Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1221483
Sharon Calleja 20 rakkont Jien kien imiss D ak iż-żmien ma tantx kont qiegħda nħossni tajba. Jgħidu li meta jmutlek xi ħadd għażiż, aktar ma jibda jgerbeb iż- żmien, il-ferita tibda tmajna. Min kien jgħidli hekk, illum ngħidlu li mhux veru. Tibqa' hemm. Il-ferita tibqa' hemm miegħek. Issir parti minnek. U l-uġigħ tat-telfa ma jitilqek qatt. Kien għadu kemm mietli r-raġel. Ġranet qabel. Kont għadni qiegħda nipprova nderri. Almenu... Almenu ma kontx waħdi. Kelli lilha. Lil erese. L-għażiża binti. U bil-kumpanija tagħha, kont qiegħda nipprova ninsa l-uġigħ kbir li kien ħakimni mat-telfa hekk ħabta u sabta ta' żewġi Jonathan, li ħadd ma kien jaf ir-raġuni għalfejn kien ħalla din id-dinja. Imma kont bdejt ninkwieta għaliha wkoll. erese kienet ta' it kliem. Dejjem maqtugħa għaliha waħedha. Waqt ħin l-ikel bilkemm kienet għadha tkellimni. Forsi minħabba t-telfa li kienet għadha kemm ġarrbet? Forsi minħabba l-fatt li kienet drat tgħaddi l-ħin waħedha fil-ġnien? Iem, kont bdejt nikkunsidra l-fatt li jaf binti kellha bżonn lil xi ħadd biex jibda jaraha. Xi psikologu. Xi ħadd li seta jkellimha b'mod aktar professjonali minni. "Mamà, illum ġiet miegħi l-iskola," qaltli erese hekk kif poġġiet is-sarvetta tal-ikel fuq ħoġorha ħalli nkunu nistgħu nibdew nieklu. "Min?" staqsejtha b'leħen baxx, bilkemm nagħti kas eżatt għal min kienet qiegħda tirreferi. "Lara." Silenzju. Ħadt nifs twil u ppruvajt nikkontrolla ruħi. Kont xbajt. Xbajt nisma' l-istess diskors bla sens li kienet saret tgħid. Xbajt noqgħod siekta u ma ngħid xejn. "U qagħdet il-lezzjonijiet kollha miegħek?" staqsejtha, nipprova ninstema' każwali imma ma rnexxilix. Leħni kien qiegħed jirtogħod. Nervi. "Iva. Qagħdet bilqiegħda fuq ħoġor it-tieqa, tisma' l-lezzjonijiet kollha." Binti kellha sitt snin. Mhux suppost kienet għadha tivvinta dawn il-ħrejjef li kienu biss frott l-immaġinazzjoni ta' moħħha! Ftit qabel ma kien ħassu ħażin żewġi u mar id-dinja l-oħra, kien għamlilha xenata! Għadni niakar qisu lbieraħ avolja kont għaddejt minn ħafna wġigħ il-qalb minn dakinhar 'l hawn. Kien waqt l-ikel. "Papà, qaltlek Lara tista' tpoġġi bilqiegħda ħdejja?" kienet staqsietu dik il-ġurnata partikolari. "Lara min hi ħanini?" kien staqsieha missierha, hekk kif kien ser jibda' jomgħod l-ewwel gidma ħobż frisk. "Lara, il-ħabiba tiegħi," kienet qaltlu b'leħen ferrieħi. "Il-ħabiba tiegħek?" kien staqsieha. "Eżatt. U bħalissa qiegħda bilwieqfa ħdejk." "Qalbi, toqgħodx tivvinta. Din Lara ma teżistix. M'hawn ħadd bilwieqfa ħdejja," kien daħaq missierha. "Jekk jogħġbok, papa... għax qed tgħid hekk? Lara toqgħod tilgħab miegħi fil-ġnien!" kienet insistiet erese, b'dak il-leħen ħelu li kellha. "Waħdek tkun fil-ġnien, erese!" kien ħataa missierha. "Għax qiegħda toqgħod tivvinta?" "M'iniex nivvinta!" kienet ħassitha ffastidjata. "Owkej, erese. Ħalliha tpoġġi bilqiegħda ħdejk!" kont indħalt jien ħalli nikkalma l-affarijiet bejniethom. U oħroġ il-għaġeb, erese għamlitli iva b'rasha, qamet bilwieqfa, ħarġet siġġu u bdiet tħares fil-vojt tal-kamra b'espressjoni stramba. "Issa ma tridx tiġi, papa!" kienet qaltlu bin- nervi. "Ħadet għaliha!" "U ajma erese, jaħasra!" kien għolla leħnu żewġi. "Dik ma teżistix! Ma teżistix!" U dak il-ħin, erese kienet