Illum previous editions

ILLUM 12 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1234803

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 intervista illum • IL-ĦADD 12 TA' APRIL 2020 tluq dejjem ikun li ħadd ma jispiċċa mill- impjieg. Hemm diversi miżuri fosthom, banking hours, leave sfurzat, tibdiel fil- ħinijiet tax-xogħol u anke tibdiel fil-ħidma li ssir. Barra minn hekk ta' kuljum il-GWU nirċievu mijiet ta' telefonati kemm minn ħaddiema u diversi drabi anke minn employers li jduru fuq l-Unjin biex jistaqsu dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom, u allura huwa essenzjali li l-GWU tibqa' topera u tibqa' tagħti servizz. X'inhi l-akbar theddida vera għaż-żmien li ġej għax-xogħol u l-investiment? L-inċertezza li teżisti ta' kemm ser iddum din il-kriżi kemm fuq livell mediku kif ukoll dak ekonomiku. F'ekonomija globalizzata kulħadd jew ġie affettwat jew ser ikun affettwat. Kull post tax-xogħol huwa marbut ma' post tax-xogħol ieħor f 'pajjiż ieħor. Kemm fuq materja prima, jew ordinijiet. Malta għandha ekonomija miuħa u neħtieġu li pajjiżi oħra jibdew jikbru wkoll biex inkunu nistgħu nikbru wkoll. Żgur li d-dinja tax-xogħol wara din il-kriżi ser tkun waħda differenti. Il-mod kif naħdmu, il-mod kif naħsbu jeħtieġ li nitgħallmu. Importanti li nitgħallmu minn dan kollu. Nemmen li flimkien nistgħu nagħmlu differenza waqt u wara din il- kriżi. Eżempju ta' dan, dejjem sħaqna fuq kunċetti ta' ħidma differenti bħal teleworking fil-privat. Dejjem kien ikun hemm oġġezzjonijiet iżda llum minħabba din l-kriżi ħafna qed jaħdmu mid-dar. Għaliex ma għandux ikun dejjem dan? Barra hekk qed naraw il-kollass totali tal- filosofija neo-liberali u sistema kapitalista. F'diversi pajjiżi in9nies qed tbati għax matul is-snin il-Gvernijiet iprivatizzaw diversi servizzi essenzjali bħas-saħħa. Nemmen li wara dan il-virus ser ikollna dinja ġdida li mhux bilfors agħar. Żgur fl- immedjat kullżadd irid jagħmel sagrificji. L-importanti li dan il-piż mhux jispiċċa kollu fuq il-ħaddiem. Kulżadd irid jagħmel il biċċa tiegħu. Taħseb li l-mod kif il-Gvern qed iħabbar l-għajnuna - biċċa, biċċa - tagħmel sens? Iva naqblu. Mill-bidu nett il-GWU sostniet illi l-Gvern għandu jniedi miżuri sostenibbli fl-ekonomija bil-għan illi jnaqqas mit-tbatijiet fl-immedjat kemm tal- ħaddiema tagħna u anke ta'min iħaddem. Fiċ-ċirkostanzi illi ħadd ma jaf kemm ser iddum din il-problema huwa ferm importanti illi l-istimolu ekonomiku ma jwassalx lill-pajjiż għal problemi finanzjarji fi żmien qasir li jwassal għal riċessjoni qawwija bil-konsegwenzi kollha negattivi fuq il-ħaddiema u l-pensjonanti tagħna. Dan fi sfond li l-istess miżuri għandhom ikunu marbuta maż-żamma tal-impjieg. Nemmnu li kull miżura għandha tvarja skont l-impatt illi l-industrija partikolari qed taffaċċja minn din il-problema. Issa filwaqt li għandna diversi setturi milquta għandna oħrajn li għadhom joperaw b'mod normali iżda li l-impatt fuqhom jista' jkun fil-futur. Għandna oħrajn li l-impatt fuqhom mhux kbir iżda jeħtieġu għajnuna. Dawn ukoll għandhom jingħataw l-għajnuna. Barra hekk kif jgħaddi kollox il-gvern jeħtieġ li jkun f 'pożizzjoni finanzjarja biex jistimola l-ekonomija. X'inhu l-appell tiegħek lill-ħaddiema, l-pensjonanti u self employed f'dan