Illum previous editions

ILLUM 12 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1234803

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 23

06 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA APRIL 2020 • illum 'Ħafna aġenti tħallew għal riħhom bla dħul u bla għajnuna' L-Assoċjazzjoni tal- Aġenti tal-Proprjetà tgħid illi s-sitwazzjoni hija diġa' u ser issir aktar prekarja għall- aġenziji, ħaddiema u l-aġenti jekk il- Gvern ma jagħtihomx l-għajnuna ALBERT GAUCI CUNNINGHAM U YENDRICK CIOFFI Minkejja li l-aktar li ntlaqtu - għall-bidu tal-kriżi ekonomika tal-Covid-19 - kienu dawk kollha fis-settur tat-turiżmu, jidher illi s-settur tal-proprjetà qed jiffaċċja dik li taf tkun l-akbar u l-eqqel kriżi li qatt iffaċċja fl-aħħar snin, b'telf ta' mijiet ta' impjieg u anke għeluq ta' negozji. Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Aġenti tal-Proprjetà fi ħdan l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA) Douglas Salt - proprjetarju wkoll ta' Frank Salt - sostna mal-ILLUM li mingħajr ebda għajnuna mingħand il- Gvern is-sitwazzjoni ta' ħafna kumpaniji, ħaddiema u aġenti se tkun waħda iktar prekarja. L-Assoċjazzjoni fil-fatt qed tisħaq illi "l-aġenti kollha li jaqgħu taħt l-istatus ta' self employed bħalissa ma huma jirċievu ebda dħul u ebda paga. Dawn in-nies tħallew għal riħhom bi ftit li xejn li jistgħu jitolbu mingħand il-Gvern." Tfakkar li ħafna mill-aġenziji, jekk mhux kollha, għalqu għat-13 ta' Marzu minħabba r-riskji kbar li setgħu ffaċċjaw, speċjalment minħabba klijenti barranin. Ifakkar li l-aġenti ma għalqux kuntratti ta' kirjiet jew bejgħ ġdid f 'ħafna minn Marzu u "ħadd mhu jistenna li jagħmel xejn sakemm il-pajjiż jerġa jiġi għal xi forma ta' normalità." "Ħafna mill-aġenziji sa issa irnexielhom iżommu l-impjiegi full time, imma m'hemm ebda ċertezza li dan jista' jkun sostnut." Salt qal ukoll mal-ILLUM li x-xogħol huwa kollu wieqaf u elenka l-ispejjeż li Frank Salt għandha bħala kumpanija. €160,000 fix-xahar f 'pagi tal- ħaddiema kollha full time u €250,000 f 'kirjiet u spejjeż kollha relatati mal-uffiċċji tal- kumpanija. Huwa jgħid li l-kumpanija tixtieq li anke s-suq proprjetà jkun mgħejjun billi l-madwar 2,000 ħaddiem f 'dan is-settur ukoll jingħataw l-għajnuna li ta l-Gvern lill-eluf ta' ħaddiema oħrajn. B'hekk jonqos il-piż fuq l-aġenziji. L-Assoċjazzjoni tfakkar illi kuntrarjament għall-perċezzjoni popolari, 60% ta' dawk kollha li jaħdmu f 'dan is-settur jaqilgħu inqas minn €20,000 fis-sena u huma biss 16% li jaqilgħu aktar minn €40,000 kull sena. L-Assoċjazzjoni tfakkar ukoll illi l-maġġoranza tal- aġenti għandhom bejn 31 u 50 sena u allura ħafna minnhom għandhom self fuq proprjetà xi jħallsu lura lill-bank." "Dan is-settur mhuwiex differenti minn setturi oħrajn li kellhom jgħalqu u li kellhom id-dħul mnaqqas drastikament jew saħansitra kompletament mikul." L-Assoċjazzjoni li jmexxi Salt qed tisħaq li tant huma ħżiena l-affarijiet illi ħafna mill-aġenti qegħdin jitolbu li jitkeċċew temporanjament biex tal-inqas ikollhom il-benefiċċju tal-qgħad li qed jagħtu l-Gvern. Il-proprjetà u l-kostruzzjoni ... kemm ħolqu ġid? Il-proprjetà kienet waħda mill-muturi ewlenin tal- ekonomija fl-aħħar snin, bis-suq huwa mifhum li kien fl-aqwa tiegħu. Il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn l-aħħar tliet snin f 'termini ta' Prodott Gross Domestiku. Għall-fini ta' dan l-eżerċizzju se nagħtu ħarsa lejn żewġ setturi: il- kostruzzjoni u anke l-proprjetà li fil-verità huma interrelatati u li jeħtieġu lil xulxin b'mod dirett. Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika, fl-2017 il- kostruzzjoni ġġenerat €364.3 miljun fl-ekonomija, fl-2018 €393 miljun u fl-2019 €448 miljun. Dan ifisser li l-ġid li ħolqot din l-industrija żdied b'€84 miljun fi tliet snin. Is-settur tal-bejgħ u xiri ta' proprjetà huwa ikbar, hekk kif fl- 2017 iġġenera €466 miljun - iktar mill-2019 għall-kostruzzjoni - fl-2018 iġġenera €514 miljun u fl-2019 €551 miljun. Dan ifisser żieda ta' €85 miljun f 'ġid fl- ekonomija Maltija. Dan ifisser li fl-2019 dawn is-setturi ħolqu kważi €1 biljun ta' ġid li mar għall-ekonomija Maltija. Jekk inqabblu dan l-ammont ma' dak ta' setturi oħrajn: Fl- 2019 is-settur finanzjarju li allura jinkludi l-banek, iġġenera €657 miljun u s-settur tal- Informazzjoni u t-Teknoloġija ħoloq €786.6 miljuni. Douglas Salt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 April 2020