Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1219200
09 illum • IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2020 aħbarijiet Mistoqsi x'kienet ir-raġuni, Spiteri spjega kif l-artiklu xjentifiku jsemmi ż-żieda tal- LEDs fit-toroq Maltin. Saħaq kif anke l-letteratura li studjaw qabel wettqu l-istudji, tispjega kif ċertu LEDs, partikolarment dawk li jitfgħu dawl bajdani (cool white jew bright white), jiġifieri dawk li għandhom temperaturi għolja ħafna, jikkontribwixxu ħafna għal din il-problema. "Dawn huma komposti minn ħafna dawl blu li jinfirex ħafna fis-sema. Mill-banda l-oħra, id-dawl isfar, jinfirex inqas," spjega magħna Spiteri. Kawżi oħra, li skont l-istudju qed jikkontribwixxu għat-tniġġis mid-dawl, huwa d-dawl eċċessiv (floodlighting) fl- iskejjel u fil-grawnds tal-futbol. Spiteri spjega kif jekk il-grawnds tal-futbol jintfew, l-iskejjel x'aktarx li jibqgħu mixgħula għalxejn tul il-lejl kollu. Iżda Spiteri jsemmi problemi oħra, jiġifieri dawl li ma jkunx iddisinjat sew. "Dawl li mhux iddisinjat sew, anke jekk dawl isfar, mhux se jgħin," spjega l-ko- awtur. Fost dawn semma dak magħruf bħala uplighting, jiġifieri dawl li jitfa' 'l fuq ukoll. Fi kliemu, din hija l-ewwel u qabel kollox ħela u xi ħaġa li qed iżżid ukoll it- tniġġis mid-dawl f 'Malta. Mistoqsi jekk l-istudju jikkumparax is- sitwazzjoni f 'Malta ma' dik f 'pajjiżi oħra, Daniel Spiteri spjega kif skont dak magħruf bħala Light Pollution Atlas, Malta tinsab fir-raba' post mill-aħħar. X'jista' jsir? Iżda l-artiklu xjentifiku ma jiqafx mal- isfida, iżda joffri wkoll suġġerimenti ta' soluzzjonijiet li jistgħu jkunu implimentati. Fost dawn, Daniel Spiteri appella biex l-LEDs li jkunu installati fit-toroq, apparti li jkunu ddisinjati tajjeb, ikunu ta' ċertu kulur li jagħti aktar fl-isfar jew l-oranġjo. Semma wkoll soluzzjoni sempliċi li tista' tkun implimentata f 'qasir żmien. Fi kliemu, ċertu toroq li ma jintużawx ħafna, ma hemmx għalfejn ikunu mixgħula l-lejl kollu. Minflok jistgħu jiġu installati sensors biex it-triq tixgħel biss meta jkun hemm bżonn. Hemm toroq, kompla Spiteri, partikolarment f 'żoni rurali, li ma hemmx għalfejn ikunu mixgħula l-lejl kollu, u hekk tkun qed tonqos ukoll il-ħela. Fi kliemu, pajjiżi oħra huma aktar avvanzati minn Malta f 'dan ir-rigward. Temm jisħaq li għall-kuntrarju tat- tniġġis tal-arja, li tista' titnaqqas biss fuq perjodu ta' snin, dik ikkawżata mid-dawl eċċessiv hija sfida li tista' tkun indirizzata b'miżuri sempliċi u li jħallu r-riżultati instantanjament. Intant, l-istudjużi se jkunu qed jippreżentaw dan l-artiklu xjentifiku u jispjegaw l-istudju tagħhom fid-dettall nhar is-17 ta' Marzu, waqt seminar li se jsir fl- Università tal-Belt Valletta bejn id-9:00am u nofsinhar. bozza waħda Daniel Spiteri