Illum previous editions

ILLUM 15 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1221483

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

L -istqarrija ta' Angela Merkel, Kanċellier tal-Ġermanja, tgħid li hu possibbli li bejn 60% u 70% tal-popolazzjoni Ġermaniża tkun f 'xi ħin infettata bil-Coronavirus ixxukkjat bosta iktar kmieni din il-ġimgħa. Kieku dan kellu jseħħ ikun ifisser li fil-Ġermanja biss ikun hemm 38 miljun persuna infettata u min jaf kemm-il mewt. Dan hu x'jista' jsir jekk is-servizzi tas- saħħa ma jaħdmux sewwa inkella jekk ma jsibux il-koperazzjoni meħtieġa. Huwa għal din ir-raġuni li min qed jippjana l-mod kif nilqgħu għal din il- pandemija qed jagħti pariri lill-Gvern Malti, li, qed jimxi fuqhom, illi lill-Coronavirus tista' tiġġilidlu b'mod effettiv billi tieħu miżuri li jnaqqsu l-imxija tiegħu. B'riżultat ta' hekk ikun evitat li jkun hemm numru kbir ta' persuni infettati f 'waqt wieħed, l-impatti tiegħu jonqsu u b'hekk ikun possibbli għas-servizz tas-saħħa li jlaħħaq jieħu ħsieb lil dawk infettati sakemm jieħdu saħħithom lura. Hemm il-periklu li jekk dan l-oġġettiv ma jintlaħaqx is-servizz nazzjonali tas-saħħa jikkrolla bħala riżultat ta' numru mhux żgħir ta' persuni infettati f 'waqt wieħed. Il-konsegwenza ta' dan ikun numru mhux żgħir ta' mwiet. Għalhekk hu meħtieg li nimxu mad- direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa f 'kull ħin. Biex il-ġlieda kontra l-Coronavirus tirnexxi kulħadd għandu rwol biex tkun ostakolata l-imxija tagħha. F'xi waqtiet l-inkonvenjent jista' jkun kbir imma hu meħtieġ li kulħadd jagħti sehmu. Fl-assenza ta' kura, li titnaqqas il-mixja tal-Coronavirus għandu jwassal biex in- numru ta' dawk infettati ma jikbirx b'rata mgħaġġla. Imma rridu nagħtu sehemna lkoll. Jekk din il-ħidma tirnexxi nsalvaw il- ħajjiet. Jirnexxilna wkoll innaqqsu t-tbatija tal-vulnerabbli billi nipproteġuhom u bħala konsegwenza ta' dan ikunu esposti għal inqas riskji. Is-sospensjoni tal-vjaġġi bl-ajru u bil-baħar lejn l-Italja, Franza, Spanja, il-Ġermanja u l-Isvizzera flimkien mal- kwarantina obbligatorja għal dawk kollha li jirritornaw Malta minn żoni effettwati għandhom l-iskop li ma jħallux il-virus jinfirex. Biex il-miżuri li ttieħdu jirnexxu hemm bżonn doża mhux żgħira ta' sens ta' responsabbiltà. Huwa għalhekk li hu inkwetanti li, pereżempju, sirna nafu minn kummenti elettroniċi ta' tabib li xi pazjenti jippruvaw ma jagħtux informazzjoni sħiħa u/ jew korretta meta jkunu qed iwieġbu dwar liema pajjiżi kienu żaru u bħala konsegwenza ta' dan ma tkunx ċara l-informazzjoni dwar ir-riskji li kienu esposti għalihom. Uħud jagħmlu hekk biex jippruvaw jevitaw li joqogħdu kwarantina obbligatorja. Sal-ħin li qed nikteb hemm disa' każi ta' infezzjoni li ġew identifikati. Hu inkwetanti li kien rappurtat li tnejn mill-persuni identifikati bħala infettati ma qagħdux għal kwarantina volontarja, iżda laħqu marru għax-xogħol sakemm inġibdet l-attenzjoni tagħhom dwar il- ħtieġa li tittieħed azzjoni! Il-kwarantina hi għodda essenzjali li l-awtoritajiet tas-saħħa jagħmlu użu minnha biex ikun possibbli li jnaqqsu l-imxija tal-virus u allura biex isalvaw il-ħajjiet u jnaqqsu t-tbatija ta' kulħadd, primarjament tal-vulnerabbli fostna. L-anzjani u l-morda, b'mod partikolari dawk li jbatu minn ażma kronika - madwar 30,000 f 'Malta – jeħtieġu solidarjetà effettiva li tista' timmaterjalizza biss permezz ta' mġiba responsabbli ta' kull wieħed u waħda minna. Meta naġixxu b'mod responsabbli billi nsegwu l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tas- saħħa, inkunu qed nagħtu kontribut biex ikunu salvati l-ħajjiet. Kull darba li jkun hemm min jevadi l-kwarantina, meta din tkun meħtieġa, tkun qed tingħata daqqa favur il-mixja tal-virus li tista' twassal għall-mewt ta' wħud mill- iktar vulnerabbli fostna. Jekk nimxu fuq il-passi li jgħidulna l-awtoritajiet tas-saħħa jista' jkun possibbli li nevitaw passi iktar restrittivi iktar 'il quddiem. 16 opinjoni Il-coronavirus: tħassib u prekawzjoni IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2020 • illum Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 March 2020