Illum previous editions

ILLUM 15 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1221483

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

coronavirus 07 illum • IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2020 il-fatti, il-miżuri u l-appelli Edukazzjoni u Tagħlim • Jingħalqu sal-Ġimgħa (jew aktar) l-iskejjel primarji, sekondarji, post-sekondarji u l-universitajiet • Jingħalqu ċ-ċentri kollha taċ-Childcare • Eżamijiet orali tal-MATSEC mhus se jsiru; Mhux se jkunu mnaqqsa mill-marka finali • Sospiżi wkoll l-eżamijiet kollha tas-sewqan sal-Ġimgħa Kwarantina obbligatorja • Kwarantina obbligatorja għal kull min jidħol fil-pajjiż ġej minn fejn ġej • Kwarantina obbligatorja estiża wkoll għall-qraba li jgħixu mal-persuni li rritornaw mill-pajjiżi msemmija • Turisti li waslu minn dawn l-istess pajjiżi għandhom jagħmlu l-kwarantina obbligatorja fil-lukanda • Spot checks u multa ta' €1,000 għal kull min jinqabad jikser il-kwarantina obbligatorja • Barranin li jgħixu u għandhom permess biex jaħdmu f 'Malta, jekk jiksru l-kwarantina obbligatorja, se jeħlu l-multa, ikollhom il-permess tax-xogħol revokat u jiġu ddeportati lura mill-pajjiż Vjaġġar • Jitwaqqfu t-titjiriet minn u lejn l-Italja, il-Ġermanja, Franza, Spanja u l-Iżvizzera • L-ivjaġġar bl-ajru u l-baħar jibqa' jsir biss għall-merkanzija, il-mediċina u prodotti tal-ikel • Se jsiru t-testijiet fuq ix-xufiera li jwasslu l-merkanzija u l-prodotti minn barra minn Malta • In-numru ta' persuni li jkunu f 'dawn it-trakkijiet tal-merkanzija se jkun limitat għall- massimu ta' żewġ persuni Attivitajiet tal-massa u postijiet fil-miftuħ • Ma hemmx massimu jew minimu. L-attivitajiet kollha tal-massa ma jsirux inkluż dawk tal-futbol • Is-swieq fil-miftuħ ma jsirux Anzjani • L-anzjani fuq il-lista tal-POYC se jingħataw stokk ta' xahrejn mediċina li huma eliġibbli għaliha • Iż-żjajar fid-djar tal-anzjani jkunu sospiżi sakemm jingħata avviż ieħor • Jingħalqu ċ-ċenti ta' matul il-jum kollha Spiżeriji • Ma jidħlux aktar minn żewġ persuni fl-istess ħin • Il-klijenti u l-pazjenti joqogħdu metru 'l bogħod mill-bank tal-ispiżeriji sakemm jinqdew • Sospiża l-iskema ta' tqassim ta' mediċini fid-djar Mater Dei • Viżitatur wieħed ħdejn kull pazjent • Ħinijiet iqsar għall-viżitaturi: mill-11:30 sa 12:00 u mill-17:00 sas-18:00 Ħabs • Sal-Ħamis: mhux se jsiru żjarat mill-qraba • Evitati movimenti mhux meħtieħa jew urġenti minn u lejn il-ħabs Qorti • Ix-xogħol fil-Qorti se jieqaf • Ikomplu biss każi urġenti jew każi li l-Qorti tħoss li huwa fl-interess pubbliku li jkomplu • Tribunali lokali jinsabu magħluqa Ekonomija • Jitwaqqaf kumitat tekniku biex jistudja u jilqa' għall-impatt ekonomiku li din l-imxija tal-Covid-19 se jkollha globalment u għalhekk fuq Malta wkoll Knisja • Il-quddies kollha fil-knejjes qed ikun sospiż sakemm jingħata avviż ieħor mill-Kurja • Funerali: isir ir-rit tat-tberik tal-fdalijiet fiċ-ċimiterju fil-preżenza tal-qraba l-aktar stretti. Is-saċerdot, fil-privat, joffru quddies b'suffraġju għal ruħ il-mejjet • Se tixxandar quddiesa kuljum fuq TVM2, fost oħrajn, fid-9:30am u r-rużarju fil-5:30pm. • Is-Sibt u l-Ħadd il-quddies se tixxandar mis-Santwarju ta' Pinu u minn knejjes oħra • Il-Kurja, inkluż l-Uffiċċju taż-Żwiġijiet, l-uffiċċju ċentrali tal-Caritas u t-Tribunali Ekkleżjastiċi jingħalqu Trasport Pubbliku • Min jixtri biljetti tal-linja mingħand ix-xufiera jrid ikollu flus eżatt • Ix-xufiera mhux se jkunu qed jagħtu bqija • Fuq il-karozzi tal-linja mhux se jitħallew persuni bilwieqfa • L-arja kkundizzjonata tinżamm mitfija u jinfetħu t-twieqi • Matul il-lejl il-vetturi kollha qed jitnaddfu b'kimika