Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1211427
21 oroskopju illum • IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2020 Il-bidu taż-żodijaku ta' Pisces Nhar l-Erbgħa 19 ta' Frar jibda l-aħħar żodijaku ta' Pisces Għalkemm ħafna jaqilbu l-kalendarju żodijaku mal- kalendarju Ruman, dan ma jaqbilx mal-kalendarju żodijaku. U propju hu dan is-sinifikat li se nipprova nwassal fil-kalendarju żodijaku li jibda mill-21 ta' Marzu. U għalhekk Pisces hija l-aħħar stilla ta' dan il- kalendarju. Pisces ser tkun twassal l-għarfien tal-pożizzjoni tagħna. Aktar minn hekk tpoġġik f 'direzzjoni sabiex tibda ż-żodijaku kemm jista' jkun pożittiva. Pisces toħloq ħafna sentimentaliżmu. Fil-fatt tul dan iż-żodijaku ħafna jħossuhom f 'aktar imħabba. Waqt li dawk li mhumiex fl-imħabba jkunu aktar konxji tagħhom infushom. Ovvjament hemm ħafna aktar informazzjoni imma minħabba l-ispazju limitat mhux possibbli nwassal dak kollu. Jekk trid aktar informazzjoni ibgħat messaġġ fuq 79495804 jew żur is-sit tiegħi www.pauljon13.com Namaste Il-bidu taż-żodijaku ta' Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Il-bidu taż-żodijaku ta' Pisces għal Aquarius ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk. Għal dawn il-ħmistax int trid tagħraf aktar kif timxi fil-madwar tiegħel fejn f 'dan il-proċess trid tagħraf l-imġiba u l-bżonn li twettaq. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma:23, 25, 27 u 29 Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Il-bidu taż-żodijaku ta' Pisces għal Pisces ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk. Però, l-aktar li int tagħraf lilek innifsek hija l-karriera. Dan għaliex ser ikun hemm responsabbilità ġdida għalik li ser iġġib magħha stabbiltà fil-karriera tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 24, 25, 26 u 28 Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Il-bidu taż-żodijaku ta' Pisces għal Aries ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk. Ser tgħaddi minn fażi ta' ħafna ħsibijiet pożittivi li xorta jafu jħallu effett fuqek għax dan huwa perjodu ta' tħejjija għalik. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa l-Erbgħa Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 25, 26, 28 u 29 Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Il-bidu taż-żodijaku ta' Pisces għal Taurus ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk. Però l-aktar li se tkun affettwata huwa fil-ħin. Trid tibda tagħraf tqassam ħinek aħjar sabiex issib spazju għalik. Dan jaf ikun ideali għalik sabiex ittejjeb saħħtek. Irrifletti L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 24, 26, 27 u 29 Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Il-bidu taż-żodijaku ta' Pisces għal Gemini ser iġib miegħu bosta ċaqliq speċjalment fejn tidħol il-karriera. Din hi fażi fejn int trid tkun pożittiv għal dak li ġej u għall-isfidi li ser jersqu lejk. Dawn l-isfidi sejrin jiħulek it-toroq li tant ilek taħdem għalihom. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 25, 27, 28 u 29 Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Il-bidu taż-żodijaku ta' Pisces għal Cancer ser iġib miegħu bosta ċaqliq speċjalment fejn jidħlu dak li tixtieq għalik u dak li hemm fil- karriera tiegħek. Dawn huma żewġ sitwazzjonijiet li għalkemm m'għandhomx x'jaqsmu ma' xulxin, għalik jafu jkunu front wieħed. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 24, 25, 27 u 28 Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Il-bidu taż-żodijaku ta' Pisces għal Virgo ser iġib bidla kif tippjana l-affarijiet ta' madwarek. Għalkemm int ma kontx ħażin f 'kif tippjana, minn issa se tagħraf tkun aktar perfezzjonista fl-ippjanar u dan jagħtik aktar kunfidenza fik innifsek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma:25, 26, 27 u 29 Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Il-bidu taż-żodijaku ta' Pisces għal Libra ser iwassal fik il-verità dwar min vera inti. Inutli toqgħod tinħeba wara dik u l-oħra. Wasal iż-żmien li tagħmel iżjed kuraġġ u dan iż-żmien ser joffrilek ideat għal soluzzjonijiet bla ma tiddejjaq aktar int. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 24, 26, 27 u 20 Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru Il-bidu taż-żodijaku ta' Pisces għal Sagittarius ser ikollu effett emozzjonali fuqek. Trid tagħraf iżżomm bilanċ għas-sentimentaliżmu li ser jiżdied ġewwa fik għax jekk ma tkunhx kapaċi żżomm il-bilanċ meħtieġ dan jaf joħloq inċertezza madwarek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 25, 26, 27 u 29 Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Il-bidu taż-żodijaku ta' Pisces għal Scorpio ser iwassal għal mument ta' riflessjoni profonda dwar xi deċiżjonijiet li għandek tieħu. Issa ma tistax toqgħod tilgħab aktar. Trid tagħraf għal din id-deċiżjoni li għandha bżonn tittieħed minnek sabiex issa tkun tista' taħres biss 'il quddiem. Agħraf sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 24, 26 27 u 28 Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar Il-bidu taż-żodijaku ta' Pisces għal Capricorn ser ikollha effett fuqek li se jiggwidak sabiex tibda tgawdi it aktar il-ħajja ta' madwarek. Dan mhux qed jagħtik iċ-ċans ta' spazju biżżejjed għalik imma issa ser issib l-ispazju li int tant għandek bżonn. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 24, 25, 27 u 28 Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Il-bidu taż-żodijaku ta' Pisces għal Leo ser iġib miegħu bosta ċaqliq u dan l-aktar li ser ikun effettiv huwa l-mod ta' kif int se tħares lejn is-sitwazzjoni kollha ta' madwarek. Hawnhekk trid toqgħod attent għax f 'dan l-istadju ċertu sitwazzjonijiet jafu ma jkunux dak li tixtieq inti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 26, 27, 28 u 29. Namaste