Illum previous editions

ILLUM 12 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1234803

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 23

22 avviżi kummerċjali IL-ĦADD 12 TA' APRIL 2020 • illum Melita żżid l-appoġġ għal ħaddiema ewlenin u familji vulnerabbli Melita Limited se tieħu serje ta' azzjonijiet biex tappoġġja ħaddiema ewlenin u familji vulnerabbli milqutin mit- tixrid tal-COVID-19. Il- ħaddiema ewlenin kollha, klijenti ta' Melita, se jingħataw dejta addizzjonali, hekk kif persuni li se ikollhom imorru f 'akkomodazzjoni ġdida qed ikunu offruti ukoll data plans bla tmiem. Fl-istess ħin, Melita se tipprovdi ukoll €10,000 biex jintużaw għax-xiri ta' frott u ħaxix frisk għall-Foodbank Lifeline Foundation. Ħaddiema ewlenin bħalma huma infermiera, tobba, pulizija, u membri tal-forzi armati, kif ukoll membri tal-istaff f 'Mater Dei, flimkien ma' persuni li jaħdmu fid-djar tal-anzjani li jkollhom iqattgħu perjodi twal ta' ħin 'il bogħod mid-dar biex jieħdu ħsieb lir-residenti, se jingħataw 5 GB ta' mobile data kull ġimgħa bla ħlas. Għal dawk il-ħaddiema ewlenin li se ikollhom jitilqu mid-dar u jmorru f 'akkomodazzjoni oħra biex inaqqsu mir-riskju ta' tixrid tal-coronavirus, Melita se tipprovdi data plans bla tmiem. Barra minn hekk, Melita se tappoġġja ukoll lill-komunità usa', b'mod partikolari lill- għadd dejjem jikber ta' familji vulnerabbli li qed jintlaqtu l-aktar ħażin mill-impatt ekonomiku fl-isfond tat-tixrid tal-COVID-19. F'dawn l-aħħar ġimgħat, il- Foodbank Lifeline Foundation rat żieda sinifikanti biex tgħin aktar, bil-provvista ta' frott u ħaxix frisk għal dawk vulnerabbli ssir sfida partikolari. Għal din ir-raġuni, il-kumpanija se tipprovdi €10,000 biex jintużaw għax-xiri ta' prodotti tant meħtieġa. Harald Roesch, Kap Eżekuttiv tal-Melita Limited, qal: "Mill- bidu tat-tixrid tal-COVID-19, Melita ħadmet qatigħ biex tiżgura li tappoġġja lill-impjegati u lill-klijenti kollha tagħha bl- aħjar mod. Madankollu, hu tajjeb li nagħmlu sforz addizzjonali biex nappoġġjaw lill-ħaddiema ewlenin li jinsabu fuq quddiemnett fil-ġlieda kontra dan il-virus, filwaqt li jqattgħu perjodi twal 'il bogħod mill- għeżież tagħhom. Bl-istess mod, ma nistgħux ninsew in- numru dejjem jikber ta' familji vulnerabbli li l-agħar li ntlaqtu mill-impatt ekonomiku tal-kriżi attwali. Hekk kif din is-sitwazzjoni tiżviluppa, Melita se tkompli tappoġġja bis-sħiħ lill-komunità u żżomm lill-pajjiż konness." L-istaff kollu f 'Mater Dei, li huma klijenti tal-Melita, qed jingħataw 5 GB ta' mobile data fil-ġimgħa ARGUS Group b'donazzjoni ta' €10,000 lill-Foodbank Lifeline Foundation ARGUS Group, li jinkludi lil Argus Insurance Agencies Ltd., FirstUnited Insurance Brokers Ltd. u Island Insurance Brokers Ltd., ta għotja ta' €10,000 lill- Foodbank Lifeline Foundation. Kelliem għal Argus Group, qal: "Minn dejjem konna ffokati li nroddu lura lill-komunitajiet fejn ilkoll kemm aħna ngħixu u naħdmu. Bħala grupp li kiber minn għeruq lokali b'saħħithom, aħna kburin bil-konnessjonijiet lokali sodi tagħna. L-idea li nappoġġjaw lill- Foodbank Lifeline Foundation ħarġet mix-xewqa li ngħinu lil individwi u familji li jinsabu tassew fil-bżonn ta' għajnuna fiċ-ċirkostanzi sfortunati li nħolqu minħabba l-COVID-19, irrispettivament minn reliġjon, razza jew ġeneru tal-persuna. Hu ta' privileġġ għalina li naqdu lill-komunità b'dan il- mod permezz tal-attivitajiet ta' responsabbiltà soċjali korporattiva tagħna." Din l-inizjattiva tifforma parti mill-enfasi kontinwa ta' Argus Insurance Agencies Ltd., FirstUnited Insurance Brokers Ltd. u Island Insurance Brokers Ltd. biex jikkontribwixxu għas- saħħa tal-komunità permezz tal- volontarjat u tar-responsabbiltà li nħaddnu lkoll għal ambjent aħjar. Il-pubbliku jista' jikseb aktar tagħrif onlajn dwar il- Foodbank Lifeline Foundation billi jżur www.foodbanklifeline. com u jiskopri attivitajiet li din l-organizzazzjoni tagħmel bis-saħħa tal-ħin mogħti mill- voluntieri u b'donazzjonijiet ta' oġġetti u flus li tirċievi. Għal aktar tagħrif dwar Argus Group żur https://www.argus. com.mt/, http://firstunited.com. mt/ u https://www.islandins. com/IIB

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 April 2020