Illum previous editions

ILLUM 15 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1221483

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 analiżi illum • IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2020 differenza. Fi kliem sempliċi u forsi mhux daqshekk tekniku, dawk ta' Diacono huma aktar eleganti, xi it inqas elaborati u forsi aktar tal-widna, kif bla dubju ta' xejn hija l-antifona Joseph Fili David. Iżda ejja mmorru pass lura. Carlo Diacono twieled iż-Żejtun fl-1 ta' April tal-1876. Minn meta kien għadu żgħir kien wera li l-mużika tinsab fih, forsi anke bis-saħħa ta' missieru Grezzju li kien id- direttur tal-banda Beland. Iżda Diacono kien influwenzat l-aktar mis-Surmast Paolino Vassallo li taħtu tgħallem u lil min għandu tista' tgħid li kiseb il-pinna eleganti li minnha ħarġu fost uħud mill-isbaħ antifoni li nsibu fil-gżejjer Maltin. Vassallo kien wieħed mill-ewwel surmastrijiet li għamel tiegħu dan il- Motu Proprio u dan għoġob lill-Kapitlu Metropolitan li ħatru maestro-di-cappella tal-Katidrali tal-Belt u l-Imdina. Għalhekk, ma setax jonqos, li Diacono, student tiegħu, isegwi l-passi tiegħu. Kienu diversi dawk il-knejjes li għażlu x-xogħlijiet ta' Carlo Diacono u talbuh ikun il-maestro- di-capella tagħhom. Fil-fatt, Diacono beda jkun mistieden jesegwixxi l-mużika tiegħu f 'diversi parroċċi u beda jmexxi l-mużika fil-festi ta' Ħ'Attard, il-Birgu, Bormla, fil-knejjes tat-Tereżjani f 'Birkikrara u f 'Bormla, f 'Ħal Għaxaq, l-Imqabba (Tal-Ġilju), l-Isla, il- Kalkara, Ħal Lija, Marsaxlokk, il-Qrendi, San Pawl, San Ġużepp u Santu Wistin tar- Rabat u San Filep u San Ġużepp f 'Ħaż- Żebbuġ, fost oħrajn. Ma jistax jonqos li Diacono ma jinħatarx ukoll maestro-di-capella tal-parroċċa ta' raħal twelidu. Kien hawn li Diacono waqqaf il-cappella tiegħu. Meta fl-1923 miet Paolino Vassallo, Diacono nħatar ukoll maestro-di-capella tal-Katidral Metropolitan tal-Imdina u l-Kon Katidral ta' San Ġwann tal-Belt Valletta. Carlo Diacono miet f 'Ħal Lija fil-15 ta' Ġunju tal-1942, meta kellu 66 sena. Il-kompożizzjonijiet tiegħu qalgħu tifħir minn surmastrijiet u kompożituri famużi, anke barranin, foshtom Lorenzo Perosi li kien qallu: "Il-mużika tiegħek hija ta' għajnuna fid-dwejjaq tiegħi." Fil-fatt, ix- xogħlijiet tiegħu ġew eżegwiti anke barra minn Malta, fosthom f 'Londra, Ruma u l-Kajr. Fost ix-xogħlijiet l-aktar magħrufa tiegħu nsibu l-opra "L'Alpino," l-oratorju "San Paolo a Naufrago" u "Messa di Gloria Eb Major." Dan biex ma nsemmux l-antifoni popolari li huwa kiteb u diversi kompożizzjonijiet oħra li għadhom sal-lum jintużaw fil-liturġija fil-ġranet tal-festa ta' diversi knejjes Maltin u Għawdxin. Wara mewtu, il-Cappella Diacono, għaddiet f 'idejn ibnu Frank Diacono. Mitt sena tidwi fil-Knisja ta' Ġieżu... Kif spjegajna, isem il-familja Diacono huwa marbut mal-festa ta' San Ġużepp tar- Rabat tal-Imdina, b'mod partikolari għal żewġ kompożizzjonijiet sbieħ u popolari, jiġifieri l-Innu Popolari lil San Ġużepp u l-antifona Joseph Fili David. F'intervista li l-mibki Frank Diacono kien għamel mas-Sur Anthony Casha, illum Rettur tal-Arċikonfraternità ta' San Ġużepp tar-Rabat, huwa jitkellem dwar dawn iż- żewġ kompożizzjonijiet, partikolarment dwar l-antifona. Diacono jispjega kif missieru