Illum previous editions

ILLUM 12 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1234803

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

12 intervista IL-ĦADD 12 TA' APRIL 2020 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Kif tiddeskrivi s-suq tax-xogħol bħalissa? Il-kriżi li ġab miegħu l-virus COVID-19 ħarbtet il-mod kif konna qed ngħixu u poġġiet pressjoni kbira fuq ħaddiema u min iħaddem u l-għajxien tagħhom. F'mument ta' kriżi, il-kollaborazzjoni u d-djalogu soċjali bejn min iħaddem u t-Trade Unions hija essenzjali u ta' importanza kbira biex negħlbu din l-isfida u nerġgħu nibdew naħdmu biex inġibu stabbilità u nagħtu spinta lill-progress ekonomiku u soċjali. Is-sitwazzjoni hija waħda eċċezzjonali u bla ebda preċident. Fil-kriżi tal-2008 s-sitwazzjoni kienet ħażina iżda mhux daqs illum. Bħallissa d-dinja tax-xogħol hija waħda mqallba. Għandek postijiet tax-xogħol magħluqa u mingħajr xogħol u l-ħaddiema huma ferm inkwetati li jitilfu l-impjieg tagħhom u għandek postijiet tax- xogħol oħra li għadhom għaddejjin u tant għandhom xogħol li għandhom bżonn ħaddiema ġodda. Iżda l-ħaddiema f 'dawn il-postijiet tax-xogħol għandhom biża' kbira li ser jiġu infettati. "Allura għandek kuntrast bejn żewġ dimensjonijiet iżda hemm element li jorbothom; il-biża' tal- futur." Qed jiġu fuqek ħaddiema li qed jitilfu xogħolhom? Minn liema setturi l-aktar? X'qed jitolbukhom bħalissa? Wara l-ħruġ tat-tieni pakkett il-GWU iddikjarat li kien hemm aspetti tajba, iżda l-għajnuna diretta fil-pagi ma kinitx biżżejjed. Iż-żmien tana raġun u t-tielet pakkett qed jgħin biex ħadd ma jagħti sensji. Is-sensji li kien hemm kienu dawk li għandhom kuntratti definiti jew żmien ta' prova. Dan il-pakkett serraħ it it-tħassib tal-ħaddiema kif ukoll ta' min iħaddem. Fejn aħna rappreżentati sa issa s-sitwazzjoni hija waħda maniġabbli u sensji ma kellniex. Iżda s-sitwazzjoni tista' tinbidel jekk din il-kriżi tieħu fit-tul. 3 - Hemm każi ta' abbużi fejn impjegaturi keċċew ħaddiema mill-ewwel jew b'mod illegali? Tista' ssemmi xi wħud li inti taf bihom? Iva. Fejn aħna mhux rapprezentati kien hemm sensji mill-ewwel speċjalment ħaddiema ta' pajjizi terzi. Kien hemm każijiet ta' tkeċċija anke b'sempliċi sms jew b'ittra fejn il-ħaddiem qalulu biex juża l-aħħar paga biex jixtri biljett tal-ajru. Dawn huma azzjonijiet tal-mistħija u għajb. Inżommu f 'moħħna li suċċess li esperjenza pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin, kien grazzi għall-ħidma ta' dawn il-ħaddiema wkoll. Kellna diversi ħaddiema li mhux koperti b'ehim kollettiv fejn qed ikunu mġiegħla jiffirmaw kuntratt tax-xogħol ġdid b'tnaqqis tal-paga u kundizzjonijiet tax-xogħol. X'qed tagħmel il-unjin li tmexxi biex tara illi dak kollu li qed jittieħed mill-ħaddiema – bħal-leave u tnaqqis fil-pagi - jingħata lura ladarba jgħaddi kollox? F'kull post tax-xogħol fejn hemm ehim kollettiv qed isiru arranġamenti biex ħadd ma jitlef l-impjieg, il-ħaddiem jirċievi dak dovut lilu, u fejn hu possibbli jibqa' jirċievi I-paga sħiħa billi nsibu xogħol għalih. Il-maġġoranza tal-membri qed jikkoperaw b'mod sħiħ. L-akbar problema li qegħdin naffaċċjaw hija l-inċertezza ta' kemm ser indumu hekk. Kulħadd qed jaħdem flimkien biex nimmitigaw