Illum previous editions

ILLUM 16 February 2020 optpf

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1211427

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

23 films illum • IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2020 Carmel Bonnici Fl-età ta' 89 sena, Clint Eastwood idderieġa u anki pproduċa film ieħor bijografiku, Richard Jewell. Ibbażat minn fuq artiklu li deher fl-1997 fir-rivista Vanity Fair, American Nightmare: e Ballad Of Richard Jewell ta' Marie Brenner, dan il-film jittratta dwar il-gwardja tas- sigurtà Jewell (Hauser) li nhar is-27 ta' Lulju 1996 għamel bravura fis-Centennial Olympic Park, f 'Atlanta Georgia, sar meqjus bħala eroj biex wara s-suspett ewlieni waqa' fuqu stess. Wara li ħadem ġo ditta żgħira ta' avukati u għamel ħabib sewwa ma' Dr. Watson Bryant (Rockwell), l-iskrivan Richard Jewell sab impieg tajjeb li jieħu ħsieb is-sigurtà. Waqt li ma' oħrajn kien qed jispezzjona f 'kunċert f 'arena kbira f 'Atlanta, taħt bank jilmaħ pakkett suspettuż. Malajr jinforma lill-pulizija li fih sabu bomba li kellha tisplodi minn mument għall-ieħor. Mill-ewwel bdew iressqu lin- nies lura xħin splodiet. Kulħadd beda jqisu bħala eroj però l-FBI jissuspettaw fih minħabba artiklu ta' Kathy Scruggs (Wilde), ġurnalista li tippubblika din ix-xniegħa. L-andament ikompli dwar x'ġara wara u mil-liema sagrifiċċji hu u ommu Bobi (Bates) għaddew. Mixli bħala terrorist, ħabibu stess Bryant, ikun l-avukat difensur tiegħu. F'Richard Jewell Eastwood qed jesibixxi kemm il- liġi Amerikana ma timxix tajjeb meta takkuża bniedem biss fuq suspetti bla bażi u mingħajr provi. Ukoll, l-apparenza ta' Jewell li qisu ma jieħu xejn bis-serjetà u jekk jara d-dinja taqa' jibqa' statiku, ma tantx tgħinu. Paul Walter Hauser, imbaċċaċ tassew jinkarna l-parti ta' wieħed li jieħu d-deċiżjonijiet mingħajr il-parir tas-superjuri tiegħu, iżda wkoll ta' karattru rett. Irwoli oħra tajbin huma dawk ta' Sam Rockwell u Kathy Bates b'interpretazzjonijiet ta' vitalità li jissuperaw l-iżvolġiment ta' din l-istorja vera. Films ġodda li se joffru s-swali taċ-ċinema minn din il-ġimgħa BIRDS OF PREY PAW PATROL: READY, RACE, RESCUE! Atturi Ewlenin: Paul Walter Hauser; Sam Rockwell; Kathy Bates; Jon Hamm; Olivia Wilde; Nina Arianda. Direttur: Clint Eastwood. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 131 min. Ċert. 15 Dan il-film tas-supereroj hu bbażat fuq il-grupp Birds Of Prey tad-DC Comics. Dawn rajnihom f 'Suicide Squad fejn waħda minnhom, Harley Quinn (Robbie), bħal Wonder Woman, issa għandha produzzjoni apposta għaliha, mgħejuna sewwa minn e Huntress (Winstead), li missierha u ommha kienu maqtula mill-Maa, Black Canary (Smollett-Bell), viġilanti, abbli fil-kumbattiment bi twerżiqa tant qawwija li biha tkaxkar lil kulħadd u Reneè Montoya (Perez), membru tal-pulizija ta' Gotham City. Wara li f 'Suicide Squad (2016) Harley, il-maħbuba tal-Joker ġiet abbandunata minnu, reġgħet ingħaqdet ma' sħabha, il-Birds Of Prey. Batman sparixxa minn Gotham City u ħalla din il-belt taqa' f 'idejn il-kriminali mmexxija minn Roman Sionis (McGregor), magħruf bħala Black Mask, gangster