Illum previous editions

ILLUM 16 February 2020 optpf

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1211427

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

06 aħbarijiet IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2020 • illum Keith, 'l-oħxon,' 'ix-xiħ,' u Cardona. Min jissemma X'ħareġ fl-aħħar seduti tal-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech? Min qed jissemma? Għaliex? Il- gazzetta ILLUM tispjega... YENDRICK CIOFFI Li isem Keith Schembri jissemma fil-kumpilazzjoni tal- evidenza kontra Yorgen Fenech ma għadhiex xi sorpriża. Ismu jissemma l-ħin kollu, aktar milli qiegħed jissemma ta' Yorgen Fenech li kontrih huwa l-każ. Madanakollu, fl-aħħar żewġ seduti tal-kumpilazzjoni ssemmew persuni importanti oħra, inkluż l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, l-eks Assistent Kummissarju tal-Pulizija Silvio Valletta u l-eks Ministru u d-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona. X'aktarx li l-aktar punt xokkanti li ħareġ mill-aħħar żewġ seduti tal-kumpilazzjoni tal-evidenza kienu l-mument meta Melvin euma, l-allegat intermedjarju li ngħata l-Maħfra Presidenzjali, qal li Yorgen Fenech kien qiegħed jirċievi informazzjoni dwar il- każ mingħand l-eks Chief of Staff f 'Kastilja, Keith Schembri u anke mingħand l-eks Assistent Kummissarju Silvio Valletta. Fil-fatt, skont euma, Keith Schembri kien qed jgħaddi informazzjoni sensittiva u importanti dwar il-każ ta' Daphne Caruana Galizia tant li Fenech kien ikun jaf dwar l-iżviluppi importanti. Madanakollu, skont euma, kien Yorgen Fenech stess li qallu li anke Silvio Valletta kien qed jagħtih l-informazzjoni. F i r - r e c o r d i n g s tal-konverżazzjoni- jiet, Yorgen Fenech u Melvin euma jirreferu għall-eks Assistent Kummis- sarju Silvio Valletta bħala 'Valletta l-oħxon'. Għaliex dan huwa punt xokkanti? Silvio Valletta kien qed imexxi l-investigazzjoni dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia sakemm tneħħa fuq ordni tal-Qorti wara talba tal-familja Caruana Galizia. Valletta kien issospenda lilu nnifsu mill-investigazzjoni f 'Ġunju tal-2018 wara li l-Qorti kienet saħqet li jista' jkun hemm kunflitt ta' interess minħabba l-fatt li hu miżżewweġ lil Justyne Caruana, dak iż-żmien Ministru għal Għawdex. Id-deċiżjoni kienet ikkontestata mill-Avukat Ġenerali iżda f 'Ottubru tal-2018 din kienet ikkonfermata mill-Qorti Kostituzzjonali. Ta' min ifakkar ukoll li fl-aħħar ġimgħat ġie żvelat li Valletta kien ħabib ta' Fenech tant li siefer miegħu biex jara logħba. Huwa siefer ma' Fenech f 'Settembru tal- 2018. Il-Pulizija sabet ukoll filmat, fil-mowbajl ta' Fenech, li fih l-eks Assistent Kummissarju jidher fir- Rolls Royce tal-allegat mandant. Dawn l-istejjer wasslu għar- riżenja ta' Justyne Caruana minn Ministru għal Għawdex. Iżda Valletta ċaħad... Ftit minuti biss wara li ntemmet il-kumpilazzjoni, Valletta ħareġ stqarrija li fiha ċaħad dak kollu li qal euma dwaru. "Niċħad kategorikament li jien qatt għaddejt xi informazzjoni fuq il-każ ta' Daphne Caruana Galizia lil terzi persuni," qal Valletta. "Jien l-uniku informazzjoni li għaddejt kienet waqt qadi