqma bħala "l-opra tal-fqar." Kif spjegajna, għalhekk, l-antifona fil-festi, ma baqgħetx tintroduċi salm. Nistgħu ngħidu li l-antifona saret innu, xi it jew wisq aktar elaborat, għall-patrun jew il-patruna. Ġeneralment, kull knisja jkollha aktar minn antifona waħda. Antifona sekondarja, li x'aktarx tkun inqas fit-tul, titkanta fil-ġranet tan-Novena jew inkella tul it-Tridu, filwaqt li l-antifona l-propja titħalla għall-aktar jumejn importanti tal- festa, jiġifieri lejlet il-festa, waqt it- Tranżulazzjoni Solenni tal-festa, u dakinhar tal-festa. Dakinhar tal-festa x'aktarx li tindaqq darbtejn, jiġifieri fi tmiem il-Pontifikal jew il-quddiesa solenni tal-festa u filgħaxija malli l-vara tidħol lura fil-knisja. Hemm lokalitajiet, fejn l-antifona tant hija għall-qalb il-poplu, li mad- dħul tal-vara tindaqq darbtejn u x'aktarx li lanqas biss ikun hemm bżonn kor għax kulħadd ikun jaa u jkantaha, bħal ngħidu aħna fil- festa tal-Immakulata Kunċizzjoni ta' Bormla. Is-Sancte Paule ... istituzzjoni għall- Pawlini Beltin Ġietna tajba li l-ewwel antifona minn din is-sensiela, hija propju s-Sancte Paole Apostole, jew sempliċiment is-Sancte Paole kif inhi magħrufa. Din l-antifona hija importanti ħafna u mhux biss għax għall-Pawlini Beltin hija kważi kważi istituzzjoni. Anke jekk is-Sancte Paole mhijiex l-aktar antifona antika, għax hemm antifoni oħra, fosthom l-antifona 'Hodie Maria Virgo' tal-Katidral ta' Għawdex jew dawk miktuba minn Vincenzo Bugeja, li kien Maestro di Cappella tad-Dumnikani tal-Belt Valletta u li huma aktar antiki, jibqa' l-fatt li x'aktarx kienet din l-antifona li ħolqot din ir-rabta bejn il-festa Maltija u l-antifona. Kif spjegat qabel, is-Sancte Paule ħarġet mill-pinna tas-surmast u l-kompożitur Malti Paolo Nani fl- 1840. Mill-pinna ta' Nani ħarġu wħud mill-isbaħ u l-aktar antifoni popolari li wieħed isib f 'Malta, fosthom il- Flos Carmeli tas-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu tal- Belt Valletta, l-antifona Gloriosae Virginis Mariae tan-Naxxar u Ego Sum tas-Siġġiewi. Ta' min isemmi wkoll li meta Paolo Nani kiteb l-antifona Sancte Paule din kienet itwal minn kif tindaqq fil-ġranet tal-festa ta' San Pawl Nawfrago. Min kien Paolo Nani? Meta ssemmi l-familja Nani tal-Belt Valletta, moħħok imur mill-ewwel fuq il-mużika. Anke jekk Paolo Nani ma kienx l-ewwel mużiċista ta' din il-familja, huwa niżżel ismu bħala wieħed mill-aqwa kompożituri Maltin tas-seklu 19. Nani twieled il-Belt Valletta fit-18 ta' Novembru tal-1814 u forsi it jafu li apparti li kien mużiċista, kien ukoll avukat. Huwa studja l-mużika kemm f 'Malta iżda anke f 'Napli. Fil-fatt, meta rritorna lura Malta huwa waqqaf il-Cappella

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 February 2020