sadist li jmexxi nightclub flimkien mal-paladin tiegħu Victor Szasz (Messina). Harley tibda l-vendetta fuq il-Joker billi tisplodi l-post Ace Chemicals fejn kienet tiltaqa' miegħu. Imfittxija minn Montoya li qed tipprepara l-informazzjoni kollha li għandha bżonn biex tarresta lil Sionis, Harley tipproteġi lil Cassandra Crain (Basco), tifla li serqet djamant prestiġġjuż lil dan il-kriminal formidabbli. Iċ-ċirkostanzi jitolbu li dawn in-nisa juru solidarjetà bejniethom biex jeħduha kontra għadu qawwi aktar minnhom. Birds Of Prey hu xogħol kontinwament movimentat, mimli azzjoni sfiqa, drammatiku u farsesk fl-istess ħin, li fih in-nisa jirrenjaw bil-kbir. Il-komportament ta' Harley Quinn hu mera palpabbli tal-istil u t-tip tal- mossi, anki tal-wiċċ, tal-Joker. Bħala protagonista u anki waħda mill-produtturi, Margot Robbie tieħu fuqha l-maġġoranza tal-azzjoni, però tagħti wkoll lok u nifs fejn sħabha wkoll juru l-kapaċitajiet tagħhom. Waqt li kont insegwi dan il-film li l-andament u l-atmosfera tiegħu hi ta' ktieb komil jieħu l-ħajja reali, bdejt inġib quddiem għajnejja attriċi oħra f 'parti simili - Pamela Anderson f 'Barb Wire (1996), imma Robbie hi aktar versatili. Is-sekweza animata ta' waqt il-kreddti tal-bidu, dwar il-ħajja, mit-twelid tal-protagonista hi kurjuża u anki interessanti. L-isem sħiħ ta' din il-produzzjoni hu Birds Of Prey (and the Fantabuluos Emancipation of One Harley Quinn)! Biex wieħed jgħaddi madwar sagħtejn f 'atmosfera pjaċevoli u ta' nuqqas ta' ħsieb il- moħħ. Wara l-avventuri li l-ġriewi kellhom f 'Paw Patrol: Mighty Pups, wasal is-sequel, Paw Patrol: Ready, Race, Rescue! Dawn il-frieħ ħelwin bnew korsa tat-tiġrija f 'Adventure Bay u jinsabu anzjużi li qed jaħdmu bħala parti mill-ekwipaġġ biex jgħinu lis-superstilla Whoosh. Però, meta r-rival tiegħu, Cheetah ikun il-kaġun li Whoosh jiskiddja barra mit-tellieqa u jweġġa' driegħu, ma jkunx jista' jsuq aktar. Whoosh iħajjar lil Marshall biex jeħodlu postu fit-tiġrija. Forsi Marshall m'għandux il-ħila li jegħleb lil Cheetah! F'din it-tieni avventura għaċ-ċinema, bħal ta' qabilha mmirata strettament għaċ-ċkejknin, l-azzjoni taqa' fuq wieħed biss mill-grupp tal- ġriewi - id-Dalmatian Marshall. Dan jopera tajjeb bħala l-protagonist, inissel umoriċmu, juri entużjasmu u ħwejjeġ oħra importanti u ta' tagħlim għaż-żgħar. Iż-żewġ viljakki, Cheetah u s-Sindku Humdinger, żewġ karattri li jridu jingannaw, tassew inisslu tbissim bl-ineffiċjenza u l-mustaċċi folti u kbar tagħhom. Il-messaġġi pożittivi li din il- produzzjoni tesibixxi huma solidarjetà bejn il-klieb frieħ, għajnuna lil xulxin u li jemmnu fihom infushom. RICHARD JEWELL Atturi Ewlenin: Margot Robbie; Mary Elizabeth Winstead; Jurnee Smollett-Bell; Rosie Perez; Ella Jay Basco; Chris Messina; Ewan McGregor. Direttrici: Cathy Yan. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 109 min. Ċert. 15 Vuċijiet Ewlenin: Lukas Engel; Addison Holly; Ron Pardo; Anya Cooke; Cathal J. Dodd. Direttur: Charles E. Bastien. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 66 min. Ċert. U.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 February 2020 optpf