l-impatt ekonomiku. Barra minn hekk, b'mod ħolistiku qed naħdmu fuq proposti li ser nippreżentaw fl-MSCESD għal meta tgħaddi din l-imxija biex nerġgħu nibdew insostnu t-tkabbir filwaqt li l-affarijiet jistabbilizzaw u nerġgħu nidħlu għal dik l-imsejħa normalità. Dan id-dokument ser ikun fih proposti speċifiċi mhux biss fil-qasam tal-impjiegi iżda jittrattaw ukoll il-benefiċċji soċjali, pensjonanti u l-persuni l-aktar vulnerabbli. Eluf ta' ħaddiema għadhom mhux qed igawdu minn ebda miżuri tal-Gvern, ħafna negozji, aġenti ta' proprjetà, fabbriki u oħrajn. Eluf ta' ħaddiema għandhom l-impjieg imdendel. X'qed tagħmel il-unjin biex tgħin lil dawn in-nies? Nemmnu li l-għajnuna għandha tkun mifruxa u li kontinwament tiġi aġġornata skont kif tiżviluppa din il-krizi. Fejn hemm problemi nemmen ukoll li gvern għandu jgħin. Nemmen li l-gvern jeħtieġ li jinżel fuq livell ażjendali biex jgħin. Fuq kollox aħna r-relazzjonijiet industrijali tagħna huma mibnija fuq post tax-xogħol individwali. Il-ħidma tagħna hija kemm fuq livell ażjendali, kollettiv u nazzjonali. Ressaqna diversi proposti lill-Gvern li ġew milqugħa. Tajjeb ngħid li kienet il-GWU li talbet laqgħa urġenti tal-MCESD biex jiġu diskussi din il-kriżi u l-leave tal-kwarantina. Anke meta ntlaħaq il-patt soċjali, il- GWU kienet parteċipi u promotura. Barra minn hekk kellna diversi gruppi ġodda ta' xogħol li daħlu membri biex jipproteġu l-interessi tagħhom. Anke ħaddiema li tradizzjonalment qatt ma resqu lejn il- GWU. Kemm ħaddiema kif ukoll self- employed. Kellna wkoll xi employers li ġew huma biex il-ħaddiema tagħhom jidħlu fil- Unjin għax qed jaraw il-mod professjonali li qed naħdmu bih. Żgur li din il-kriżi ġabet uġigħ ta' qalb kbir minħabba l-inċertezza li ħolqot, il- biża' ta' x'ser jiġri iżda opportunità ta' ħafna aktar xogħol għalina – kemm fuq livell ażjendali u nazzjonali. Jien nemmen li dan huwa żmien ta' prova oħra għall-GWU Dawk il-ħaddiema bi ftehim kollettiv ġew affetwati? Kif? Il-ħidma tinqasam fuq tliet binarji. Għandek postijiet tax-xogħol fejn għadhom joperaw, daħħalna pjan ta' kontinġenza biex jibqgħu joperaw bl-inqas riskju possibbli, pereżempju li jkun hemm shis differenti, ilbies protettiv jew separazzjonijiet bejn il- magni, fost oħrajn ħruġ u dħul differenti, shis ma jiltaqgħux bejniethom. Ħafna ħaddiema oħra ngħataw il-possibilità li jaħdmu mid-dar. Dan qed isir bi pjan strutturat biex l-ażjendi jibqgħu għaddejjin filwaqt li nkunu qed nipproteġu lill-membri tagħha mill-aspett finanzjarju imma wkoll mill-aspett ta' saħħa. Fejn il-post tax-xogħol ġie ordnat jagħlaq, is-Segretarji kollha tat-Taqsimiet tagħna fi ħdan il-Unjin jinsabu impenjati b'mod dirett u b'mod virtwali biex jivvalutaw l-impatt li qed ikun hemm b'rabta mas- sitwazzjoni preżenti u flimkien max-shop steward isibu soluzzjonijiet biex kemm jista' jkun possibbli jimmitigawh. Il-punt ta' 'Keċċewhom b'sms u qalulhom paga użawha għall-biljett tal-ajru' L-akbar inkwiet tal-ħaddiema bħalissa hija l-inċertezza u l-biża' tal-futur - hekk jgħid meta intervistat minn din il-gazzetta s-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja li jiftaħ it-tieqa fl- abbużi li saru fl-aħħar ġranet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 April 2020