Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1221483
27 sport illum • IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2020 x-xogħol, dawn ir-rekords li ksirt suċċess' meta tkun qed toqrob kompetizzjoni, biex b'hekk naċċerta li s-saħħa tiegħi tibqa' fl-aħjar forma possibbli. X'sagrifiċċji u impenji partikolari jirrikjedi l-isport li int tipprattika? L-ikbar sagrifiċċju huwa li tiddedika ħajtek għall-isport għaliex jekk trid tirnexxi fl-isport trid tqatta' ħafna mill-ħin tiegħek tipprattika l-isport. Sagrifiċċju ieħor huwa li tkun lest li tieħu xi passi li forsi jkollok toħroġ miż- żona l-aktar komda għalik biex tkun tista' titjieb f 'dak li tagħmel. Kif tipprepara ruħek kemm fiżikament kif ukoll mentalment qabel kompetizzjonijiet importanti tal-weightliing? Fiżikament, dan nagħmlu billi nsegwi l-programm li jagħmilli l-kowċ u nafda fil-pjanijiet tiegħu u mentalment billi nserraħ rasi li kollox ħa jmur sew għaliex inkun ħdimt għal dak li rrid. Mentalment il-famija tiegħi tgħinni ħafna speċjalment ommi, missieri u ħija li jagħtuni ħafna kuraġġ qabel kull kompetizzjoni. Ċert li dan l-isport jgħollilek l-istima personali kif ukoll il-kunfidenza fik innifsek. Iva, li tagħmel dawn is-suċċessi kollha mhux faċli u b'hekk kollha jagħtuni sodisfazzjon biex dejjem nitjieb u nitħarreġ aktar fl-isport. Dan l-isport jagħtini ċerta saħħa li qatt ma ħlomt li jista' jkolli u mhix saħħa fiżika biss iżda saħħa mentali li mmur fuq il-platform u niġġieled għal pożizzjoni fuq il-podju. Il-kompetizzjonijiet tagħkom kif jintrebħu? Jiddependi kif tkun il-kompetizzjoni. Hemm dawk li jkunu bil-kategorija fejn ikun hemm grupp ta' nies li jiżnu l-istess u b'hekk ir-riżultat jiddependi minn min jerfa' l-iktar, imbagħad hemm dik li tkun bil-punti li l-atleti fil-grupp ma jkunux jiżnu kollha l-istess iżda tintuża sistema li tikkunsidra l-piż li jiżnu u l-piż kemm refgħu biex b'hekk fl-aħħar l-atleta bl- aktar punti tirbaħ. Naf li jkun hemm ġurija li tiġġudika hi r-rebħ ta' dawn il-kompetizzjonijiet. Imma din fuqiex tgħaddi l-ġudizzji tagħha? Biex il-ġurija jikkunsidraw il-lift bħala tajba, il-lift trid tasal fit-tmiem tal- moviment u tibqa' f 'dik il-pożizzjoni sakemm il-ġurija tiddeċiedi li l-bar jista' jitniżżel. Barra minn hekk, il-ġurija tara wkoll li f 'ebda mument matul il-lift ma jaqa' l-minkeb fis-sens li ma jibqax stirat 'il fuq mir-ras. Naf ukoll li qabel il-kompetizzjonijiet li fihom tkunu involuti fil-weightliing, ma tieklu u tixorbu kważi xejn fejn kważi tiġu dehydrated. Huwa minnu dan? Mhux dejjem però ovvjament qatt ma niġu dehydrated għaliex il-kowċ tagħna jikkunsidra kollox biex b'hekk inkunu b'saħħitna għall-kompetizzjoni ħalli nagħtu l-aħjar tagħna billi nkunu f 'pożizzjoni tajba. Hemm biżżejjed interess minn persuni żgħżagħ fil-weightliing? Iva dan l-aħħar l-ammont ta' nies ta' età żgħira żdied fil-weightlifting u l-iktar ħaġa importanti mhux din biss iżda wkoll li juru d-determinazzjoni tagħhom lejn dan l-isport. U mill-atleti li hemm, din id-determinazzjoni tidher għaliex kollha jagħtu l-aħjar tagħhom f 'kull kompetizzjoni. Kif tqabbel ir-riżorsi relatati mal- weightliing li fihom titħarrġu f 'Malta ma' dawk ikkumparati barra minn xtutna? Id-differenza li hemm hi li minħabba li pajjiżi oħra huma ikbar hemm aktar ċentri tal-weightlifting però bħala Għaqda tal-Weightlifting qegħdin avvanzati ħafna u din ukoll intweriet fil-kompetizzjoni li saret riċentement għaliex kienet l-akbar kompetizzjoni tal- weightlifting li qatt saret f 'Malta. It-taħriġ tagħkom fil-weightliing fiex jikkonsisti u jagħmel differenza t-taħriġ tal-irġiel meta kkumparat ma' dak tan- nisa? Aħna jkollna programm li jinvolvi ħafna eżerċizzji li jgħinna nsaħħu ż-żewġ lifts prinċipali -l- isnatch u l-clean and jerk. Il-programm ma jinbidilx skont jekk intix mara jew raġel iżda skont meta jkun imissek kompetizzjoni. Il-media f 'pajjiżna tagħtikom biżżejjed pubbliċità? Iva, mela! Id-dedikazzjoni tagħhom lejn xogħolhom tkompli tinkoraġġina biex inkomplu nkabbru l-isem tal-isport Malti u tkompli tħeġġeġ u tħajjar iktar atleti biex jibdew l-isport billi jaraw is- suċċessi ta' aktar ċittadini Maltin. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil- weightliing? Jiena nħares lejn il-futur tiegħi f 'dan l-isport bħala wieħed mimli suċċessi għaliex naf li l-imħabba tiegħi lejn il- weightlifting ħa tkompli tiżdied u b'hekk dejjem nibqa' nagħti l-aħjar tiegħi għal pajjiżi f 'kompetizzjoniet ta' livell għoli barra minn xtutna fosthom iktar 'il quddiem bit-tama għall-kwalifikazzjoni għall-Olimpjadi. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ spejċalment tfajliet li qegħdin jaħsbu biex jibdew jipprattikaw il- weightliing f 'ħajjithom? Jiena nħeġġiġhom biex jibdew għaliex bid-determinazzjoni tagħhom jistgħu jagħmlu l-unuri għal pajjiżhom u fl-istess ħin jiżviluppaw il-karattru tagħhom. Ninkoraġġihom biex jekk hemm sport li jixtiequ jagħmluh jibdewh ikun xi jkun għaliex tiskopri t-talenti tiegħek u titgħallem ħafna mill-isport. Qatt mhu tard wisq biex tesperjenza l-ħolma tiegħek!