apposta Appelli mill-Gvern mill- Awtoritajiet tas-Saħħa • Jekk mhux neċċessità, evita li toħroġ mid-dar • Teleworking: jekk possibbli, aħdem mid-dar. • Anzjani: l-anzjani huma l-aktar vulnerabbli; toħroġx bla neċessità • Tfal: it-tfal ma għandhomx iżuru lill-anzjani, la dawk li jgħixu fir-residenzi tagħhom u lanqas dawk fid-djar tal-anzjani • Safar: jekk mhux neċessarju evita li s-siefer lejn il-pajjiżi milquta mill-c oronavirus • Trasport Pubbliku: Tivvjaġġax bil-karozza tal-linja jekk ma tiflaħx • Tiġijiet: It-tiġijiet huma meqjusa attivitajiet tal-massa. Jekk possibbli, ipposponi • Helplines • 111: Ċempel BISS biex tistaqsi dwar xi sintomi li qed tħoss. Qabel żur is-sit covid19.gov.mt • 21324086: Għal aktar informazzjoni dwar il-Coronavirus • 21411411: Għal dawk li jinsabu fi kwarantina obbligatorja u għandhom bżonn xi ħtiġijiet • 2598000: Għal assistenza relatata mal- qasam tal-edukazzjoni • 79241281: Għal dawk li jkollhom mistoqsijiet urġenti relatati mal-ħidma tal-Arċidjoċesi Uħud mill-attivitajiet li tħassru jew ġew posposti kawża tal- Covid-19 • L-attivitajiet kollha marbuta ma' Jum San Patrizju kemm f 'San Ġiljan u lil hinn • Il-festa ta' San Ġużepp fir-Rabat tal-Imdina • Il-festa ta' San Ġużepp fis-Santwarju Bażilika tal-Karmnu l-Belt • Purċissjoni bil-vara ta' San Ġużepp fl- Imsida fl-okkażjoni tal-150 anniversarju mill-Patroċinju ta' San Ġużepp • Pellegrinaġġ bil-vara ta' San Ġużepp fil- Kalkara fl-okkazjoni tal-150 anniversarju mill-Patroċinju ta' San Ġużepp • Il-pellegrinaġġ stazzjonali u nazzjonali bix-xbieha tar-Redentur tal-Isla • L-attivitajiet marbuta ma' Jum il-Belt Valletta li kellhom isiru bejn is-27 u t-28 ta' Marzu • Pospost il-Festival Internazzjonali tan- Nar li kellu jsir fl-aħħar ġimgħa ta' April • Danusan: ix-xows posposti kollha għal Mejju • Futbol: il-logħob kollu, anke tal-futsal, fil-kategoriji kollha, se jintlagħab fil-magħluq • Ir-regatta Nazzjonali ta' Jum il-Ħelsien • Il- musical Sister Act li kellu jittella' fit- Teatru Astra fir-Rabat, Għawdex • L-14 il-edizzjoni tal-Festival tal-Mużika: Gaulitana • Diversi pageants tal-Ġimgħa l-Kbira • Diversi attivitajiet oħra privati, ikliet, attivitajiet politiċi, soċjali u reliġjużi L-EWWEL GRUPP: Tifla ta' 12-il sena u l-ġenituri tagħha • Waslu minn Ruma nhar it-Tlieta 2 ta' Marzu • Barranin li jgħixu u jaħdmu Malta • Kienu ġejjin minn vaganza fi Trentino • Il-familja għamlet il-kwarantina fid-dar tagħha skont il-pariri • It-tifla ħarġulha s-sintomi meta kienet Malta • La t-tifla u lanqas oħtha ma marru skola minn meta ġew Malta • Il-ġenituri ma marrux ix-xogħol • Jimportaw il-virus minn barra minn Malta IT-TIENI GRUPP: Raġel u t-tifla tiegħu ta' 16-il sena • Waslu minn Alto Adiga, via Treviso, fis-27 ta' Frar. • Ir-raġel, is-sieħba u l-bint bdew il-kwarantina wara jumejn • F'dawk il-jumejn la r-raġel u lanqas bintu ma kellhom sintomi • L-ewwel sintomi dehru fuq ir-raġel fil-5 ta' Marzu • Minn meta kellu s-sintomi hu u s-sieħba ma marrux ix-xogħol u bintu ma marritx skola • Meta kienu d-dar, il-pazjenti kellhom kuntatt ma' żewġ persuni oħra li tpoġġew fi kwarantina • It-tifla tirriżulta pożittiv għall-Coronavirus ftit sigħat wara missierha • Jimportaw il-virus minn barra minn Malta IT-TIELET GRUPP: Tabib u qariba tiegħu li siefret miegħu • L-ewwel żewġ Maltin milquta mill-Coronavirus • Waslu lura Malta minn btala fid-Dolomiti fit-8 ta' Marzu • Ir-raġel, tabib li jaħdem Mater Dei, segwa minnufih il-kwarantina • Fl-10 ta' Marzu ħarġulu s-sintomi u rriżulta pożittiv għall-Covid-19 • Is-sintomi ħarġu fi żmien l-inkubazzjoni tal-virus u għalhekk l-ebda riskju seta' ħa l-virus minn Malta • It-tabib ma daħalx għax-xogħol • Il-familja kollha tiegħu segwew ukoll il-pariri u għamlu l-kwarantina volontarja • Qariba tat-tabib, li għandha 53 sena, irriżultat ukoll fil-pożittiv • Anke din kienet segwiet il-pariri u baqgħet fi kwarantina • Jimportaw il-virus minn barra minn Malta Żagħżugħ ta' 29 sena • Barrani li jgħix u jaħdem Malta • Wasal mill-Belġju fit-8 ta' Marzu • L-għada jkollu l-ewwel sintomi • Jinjora l-pariri u xorta waħda jmur ix-xogħol • Jirriżulta pożittiv għall-Covid-19 nhar il-Ħamis li għadda • L-awtoritajiet jassessjaw minn kellu kuntatt miegħu fuq ix-xogħol biex jitpoġġew fi kwarantina • Ittieħdu miżuri ta' prekawzjoni u ġew ikkuntattjati passiġġiera li kienu bilqiegħda viċin tiegħu fuq l-ajruplan • Jimporta l-virus minn barra minn Malta Żagħżugħa ta' 26 sena • Barranija li tgħix u taħdem Malta • Irritornat Malta minn Amsterdam fl-10 ta' Marzu • Is-sintomi ħarġulha meta kienet għadha msiefra • Għalhekk sar kuntatt mal-passiġġieri li kienu bilqiegħda sa żewġ fillieri quddiemha, żewġ fillieri warajha u anke fl-istess filliera magħha • Sar kuntatt ma' tliet persuni oħra li t-tfajla taqsam l-appartament magħhom • Timporta l-virus minn barra minn Malta Malti ta' 54 sena • Mar Munich fis-6 ta' Marzu u ġie lura l-għada • Fil-11 ta' Marzu kellu l-ewwel sintomi • Kundizzjoni ta' saħħa tajba • Għandu familja ta' tlieta. Jinsabu fi kwarantina • Jaħdem għal rasu. Mar ix-xogħol meta kellu ftit sintomi iżda l-kuntatt man-nies "ma kienx sinifikanti" Taljan ta' 40 sena • Jgħix u jaħdem Malta • Fid-29 ta' Frar mar pariġi u rritorna fis-6 ta' Marzu • L-ewwel sintomi ħarġu fl-10 ta' Marzu u għamel kuntatt mad-Direttorat fit-12 ta' Marzu • Jaħdem online u ma jkollux kuntatti ma' impjegati oħrajn • Kellu kuntatt ma' żewġ persuni oħra. Jinsabu fi kwarantina. Maltija ta' 30 sena • Taħdem fis-settur tas-saħħa • Marret Brussell fil-5 ta' Marzu u rritornat fid-9 ta' Marzu • Fil-11 ta' Marzu kellu sogħla u ftit deni. Fit-12 ta' Marzu għamlet kuntatt mal-awtoritajiet • Il-familja tagħha fi kwarantina • Attendiet xi attivitajiet soċjali u qed isir l-assessjar dwar il-kuntatt • Marret l-aħħar għax-xogħol ġurnata qabel kellha s-sintomi u għalhekk ir-riskju ta' tixrid huma minimu • Ittieħdu miżuri ta' prekawzjoni u pazjenti li kienu f'kuntatt magħha se jitpoġġew fi kwarantina Tfajla ta' 19-il sena • Studenta Maltija • Marret Brussell mill-4 sat-8 ta' Marzu • 11 ta' Marzu bdew is-sintomi • Marret lecture waħda waqt li kellha s-sintomi. Qed isir l-assessjar mal-istudenti • Il-familja tagħha ma għandha l-ebda sintomi u tinsab fi kwarantina Russu li jgħix Malta • Kien ilu ftit ir-Russja u ġie lura fl-4 ta' Marzu • 11 ta' Marzu kellu wġigħ fil-muskoli u deni • Persuna tgħix miegħu u jinsab f'kumpanija privata. • Dan jaħdem f'kumpanija privata. Qed isir kuntatt mal-kumpanija Malti ta' 33 sena • Mar Dublin fl-Irlanda bejn is-7 ta' Marzu u l-10 ta' Marzu • Beda bis-sintomi fid-9 ta' Marzu. Kien bis-sintomi meta kienu għadu hemm • Mitkellma l-passiġġieri li kienu bilqiegħda viċin tiegħu; dawn jintalbu jagħmlu kwarantina Każ ieħor ta' Malti • Mar Barċellona fis-6 ta' Marzu u wasal lura fid-9 ta' Marzu • Sema mill-istruzzjonijiet u għalhekk mill-11 ta' Marzu baqa' fi kwarantina obbligatorja • Is-sintomi ħarġulu fit-13 ta' Marzu Koppja li jgħixu flimkien • Persuna minn Ħong Kong u persuna mill-Italja • Marru Madrid mis-7 sal-10 ta' Marzu • Fil-11 ta' Marzu kellhom is-sintomi • Jaħdmu ma' kumpanija privata. Għadu qed isir l-assessjar Ħarsa lejn il-każi f'Malta Miżuri mħabbra fuq parir tal-Awtoritajiet tas-Saħħa

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 March 2020