ta' dmirijieti." Insista li hu seta' jagħmel dan qabel it-13 ta' Ġunju tal-2018, għax wara ma baqax inkluż fl- investigazzjoni. Iżda nhar il-Ħamis reġa' ssemma... Minkejja din iċ-ċaħda tiegħu, Silvio Valletta reġa' ssemma fl- aħħar seduta tal- k u m p i l a z z j o n i , jiġifieri dik li seħħet nhar il- Ħamis li għadda. Fil-fatt, l-Avukat Jason Azzopardi staqsa lil euma dwar parti oħra mir-recordings fejn hemm referenza għal Valletta. F'dan ir-recording, Fenech jitkellem ma' euma fuq persuna li kienet qed iċċempillu kontinwament, anke fit-3am, għax kien inkwetat. "Ħa nċempel lil Valletta biex nara x'inhu jiġri fil-każ. Anke jekk qed nibża'," jinstema' jgħid Fenech lil euma fir-recordings. Keith kien qed iċempel lil Fenech? Melvin euma kien ippressat biex jgħid għal min kien qed jirreferi Yorgen Fenech meta qallu li xi ħadd kien qed iċempillu kontinwament għax kien inkwetat. "Naħseb li għal Keith Schembri," wieġeb euma. Jissemma Joseph Muscat ... il-kuntest mhux ċar Għall-ewwel darba fir- recordings issemma wkoll l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, anke jekk il-kuntest ma huwa ċar xejn. Joseph Muscat jissemma minn Yorgen Fenech u jgħid hekk: "Qalli dawn waslu ta. Għax qalli mitt darba ħa jaqbduha. Indannati kienu b'Joseph b'kollox." Anke jekk euma jikkonferma li Yorgen kien qed jirreferi għal Joseph Muscat, il-kuntest mhux ċar. Spjega biss li Keith Schembri kien qal lil Fenech li l-Pulizija kienu jafu minn qatel lil Daphne. Skont euma din kienet l-uniku darba li Fenech semma lil Joseph Muscat. "Meta darba staqsejt lil Fenech biex ikellem lil Joseph Muscat dwar il-kwistjoni tal-ħelsien mill-arrest qalli: 'ma tarax'," saħaq euma. Meta mistoqsi, euma kkonferma wkoll li Yorgen Fenech kien preżenti għar-riċeviment fil-Girgenti f 'għeluq snin Joseph Muscat, għax kien hu li wara ħadu l-ajruport. Keith Schembri mar jitkixxef mingħand imħallef f 'isem Joseph Joseph Muscat jerġa' jissemma fir-recordings iżda din id-darba mhux b'ismu u minflok jirreferu għalih bħala "x-xiħ." F'wieħed mir-recordings, Fenech jinstema' jgħid lil euma: "Ġejt nitkixxef minħabba x-xiħ," u ssir referenza wkoll għal xi ħadd 'Mizzi.' Skont euma, Fenech kien qallu li Keith Schembri kien mar għand l-Imħallef Antonio Mizzi (illum irtirat) biex jistaqsi dwar il-ħelsien mill-arrest u għamel dan f 'isem "ix-xiħ," jiġifieri f 'isem Joseph Muscat. L-eks Imħallef iwieġeb... Min-naħa tiegħu, din il- ġimgħa, l-eks Imħallef Antonio Mizzi ċaħad li kien avviċinat minn Schembri jew minn xi ħadd ieħor biex jagħti l-ħelsien mill- arrest lill-aħwa Degiorgio u lil Vince Muscat. Mizzi ċaħad f 'dikjarazzjoni li bagħat minn jeddu lill-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra. Huwa fakkar li għal darbtejn, fis-7 ta' Awwissu u fit-2 ta' Ottubru tal-2018, ċaħad il-ħelsien mill-arrest lill-akkużati bil-qtil tal-ġurnalista. Muscat jerġa' jissemma u miegħu Owen Bonnici Anke nhar il-Ħamis li għadda, isem Joseph Muscat reġa' ssemma u miegħu din id-darba jissemma wkoll Owen Bonnici. Yorgen Fenech Fuq: Keith Schemri u (xellug) Joseph Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 February 2020 optpf