Illum previous editions

ILLUM 12 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1234803

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 23

I l-kriżi tal-Covid19 tatna affarijiet ġodda biex ninkwetaw dwarhom. Il-problemi l-qodma għadhom magħna, imma issa tilfu l-impor- tanza u l-urġenza tagħhom fid-dawl tal-kriżi kurrenti. Saħħitna, kemm individwalment kif ukoll b'mod kollettiv hi taħt theddida. L-ekonomija wieqfa u xi setturi ambjentali bdew jirpiljaw bil-mod. Waqt li setturi differenti tal-ħidma tal-pajjiż qed jieqfu jew jiġu mwaqqfa bħala miżura ta' prewkazzjioni hu tajjeb li nassiguraw li s-solidarjetà ma tiġix imqegħda fi kwarantina. Is-solidarjetà bejnietna hi essenzjali mhux biss biex inwieżnu lil xulxin illum, waqt il-kriżi, imma ukoll fit-trieqitna biex il-pajjiż jirkupra u jerġa' jibda jaħdem mill-ġdid. Irridu nifhmu li kulħadd hu importanti: dan jgħodd għal kull persuna mingħajr l-ebda eċċezzjoni. Ħadd ma għandu jkun injorat inkella jitħalla jaqa' lura. Meta l-kriżi toqrob lejn tmiemha b'dan il-mod inkunu iktar b'saħħitna u fil-mixja tagħna nkunu għarafna napprezzaw aktar u aħjar lil xuxlin. L-awtorijiajiet tas-saħħa f 'Malta aġixxew b'kawtela raġjonevoli meta bdew jippjanaw minn kmieni għall- imxija tal-Covid19. It-tnaqqis gradwali ta' attività mhux essenzjali, kienet, b'mod ġenerali, ippjanata tajjeb, b'eċċezzjoni waħda. Il-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa ukoll hu waħda mill- attivitajiet mhux essenzjali li ma kienx hemm ħtieġa li jiftaħ. Il-kumitat Ornis kien irresponsabbli li ta parir biex l-istaġun jinfetaħ. Il-Gvern qatt ma messu aċċetta li dan jiftaħ. Il-komunità tal-kaċċa tilfet opportunità li tippreżenta ruħha f 'dawl differenti. Sfortunatament, għal darba oħra ikkonfermat li mhiex kapaċi taġixxi b'mod responsabbli. Inkunu b'saħħitna jekk ilkoll kemm aħna naġixxu b'mod responsabbli. Għandna nsegwu l-parir li ngħatajna biex preferibilment nibqgħu ġewwa. Mhux il-waqt la għal picnic, la għall- camping u wisq inqas għal mixjiet fil- kampanja inkella għall-kaċċa. Hu ukoll opportun li nirrealizzaw li r-razziżmu jagħmel ħsara iktar mill- Covid19. Matul il-ġimgħa ċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal-Far tqiegħed taħt kwarantina u dan wara li madwar tmien residenti tiegħu kienu identifikati bħala posittivi għall- Covid19. Kienet opportunità oħra li r-razzisti fostna ippruvaw jisfruttaw biex ikesksu. Ftit huma konxji li l-komunità ta' Ħal-Far hi fost dawk li huma mill- iktar vulnerabbli b'mod partikolari minħabba l-ispazju ffullat li tqegħdu fih. Kif spjegajt fil-blog tiegħi nhar it-Tlieta, tkun deċiżjoni għaqlija kieku din il- komunità ta' Ħal-Far, waqt li għaddejja l-kriżi kurrenti, tkun tista' tagħmel użu mill-lukandi li presentement huma vojta u li m'humiex jintużaw. Dan mhux biss ikun fl-interess tagħhom u ta' saħħithom. Huwa ukoll fl-interess tagħna lkoll li jittieħdu l-passi kollha neċessarji biex tkun ikkontrollata iktar l-imxija tal-Covid19. Il-Gvern għandu l-awtorità kollha biex jieħu deċiżjoni ta' din ix-xorta għax il-liġi tipprovdi għaliha. Iktar ma issir malajr iktar aħjar għax b'hekk ikun indirizzat wieħed mir- riskji l-kbar li jista' jwassal għat-tixrid aċċellerat tal-Covid19. Fuq livell ta' Unjoni Ewropea id- dibattiutu dwar il-ħidma li trid issir wara li tintemm il-kriżi Covid19 għaddejja. Hu fatt li b'mod ġenerali l-Unjioni Ewropeja ma kienitx imħejjija għall- wasla taI-Covid19 u l-emerġenza li rriżultat. Bħala riżultat ta' dan, fl-ewwel ġimgħat la l-Italja u l-anqas Spanja ma sabu l-appoġġ li tant kienu jeħtieġu. Dan wassal biex is-servizzi tas-saħħa f 'dawn il-pajjiżi ma setgħux ilaħħqu biex jindirizzaw l-impatti tal-mixja tal-virus u kienu f 'xifer il-kollass. It-telf ta' kull ħajja hi dejjem okkazjoni ta' dieqa kbira. Imma meta din tkun frott ta' nuqqas ta' preparazzjoni adegwata tkun ukoll riżultat ta' inkompetenza. Id-dibattitu illum huwa ukoll dwar liema hi l-aħjar triq il-quddiem. Pajjiżi min-nofsinnhar tal-Ewropa, ewlenin fosthom l-Italja u Spanja, b'appoġġ tal- Ħodor u s-soċjal demokratiċi fil-grupp S & D, qed jargumentaw favur il-ħruġ ta' coronabonds mill-Unjoni Ewropeja. Bonds li hu propost li jimmaturaw fit-tul u dan kemm biex jitnaqqsu l-ispejjes biex dawn ikunu amministrati kif ukoll biex ikun assiguratli l-piż jintrefa minn kulħadd. Qed nikteb l-Erbgħa fil-ghaxija meta jidher li għad ma hemm l-ebda konklużjoni dwar dan kollu. Hi triq, iżda, li għandha twassal għal solidarjetà u mhux għal karità. Is-solidarjetà mhiex taħt kwarantina. Hi t-triq il-quddiem kemm f 'Malta kif ukoll fl-Ewropa. Wara kollox hi parti integrali mid-DNA tagħna 16 opinjoni Is-solidarjetà mhijiex qegħda fuq kwarantina IL-ĦADD 12 TA' APRIL 2020 • illum Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Il-komunità tal-kaċċa tilfet opportunità li tippreżenta ruħha f'dawl differenti. Sfortunatament, għal darba oħra ikkonfermat li mhiex kapaċi taġixxi b'mod responsabbli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 April 2020