Illum previous editions

ILLUM 12 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1234803

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 23

14 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' APRIL 2020 • illum Kif l-Awtorità tal-Ippjanar qegħda tirreaġixxi għall-COVID-19 Hekk kif Malta u l-bqija tad- dinja qegħdin jiffaċċjaw tfixkil fis-setturi kollha minħabba il-COVID-19, l-Awtorità tal- Ippjanar qed tadatta għal dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji billi taġġusta l-laqgħat pubbliċi u billi testendi l-validità tal- permessi ta' żvilupp li għadhom validi bi tliet snin. Waħda mill-aktar miżuri importanti li l-gvernijiet madwar id-dinja qed jagħmlu bħalissa hija li jżommu l-kontinwità f 'oqsma li jistgħu jibqgħu jiffunzjonaw minkejja dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji. Dawn il-miżuri huma essenzjali biex isostnu l-ekonomiji, li wħud minnhom iddgħajfu, biex iżommu l-impjiegi u jappoġġjaw il-familji u n-negozji biex jimxu 'l quddiem bil-pjanijiet tagħhom fejn possibbli. Għalhekk, l-Awtorità introduċiet protokoll ġdid li jippermetti lill-Kunsill Eżekuttiv, il-Bord tal-Ippjanar u l-Kummissjonijiet tal-Ippjanar iżommu l-laqgħat tagħhom fil- pubbliku bl-użu ta' mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi jew metodi vijabbli oħra. Miżuri simili qed jiġu adottati minn gvernijiet oħra u awtoritajiet tal- ippjanar madwar id-dinja. Il-Kamra tal-Periti, waħda mill-istakeholders ewlenin lokali, esprimew ukoll l-interess tagħhom biex kollox jitkompla b'metodi alternattivi kif leġiżlati, filwaqt li l-applikanti għandhom ukoll id-dritt li tiġi deċiża l-applikazzjoni tagħhom. Is-saħħa pubblika għandha preċedenza fuq il-prijoritajiet l-oħra kollha. Għalhekk, l-Awtorità tal-Ippjanar se terġa' tibda l-laqgħat pubbliċi tal-Kunsill Eżekuttiv, tal-Bord tal-Ippjanar u tal-Kummissjonijiet tal-Ippjanar bl-użu ta' vidjokonferenzi. Dan isegwi l-pubblikazzjoni ta' avviż legali li emenda l-mod kif għandhom isiru l-laqgħat pubbliċi. L-applikant, il-perit, kull min irreġistra interess u kwalunkwe membru tal- pubbliku, fid-diskrezzjoni taċ- Chairperson, jitħallew jagħmlu sottomissjonijiet relatati mal- każ li l-Kunsill, il-Bord jew il-Kummissjoni se jkunu qed jiddiskutu permezz tal-mezzi elettroniċi. Kull membru tal-pubbliku li jixtieq jipparteċipa fil-laqgħa li ssir permezz ta' mezzi elettroniċi għandu jinnotifika lill-Kunsill, lill-Bord jew lill-Kummissjoni b'tali interess mill-inqas ġurnata tax-xogħol qabel id-data tal- laqgħa. Din il-miżura qed tiġi introdotta biex tippermetti liċ-Chairpersons tal-Kunsill, tal-Bord, u tal- Kummissjoni jieħdu kwalunkwe miżura li jidhrilhom xierqa biex jiżguraw il-parteċipazzjoni tal- pubbliku. L-Awtorità pprovdiet user manual li juri, pass b'pass, kif diversi nies (periti, applikanti, partijiet li rreġistraw interess u membri tal-pubbliku) jistgħu jipparteċipaw waqt u fi kwalunkwe laqgħa tal-Kunsill, tal-Bord tal- Ippjanar jew tal-Kummissjonijiet tal-Ippjanar. Dan il-user manual huwa disponibbli fuq www. pa.org.mt. L-Awtorità estendiet ukoll bi tliet snin il-validità tal-permessi kollha ta' żvilupp li sal-lum għadhom fil-perjodu ta' validità tagħhom iżda ser jiskadu sal-31 ta' Diċembru 2022. L-Awtorità qed tieħu din il-miżura proattiva biex tipprevjeni lil dawk li għandhom permess milli jkollhom iwettqu ammont sinifikanti ta' xogħlijiet fi żmien qasir, ladarba tiġi stabbilita n-normalità. Il-miżura, li tapplika biss għal permessi li diġà ħarġu, se tiżgura wkoll li d-drittijiet ta' dawk il-permessi mogħtija jkunu salvagwardjati filwaqt li fl-istess ħin tnaqqas il-piż fuq il-komunità ta' xogħlijiet. Din l-estensjoni se tiffaċilita t-tlestija ta' proġetti żgħar ta'djar, kif ukoll ta' negozji akbar, filwaqt li tnaqqas il-piż amministrattiv relatat mat-tiġdid ta' permessi ta' żvilupp diġà fis-seħħ. Importanti li dan jgħin biex jiġu evitati sitwazzjonjiet li jistgħu jwasslu għal kostruzzjoni żbilanċjata madwar il-Gżejjer Maltin ladarba s-sitwazzjoni tiġi lura għan-normal. Għal aktar informazzjoni dwar dawn il-miżuri wieħed jista' jaċċessa www.pa.org.mt.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 April 2020