il- mument iebes? Niem li dan huwa żmien diffiċli u niem il-preokkupazzjoni tan-nies minħabba dan l-virus u l-kriżi li ġab magħha. Il- biża' li qed tinfirex fost ix-xjuħ tagħna, il- familji tagħna huwa wieħed raġjonevoli u nemmen li kulħadd għandu jkun iktar kawt u jieħu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha biex jipprotegi lilu jew lilha nnfisha iżda wkoll biex nipproteġu lil ħaddieħor. Iżda nemmen bi sħiħ ukoll li ser ngħaddu minn din il-kriżi. Jien nappella biex kulħadd jibqa' jsegwi l-appelli mill-awtoritajiet tas-saħħa għax kull wieħed u waħda minna għandu rwol importanti li jista' jwaqqaf l-imxija ta' dan il-virus. Nisħaq ukoll fuq l-importanza tal- kollaborazzjoni bejn it-Trade Unions, Gvern u min iħaddem biex negħlbu din l-isfida wkoll. Issa huwa l-waqt li dak li dejjem għadna fuq kemm għandna djalogu soċjali b'saħħtu li nuruh. Żgur li dak li ser nagħmlu issa ser jiddefinixxi l-futur tagħna bħala organizzazzjoni, soċjetà u pajjiż. Dan il-virus ma jistax jiġi miġġieled fuq livell individwali, jeħtieġ sforz kollettiv. Il-fatt li ħafna immigranti issa qegħdin fuq kwarantina kif affetwat il-postijiet tax- xogħol fejn jaħdmu? Fuq l-immigranti tal-Open Cntres ma tantx għandi informazzjoni però bħala GWU l-prijorità tagħna huma l-ħaddiema kollha inklużi dawk il-ħaddiema barranin, kemm Ewropej kif ukoll ħaddiema li ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea. Dan għaliex il-GWU temmen fil-kunċett ta' ugwaljanza li ma tagħmilx differenza bejn in-nazzjonalità tal-ħaddiema. Aħna nippruvaw nipproteġu u nagħtu għajnuna lil kulħadd u naraw li ma jiġux abbużati. Qed nagħmlu dak kollu possibbli biex insalvaw l-impjiegi ta' kulħadd. Naħdmu ma' diversi kuntratturi biex naraw kif dawn il- ħaddiema jingħataw taħriġ u jinstab xogħol alternattiv għalihom. Fil-fatt flimkien ma' kuntrattur ewlieni u l-Ministru tat- Turiżmu għamilna ehim biex ħaddiema barranin jgħinu fit-tindif tal-pajjiż. L-istess għamilna ma' diversi kunsilli lokali. Iżda jiddispjaċini meta nara ħaddiema li mhux imsieħba fil-Unjin jiġu terminati b'sempliċi ta' sms jew ittri fejn jgħidulhom li l-impjieg tagħhom ġie mitmum u jridu jitilqu b'mod immedjat minn Malta. Matul is-seba' snin li għaddew kienu dawn l-istess ħaddiema li kkontribwew biex diversi imprendituri għamlu miljuni kbar. F'daqqa waħda l-ħaddiem minn investiment sar piż żejjed. Barra minn hekk l-uffiċċju (contact point) li konna aħna flimkien maċ- CGIL tal-Italja qed nassiguraw li tingħata l-informazzjoni kollha possibbli lill- ħaddiema Taljani li hawn Malta filwaqt li niggwidawhom għall-assistenza u nispjegawlhom jekk jikkwalifikawx għall- miżuri mħabbra mill-Gvern Malti filwaqt li ċ-CGIL tara li l-istess ħaddiema jingħataw l-għajnuna min-naħa tal-Istat Taljan. Ir- relazzjoni tagħna maċ-CGIL hija waħda eċċellenti u qed inkunu ta' interlokatur fejn mhux biss nisimgħu l-ilmenti imma naraw li l-assistenza tasal għand min huwa intitolat għaliha wkoll. l-aħħar tal-ajru' Fejn aħna mhux rapprezentati kien hemm sensji mill-ewwel speċjalment ħaddiema ta' pajjizi terzi. Kien hemm każijiet ta' tkeċċija anke b'sempliċi sms jew b'ittra fejn il-ħaddiem qalulu biex juża l-aħħar paga biex jixtri biljett tal-ajru

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 April 2020