Illum previous editions

ILLUM 12 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1234803

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 23

24 IL-ĦADD 12 TA' APRIL 2020 • illum L-Għid it-Tajjeb 'Berikhieli Kristu Rxoxt' – L-għajta tat-tfal ta' Bormla waqt il-ġirjiet bl-Irxoxt YENDRICK CIOFFI Normalment, bħal-lum, it-toroq ta' Bormla jkunu ppakkjati bin-nies biex jassistu għall-purċissjoni u l-ġirjiet tradizzjonali tal-Irxoxt. Bla dubju li l-Irxoxt ta' Bormla huwa wieħed mill-aktar popolari u mhux ta' b'xejn li huwa mlaqqam bħala "l-Irxoxt tal-Maltin." L-istatwa tal-Irxoxt ta' Bormla ġiet imnaqqxa fl-injam f 'Napli fl-1741 u kienet irregalata lill- Arċikonfraternità tal-Kurċifiss imwaqqfa fil-Kolleġġjata ta' Bormla. Bla dubju li hija waħda mill- isbaħ vari tal-Irxoxt li nsibu fil- gżejjer Maltin. Imtajjar 'il fuq, l-Irxoxt jinsab b'idejh miuħa u f 'idu jżomm il-palma, simbolu tar-rebħa ta' Kristu fuq il-mewt. L-irxoxt jistrieh fuq qabar mill- isbaħ tal-injam irħamat u ħdejn saqajh, il-blata tal-fidda tal-istess qabar li kienet saret fuq disinn ta' Abram Gatt. L-istatwa hija mdawra bi tnax- il fanal tal-fidda għax qabel, din l-istatwa, kienet tinħareġ għall-ħabta tal-4am jew il-5am ta' filgħodu wara li tintemm il- Quddiesa tal-Vġili tal-Għid li kienet tibda f 'nofsinhar. Il-Bormliżi l-hena tagħhom jinġabru fit-toroq ippakkjati bil- Maltin minn kull rokna tal-gżira biex jassistu għall-ġirja bl-istatwa tal-Irxoxt, manifestazzjoni esterna tal-ferħ tal-Għid il-Kbir. Għall-ġirjiet, uħud minnhom fi tlajja iebsa tal-Belt Cospicua, l-Irxoxt jitniżżel fuq l-idejn tar- reffiegħa li jiġru bih u jgħolluh fuq l-idejn fi tmiem il-ġirja. Matul il-purċissjoni tara diversi tfal bil-figolli u l-bajd tal-Għid li jgħolluhom huwa u għaddej l-Irxoxt bil-ġirja. F'dari, it-tradizzjoni kienet li t-tfal kienu jgħajtu: "Berikhieli Kristu Rxoxt." It-tradizzjoni għadha tinżamm ħajja, hekk kif meta l-Irxoxt jasal quddiem il-Monasteru ta' Santa Margerita, l-Arċipriet ta' Bormla jieqaf jitlob mal-poplu u jbierek il-figolli u l-bajd tal-Għid tat-tfal. Is-sena li għaddiet, din l-istatwa mill-isbaħ, ġiet irrestawrata mill- kumpanija Atelier del Restauro. Għas-sena d-dieħla jekk Alla jrid! L-ewwel ġirja bl-Irxoxt ta' Bormla fi Triq l-Oratorju; Ritratt: William Grech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 April 2020