telqet tiġri 'l barra mill-kamra tibki. Miskina. Ma kinitx laħqet tgħidlu li kien iddispjaċiha talli kienet irrabjat miegħu! Missierha kien miet dak il-lejl stess. U issa kont qiegħda nipprova nżomm kalma ħalli ma nispiċċax niksirha magħha jien ukoll. Bħalissa ma tantx kelli moħħ. Kont għadni xi it imħawda. Qomt minn mal-mejda u mort fis-salott, nipprova nżomm kalma għaliex il-memorja ta' dakinhar kienet reġgħet ġiet kollha quddiem għajnejja. U rajtha. Tpinġija. Fuq il-mejda tas-salott. Imxejt bil-mod lejha u ħassejt saqajja jirtogħdu. "erese?" ħarġitli karba mingħajr lanqas biss kont indunajt. "Hawn mamà..." Dort f 'salt, nipponta subgħajja lejn it- tpinġija bil-kuluri. Żewġt itfal. Bniet. Maġenb xulxin. Waħda għaraha. Kienet binti. U l-oħra... L-oħra kienet xi it differenti minn kif kont nimmaġina li setgħet tkun tifla. Saqajha ma kinux jidhru qegħdin imissu mal-art u għajnejha kienu mpinġijin ħomor. Biex ma ngħidx dwar il-libsa bajda twila li kienet pinġietha liebsa. "Dawn min huma?" staqsejtha, nipprova nibla' r-rieq li kien tela' fi griżmejja. "Jien u Lara... ara mamà, din Lara!" qaltli hi, b'leħen vivaċi. "Hekk tkun? Hekk?" bdejt ngħajjat mingħajr ma kont naf. "Iva, mamà!" weġbitni, urtata. "Din Lara hija frott l-immaġinazzjoni ta' moħħok!" għedtilha, nigdem xoi t'isfel. "Lara hija l-ħabiba tiegħi!" "Mhux veru! Int iffissajt fuq xi ħadd li ma jeżistix!" komplejt ngħidilha. "Tagħmillix bħal Miss Ellen!" ħatfitni. "Mela anke Miss Ellen m'emmnitekx?" staqsejtha, nibda ninkwieta. Miss Ellen kienet l-għalliema tagħha tal- iskola. "Le, m'emmnitnix u għalxejn ippruvajt ngħidilha li ma kinitx qiegħda tiem eżatt x'kienet qiegħda tgħidilna!" "Aqtagħha erese! Aqtagħha! Lara hija biss frott l-immaġinazzjoni tiegħek!" "Lara qiegħda hawn ħdejk!" kompliet tinsisti. U dak il-ħin, ħarġitli idi mingħajr ma kont naf. Il-ħoss tal-pala ta' jdejja taħbat mal-laħam tari ta' wiċċ binti, dwiet mal-kamra kollha! Kont lgħabtielha ġo wiċċha! Ħoss. It-telefon. Qatagħni minn saqajja! erese kienet diġà telqet 'il barra fil-ġnien, tiġri waħedha! Kienet baqgħet imbellha għall-mod ta' kif kont ġibt ruħi jien! Imma ma kellix kontroll fuqha l-ħaġa! "Ħellow?" għedt fit-telefon, mingħajr ma smajt leħni stess. "Jiddispjaċini sinjura," qalli leħen femminili fuq in-naħa l-oħra tal-linja. "Jiddispjaċini li qiegħda ntellfek, imma ridt ninfurmak illi għada t-tfal m'għandhomx skola." "Inqala' xi ħaġa?" staqsejt jien, mingħajr lanqas biss indenjajt niċċekkja min kien qiegħed ikellimni. "Iva, eħe...Miss Ellen kellha inċident u sfortunatament mietet fil-post..." Lanqas komplejt inkellimha. Idi reġgħet qabdet tirtogħod. "erese?" bdejt ngħajjat, qisni waħda li ma kontx naf x'kont qiegħda nagħmel. X'biċċa din! Dan kien jonqos! Miskina binti! Kienet ser teħodha ħażin ħafna din l-aħbar! Lil Miss Ellen vera kienet tħobbha. "erese?" bdejt ngħajjat, hekk kif ħriġt fil-ġnien. U rajtha hemm. Kienet qiegħda waħedha. Donnha tparla ma' xi ħadd li ma kienx jidher. "erese, irrid inkellmek." U dak il-ħin smajt pass warajja. Ħoss ġol-ħaxix. Għaddiet żiffa riħ minn ma' wiċċi. Dort inħares lura. U rajtha. Tifla. Libsa bajda. Għajnejn ħomor. Wiċċha rrabjat. "Jien Lara," qaltli. Ħassejt saqajja jogħtru. Jien kien imiss! IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2020 • illum