kien kiteb din l-antifona fis-27 ta' Lulju tal-1919. L-ewwel darba li din indaqqet kien lejlet il-festa ta' San Ġużepp, jiġifieri fit-18 ta' Marzu tal-1920, waqt it-tranżlazzjoni solenni tar-relikwa, qabel l-Ewwel Għasar solenni tas-solennità ta' San Ġużepp. Sfortunatament, minħabba li l-festa kellha titħassar, nhar il-Erbgħa 18 ta' Marzu, fil-jum li fih tagħlaq 100 sena minn meta ndaqqet għall-ewwel darba, din l-antifona mhux se tinstema'. Spjega kif din l-antifona, Diacono kien għamilha apposta u speċifika li din għandha tindaqq lejlet u nhar il-festa ta' San Ġużepp. Fil-fatt, ġeneralment, knisja jkollha aktar minn antifona waħda. Ikollha antifona jew aktar li jindaqqu fil-ġranet tan-Novena jew it-Tridu, filwaqt li l-antifona prinċipali jindaqqu lejlet il-festa, waqt it-tranżlazzjoni tar-relikwa u nhar il-festa ġeneralment tindaqq wara l-Quddiesa solenni tal- paniġierku u fid-dħul tal-purċissjoni. "Tant hu hekk, li meta għadda ż-żmien, u jiena ġejt biex nidderieġi l-mużika tat-tridu tal-festa tagħkom fir-Rabat, jiena kont indoqq l-Antifona ta' San Ġużepp li l-papà tiegħi kien ikkompona għall-festa ta' San Ġużepp tal-Kalkara," kien spjega Diacono. Stil idjomatiku ma' dak ta' Diacono Il-gazzetta ILLUM tkellmet mas- Surmast Ray Sciberras li llum għandu f 'idu l-bakketta tal-Cappella Diacono. Sciberras iddeskriva din l-antifona bħala waħda mill- isbaħ antifoni li kkompona Diacono. Fi kliemu, l-istil tagħha huwa idjomatiku ħafna mal-istil ta' Carlo Diacono u nnota fiha xebh ma' antifona oħra popolari ta' Diacono, jiġifieri dik li kkompona għal Santa Katarina, il-Patruna ta' raħal twelidu, Prudens et Vigilans. Fil-fatt, din l-antifona għandha 't-tliet taqsimiet' li ġeneralment huma komuni fl- antifoni kollha ta' Carlo Diacono. Sciberras innota kif din tibda b'mod festiv ħafna u kważi kważi tirrifletti l-entużjasmu li jkun hemm fil-knisja malli l-istatwa tiddaħħal lura wara l-purċissjoni. It-tieni taqsima, dik tan-nofs, tkun aktar kalma u titkanta solo minn baxx jew baritonu. It-tielet u l-konklużjoni tal- antifona hija rikapitulazzjoni tal-bidu festiv tagħha. Hawn ta' min jinnota li għall-kuntrarju tal-maġġornaza assoluta tal-antifoni, dik Ġużeppina ma tispiċċax bl-Hallelujah u dan għax id-19 ta' Marzu, jaħbat dejjem fir- Randan. Sciberras jinnota wkoll li ħdejn xogħlijiet oħra ta' Nani, anke xogħlijiet mhux daqstant magħrufa, din l-antifona mhijiex daqshekk impenjattiva biex wieħed idoqqha. Fi kliemu, dan ma jnaqqax xejn mill- preġju u s-sbuħija tagħha. Fi kliemu, antifona tkun ħafna isbaħ meta n-nies tkun taa u tkanta magħha. "Il-Ġużeppini Rabtin jafuha u jkantaw magħha u dik, għalija, tagħmilha isbaħ u aktar speċjali," insista Sciberras. Liema antifona jmiss? Il-gazzetta ILLUM tkompli b'din is- sensiela ta' artikli dwar l-antifoni f 'April li ġej, hekk kif fit-tieni Ħadd fuq l-Għid il-Kbir, il-Furjana tiċċelebra l-festa ta' San Publju, l-ewwel Isqof ta' Malta. Għalhekk, nhar il-Ħadd 26 ta' April, l-ILLUM tesplora l-antifona O Melitae Digna Proles tas-Surmast Vincenzo Bugeja, antifona li żgur ma ssibha mkien ieħor madwar id-Dinja, għax dik ta' San Publiju hija festa li hija ċċelebrata biss u bl-akbar għożża mill-Knisja f 'Malta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 March 2020