Illum previous editions

ILLUM 15 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1221483

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 coronavirus IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2020 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ilbieraħ kif mistenni d-diskussjoni u l-aħbarijet madwar il-pajjiż reġgħu kienu dwar il-Covid-19 - it-tip ta' coronavirus li qed twassal biex bosta postijiet jagħlqu u li qed tħalli diversi persuni maqfulin f 'darhom, speċjalment anzjani. It-temp mill-isbaħ u sema blu ma rriflettewx il-burdata ħażina fuq il-midja soċjali, il-midja u fid- djar inġenerali. Waħda mill-kontroversji u suġġetti li qed tqajjem ħafna diskussjoni, għax aħna gżira, hija jekk għandniex nagħlqu l-ajruport (u l-portijiet jew le). Il-Prim Ministru għamilha ċara: "lockdown huwa house arrest, nagħmluh għal tlieta jew tmien ġimgħat ... aħna nafu meta l-virus se jkun qed jilħaq l-ogħla punt tiegħu?" Huwa qal li għalissa m'hemmx bżonn immorru għal din il-miżura, speċjalment bil- mod kif, skontu, il-virus qed ikun ikkontrollat. "Ejja nimxu mal-pariri tad- dipartiment tas-saħħa tagħna. Hemm sistema fejn min jasal mill- ajruport ikun screened," qal Abela li staqsa jekk xi ħadd hux se jiġi vaganza meta jaf li jrid joqgħod kwarantina obbligatorja. Huwa qal li mill-bieraħ saru 20 spezzjoni fuq nies li kienu waslu u li suppost kienu fi kwarantina. "Ma nistgħux nagħmluha dar, dar ... iktar milli sorveljanza nixtiequ koperazzjoni. Li ngħid huwa li dan mhux il-mument li nieħdu l-affarijiet b'mod leġġer." Hu appella biex anke min mhux obbligat ikun fi kwarantina u ġie minn xi safra fl-aħħar ġranet, għandu jibqa' d-dar. Delia jappella biex isir lockdown u jingħalaq l-ajruport Intant minuti qabel beda l-konferenza l-Prim Ministru, waqt konferenza tal-Aħbarijiet il- Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-PN jaqbel ma' diversi għaqdiet u qed jitlob li "llum qabel għada" il- Gvern jagħlaq il-fruntiera ta' Malta billi jagħlaq l-ajruport u l-port għall-passiġġieri u jara li Maltin li jinqabdu barra jinġiebu lura. Il-MAM u l-MUBE jappellaw għal lockdown Kmieni filgħodu kemm it- tobba permezz tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) u anke l-Bankiera permezz tal-Unjin Maltija tal-Bankiera (MUBE) qed jappellaw għal lockdown madwar il-pajjiż kollu kemm jista' jkun malajr. Il-MUBE qed tinsisti li l-Gvern iħabbar dan il-lockdown madwar il-pajjiż kemm jista' jkun malajr filwaqt li n-nies jitħallew jaħdmu fuq sigħat imnaqqsa. L-unjin qalet li l-proposta tal-għaqda li tirrappreżenta lil min iħaddem (MEA) - jiġifieri li l-lockdown jibda nhar id-19 ta' Marzu - hija wisq 'il bogħod. "Bħala nazzjon m'għandniex nieħdu riskji f 'ċirkostanzi bħal dawn," qalet il-MUBE. L-unjin qalet illi f 'dawk il-fejn lockdown ma saritx mill-ewwel ir-riskji kienu akbar u ssemmi l-Italja, li issa hija magħluqa kollha u Spanja li ddikjarat stat ta' emerġenza. Il-MAM intant qed titlob li ssir kwarantina mandatorja lir- residenti kollha tal-pajjiż, kif ukoll li: 1 - Impjegati tal-Isptar Mater Dei, iċ-ċentri tas-saħħa, power station, servizzi tal-ilma u d-dawl u ħaddiema ta' servizzi essenzjali oħrajn biss għandhom jitħallew jaħdmu 2 - Il-ħwienet kollha u postijiet ta' divertiment, ħlief spiżjara, tal- merċa u supermarkets, għandhom jinżammu magħluqa. 3 - L-iskejjel u l-universitajiet għandhom jinżammu magħluqa matul dan il-perjodu 4 - L-ajruport u l-portijiet jinżammu magħluqa għal dawk li kienu ġejjin Malta u ssir ripatrijazzjoni ta' persuni maqbudin barra mill-pajjiż 5 - It-trasport tal-merkanzija jkompli bħan-normal 6 - L-ebda persuna m'għandha titħalla titlaq mill-pajjiż mingħajr il-permess tal-Ministeru tas- Saħħa. L-ajruport nagħlquh jew le? Min jgħid iva u min jgħid le Il-PM Abela ħabbar li għalissa l-ajruport jibqa' miftuħ. Il-MAM, l-MUBE, il-PN u oħrajn ma jaqblux Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, ħabbret li Malta issa għandha 18-il każ ta' coronavirus hekk kif ħames pazjenti rriżultaw fil- pożittiv matul il-lejl li għadda. Il-każi kollha, bħal dawk preċedenti ġew importati. Ara paġni 6 u 7 Il-każi jitilgħu għal 18

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 March 2020