Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1221483
22 films Eden Cinema St Julian's Tel. 23 710400 1917 (15) 13:35, 16:05, 18:35, 21:05, 23:35 Ajvar (18) 18:10 Bad Boys For Life (15) 12:50, 15:30, 20:50, 23:30 Birds of Prey (15) 11:25, 14:00, 16:25, 18:50, 21:15, 23:40 Bombshell (15) 21:15, 23:40 Dolittle (U) 11:30, 13:55, 16:15, 18:40, 21:10 JoJo Rabbit (12A) 13:40, 16:00, 18:20, 20:45 Jumanji: The Next Level (12A) 11:15, 12:45, 14:15, 16:00, 17:30, 19:35 Richard Jewell (15) 13:00, 15:45, 18:30, 21:15 Sonic the Hedgehog (U) 11:15, 13:35, 16:00, 18:25, 20:50, 23:30 The Gentlemen (18) 13:50, 16:15, 18:40, 21:10 The Turning (15) 14:00, 16:15, 18:25, 20:35 The Call of the Wild (PG) 11:50, 14;00, 16:10, 18:20, 20:30, 23:00 Underwater (12) 13:50, 16:10, 18:30, 20:50, 23:10 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Jumanji: The Next Level 3D (12A) 10:40, 13:20, 18:35 1917 (15) 16:00, 21:00 Bad Boys For Life (15) 10:45, 13:20, 16:00, 21:15 Birds of Prey (15) 10:55, 13:25, 16:05, 18:40, 21:15 Sonic the Hedgehog (U) 11:00, 13:45, 16:00, 18:15, 20:40 Dolittle (U) 10:45, 13:30, 15:50, 18:10, 20:30 The Call of the Wild (PG) 10:50, 13:35, 15:45, 18:00, 20:35 IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2020 • illum Films fiċ-ċinema Carmel Bonnici Films ġodda li se joffru s-swali taċ-ċinema ONWARD Il-produzzjoni ġdida animata ta' Disney/ Pixar, Onward, hija ambjentata f 'dinja mistika u mitoloġika u moderna fl-istess ħin. Dan ix-xogħol jintroduċina ma' żewġ aħwa ta' karattru differenti li jimbarkaw fuq vjaġġ eżileranti u straordinarju biex ifittxu xi ħaġa prezzjuża u jaqtgħu xewqithom li jerġgħu jaraw lil missierhom li tilfuh meta kien għadhom ċkejknin. Ian Lightfoot (Holland) li hu elf (kreatura maġika b'widnejn kbar) kien għadu ma twelidx meta missier miet u jixtieq li jikber kunfidenti u b'saħħtu, li jħoss li żgur kien jilħaq dan l-iskop kieku kien għadu ħaj. Waqt li Ian hu mistħi u xi it ferfuxi, ħuh il- kbir, Barley (Pratt) iħobb jilgħab goff miegħu u anki jaqla' xi it inkwiet. Però Barley xorta jħobb lil ħuh u jrid jgħallmu dwar x'toffri l-ħajja. Meta Ian jagħlaq 16-il sena, ommhom Laurel (Louis-Dreyfuss) ittihom rigal li missierhom kien ħallielhom - ittra għaż- żewġt itfal u bastun maġiku, ġawhra speċjali li tagħtihom ċans li jgħaddu ġurnata waħda biss mal-għażiż tagħhom li ma jafuhx. It- tfal jitilqu fuq vjaġġ bil-vann Guinevere ta' Barley, b'missierhom jeżisti mill-qadd 'l isfel minħabba att maġiku ta' Ian, biex jittestjaw ir-relazzjoni ta' bejniethom. Fi triqthom, f 'din il-ġurnata speċjali, il-kurżità kbira biex jaraw postijiet imbegħdin maġiċi, se jsibu li l-bastun imsaħħar se jkun ta' għajnuna kbira biex jaqsmu minn naħa għall-oħra mill-għoli fuq xi wied u lokalitajiet oħra perikulużi, qabel il-papà tagħhom jisparixxi għal dejjem. Onward mhuwiex dak il-film animat li jiżviluppa b'mod sempliċi u għalhekk aktar se jkun apprezzat minn tfal ta' madwar 10 snin 'l fuq. L-andament hu wieħed ikkulurit u eżileranti, b'kalejdoskopju kbir ta' mostri u kreaturi mitiċi u fantastiċi li nsibuhom fil- ħrejjef bħal Elves, Centawri (nofsu bniedem, nofsu mogħża), Satyrs, Ciklopi (ġganti b'għajn waħda), Unikorni (żiemel abjad b'qarn fuq quddiem li kapaċi jtir), Sprites u l-impressjonanti u terribbli Manticore (Spencer). Vuċijiet Ewlenin: Tom Holland; Chris Pratt; Julia Louis-Dreyfuss; Octavia Spencer; Mel Rodriguez; Tracey Ullman. Direttur: Dan Scanlon. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul:103 min. Ċert.U