Illum previous editions

ILLUM 15 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1221483

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 editorjal Qegħdin fil-vantaġġ ekonomiku ... ejja nużawh biex inwieżnu! I ż-żmien li qed ngħixu fih huwa wieħed straordinarju. Straordinarju fil-kruha tiegħu, fil-prospetti aktar ko- roh li qed joffri u straordinarju fl-effett tiegħu llum u għal ġenerazzjonijiet tal-futur. Il-Coronavirus u l-imwiet li kkawża kif ukoll il-fatt li tant u tant eluf madwar id-dinja kollha ntlaqtu minn din il- pandemija, qed tpinġi stampa apokaliptika tad-dinja. Dinja vulnerabbli, villaġġ wieħed u globali li huwa ostaġġ tiegħu nnifsu, tal- progress li ra jseħħ. Dan huwa mument verament straordinarju li ma nafux fejn se jeħodna, f 'liema sqaq se jrekkinna u liema mrar se jdewwaqna. Hawn Malta qed naraw dak li ma immaġinajniex li qatt jista' jseħħ, jew għall- inqas li immaġinajna li jseħħ fuq medda ta' żmien: daħlet il-Coronavirus, qajmet paniku liema bħalu- paniku ġġustifikat - u l-ekonomija ġġammjat, waqfet, iffiriżat u issa bil-mod il-mod, tibda riesqa lejn il- bidu ta' kroll. Iva, l-istess ekonomija li tant ħadnieha forgranted li l-fatt li konna sejrin tajjeb lanqas biss baqa' aħbar. In-negozji l-ewwel li ħassew id-daqqa, speċjalment dawk fid-divertiment, ikel, turiżmu u anke xorb. Għal dawn il-familji dan huwa żmien ta' inċertezza kbira. Min huwa miljunarju u kuntrattur kbir, iħossha imma jsalva. Imma d-daqqa li se jaqilgħu dawk kollha- li huma ħafna - illi għandhom negozju tal-familja, se tkun enormi jekk is-sitwazzjoni ttul. L-ewwel li se jbatu huma l-ħaddiema. L-istess il-lukandi u dawk kollha li b'xi mod huma servizzi anċillari. It-turiżmu se jieħu l-akbar daqqa li qatt ħa mill-eżistenza tiegħu bħala settur ekonomiku fis-sittinijet. Dan se jhedded eluf ta' impjiegi, u jaf jhedded ukoll id-dħul ta' familji. Ejja ma niħdux dawn l-affarijiet b'leġġerezza. Din li deħlin fiha jaf tkun l-akbar kriżi ekonomika li qatt ra dan il-pajjiż u l-akbar riċessjoni f 'deċenji. Ejja ma nkunux indifferenti lejn il-fatt li din il-marda, apparti li tista' teqred ħajjiet - jekk ma nilqgħux sew għaliha taf tfaqqar setturi sħaħ u tkisser il-ħidma ta' diversi fl-aħħar snin. Il-Gvern għamel sew li lbieraħ beda jħabbar numru ta' miżuri biex jgħin lin- negozji, tal-inqas ikollhom biex iħallsu l-pagi. Huma tajbin u juru kemm il-Gvern ta' Abela qed jieħu bis-serjetà, b'kawtela u b'livell ta' professjonaliżmu s-sitwazzjoni u dak li hemm bżonn isir. Iżda dak li tħabbar ilbieraħ mhuwiex biżżejjed. Kemm jista' jkun malajr il-PM għandu jikkunsidra miżuri ta' emerġenza, biex jilqa' u jtaffi mid-daqqa lill-ħaddiem. L-ewwel u qabel kollox għandu jwaqqaf il-ħlas tas-self fuq ir-residenzi u negozji, speċjalment ta' dawk li se jkollhom jagħlqu n-negozju tagħhom jew jispiċċaw bla xogħol. Dan ikun nifs 'il ġewwa għal bosta li għandhom futur inċert. It-tieni, il-Gvern jekk is-sitwazzjoni ttul, għandu jara illi l-ħaddiema li spiċċaw bla xogħol (jew fuq unpaid leave) u li taħt ebda ċirkostanza ma jistgħu jaħdmu mid-dar jingħataw għajnuna finanzjarja. Il-Gvern jeħtieġ jaċċerta li kulħadd ikollu dħul diċenti anke meta mhix dieħla l-paga, bi dħul li ma jlaħħaqx il-paga imma li jirrifletti l-ispiża bażika biex tħallas il-kontijet u tixtri l-ikel. Il-ħlas ikun skont kemm hemm membri fil-familja. Il-Gvern għandu jara li l-perjodu li fih għandhom jitħallsu kontijiet tad- dawl u ilma u miżati jittawwal filwaqt li l-kumpaniji tat-telefonija u internet jagħmlu l-istess. L-anzjani għandu jitwasslihom l-ikel - flimkien mal-mediċina biex huma ma joħorġux. U din għandha tkun estiża għal kull anzjan u anzjana f 'Malta u f 'Għawdex. Din fil-fatt kienet proposta li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni u li nemmnu illi tagħmel ħafna sens. L-infermiera - il-ġellieda qalbiena f 'din il-gwerra mal-mard - għandhom jingħataw rikonoxximent billi jingħataw kumpens xieraq tar-riskju li qed jieħdu u inċentivi fiskali biex jaħdmu aktar fit-tul. Jekk nitilfu lill-infermiera, nitilfu l-battalja. Qed nibdew din ir-riċessjoni bla ħsieb b'vantaġġ ta' surplus u ekonomija li kienet qed tiġri. Il-pajjiż, anke jekk ma xtaqniex, jiflaħ jonfoq mill-ħafna ġid li nħoloq anke jekk ma nagħmlux surplus din is-sena biex ngħinu u nagħtu wens lill-aktar batut u vulnerabbli bħalissa. Fl-aħħar dan it-test, mill-ġdid se jkun, il-kuxjenza soċjali l-akbar u l-aqwa kejl li jiddetermina kemm ħriġna minn din l-isfida b'suċċess. illum • 15 TA' MARZU 2020 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 March 2020