Illum previous editions

ILLUM 12 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1234803

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 23

21 oroskopju illum • IL-ĦADD 12 TA' APRIL 2020 KOMPETIZZJONI Kalendarju Żodjaku Minn żmien għal żmien inwassal lilkom qarrejja ta' din il-Paġna ''Kompetizzjioni'' Din dejjem tkun lejn it-tmiem taż-Żodjaku, f 'dan il-każ issa li resqin lejn l-aħħar taż-żodjaku ta' Aries u fejn fl-20 ta' April jibda iż-żodjaku ta' Taurus. Iż-żodjaku ta' Taurus iġib miegħu TIBDILIET li trid tagħraf tilqagħhom għax jekk ma' tlaħħaqx ma' t-tibdiliet li jkunu qed iseħħu madwarek dan jaf ikun telf ta' xi oppurtunita' li tista' tkun vitali għax-xhur ta' wara.Għalhekk int trid tagħraf tiem sew dwar dak li ikun qed iseħħ qabel tidħol fiż-żjodjaku ta' Gemini. Kompetizzjoni - Taurus ma' min jaqsmu l-element? Ma' Capricorn? Ma' Leo? Ma' Virgo jew Ma' Gemini? Ibgħatu r-risposta tagħkom lill - PaulJon Aquilina , PO Box 27, Paola, Malta. Nixtieq lill-qarrejja ta' din il-paġna L-Għid it- Tajjeb. Namaste L-aħħar Żodjaku ta' Aries Mill-Ħadd 12 ta' April, sas-Sibt 18 ta' April Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Għall-aħħar taż-żodjaku taħt l-istilla ta' Aries, għalik Aquarius ser jagħmlek tagħraf aktar xi trid u x'inhu l-aħjar għalik, dan huwa żmien pożittiv għal fejn int trid tagħraf tkun aktar konċentrat lejn ħidmietek sabiex b'hekk tiġbed aktar opportunitajiet ġodda għaraf sew dan. L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Dati ideali għal din il- ġimgħa huma dawn: 6, 7, 9 u 11 . Persuni idejalment ta' gwida fil-karriera tiegħek huma minn Scorpio. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Għall-aħħar taż-żodjaku taħt l-istilla ta' Aries, għalik Pisces ser ikun mument ta' riflessjoni mhux il-mument ideali għalik li tieħu xi deċiżjoni, tgħaġġilx il-karriera tiegħek ħa tkompli tagħtik dak is-sodisfazjon li tixtieq għal kemm resqin opportunitajiet ta' sfida. Irrifletti sew. L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa Dati ideali għal din il-ġimgħa għalik huma dawn: 5, 6, 8 u 10. Persuni idealment ta' gwida fil-karriera tiegħek huma minn Cancer. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Għall-aħħar taż-żodjaku taħt l-istilla ta' Aries, għalik Aries ser ikun il-mument li trid issib bilanċ tajjeb fil-ħidma tiegħek għalhekk ħejji pjan sabiex waqt li fil-ħidma responsabbli li riesqa lejk tkun imħejji u ppreparat sew u ma' tiżbilanċjax il-madwar tiegħek.L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Dati ideali għal din il-ġimgħa għalik huma dawn: 6, 8, 9 u 1. Persuni idejalment ta' gwida fil-karriera tiegħek huma minn Capricorn. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Għall-aħħar taż-żodjaku taħt l-istilla ta' Aries, għalik Taurus ser ikun il-mument li ser ilaqqgħek ma' persuna mill-passat u dan ser jerġa jġiblek ċertu memoriji li int u hi kellkom imma jekk int il-passat għalqtu terġax tmur għaliħ speċjalment meta int taf minn x'hiex għaddejt għal hekk irrifletti. L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Dati ideali għal din il-ġimgħa għalik huma dawn: 6, 7, 8 u 10. Persuni idealment ta' gwida fil- karriera tiegħek huma minn Aquarius. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Għall-aħħar taż-żodjaku taħt li stilla ta' Aries, għalik Gemini hu l-mument ta' riflessioni dwar il- pass li int trid twettaq fejn minħabba li huma magħqbuda bejn il-passat u l-futur trid tanaliżża sew kwalunkwe pass. Pero int kapaċi tmexxi lilek innifsek. Għaraf biss li tkun imħejji bi pjan preċiż. L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Dati ideali għal din il-ġimgħa għalik huma dawn: 5, 7, 8 u 9 . Persuni idealment ta' ġwida fil-karriera tiegħek huma minn Libra. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Għall-aħħar taż-żodjaku taħt l-stilla ta' Aries, għalik Cancer huwa l-mument ta' ħsieb dwar ċaqlieq ġdid li riesaq lejk, trid tagħraf int eżattament xi trid, bħal issa qisek tixtieq tkun aktar iffukat u stabbli fil-karriera sabiex minn hemm tkun tista' tippjana dak li hemm għal futur. L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Dati ideali għal din il-ġimgħa għalik huma dawn: 6, 8, 10 u 11. Persuni idealment ta' gwida fil-karriera tiegħek huma minn Sagitarius. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Għall-aħħar taż-żodijaku taħt l-istilla ta' Aries, għalik Virgo huwa l-mument li int trid tagħraf aktar ir-responsabiltà li int dħalt għalija. Issa li din hi madwarek, agħti dak li tista' ħalli tkattar u saħħaħ il-pożizzjoni tiegħek sabiex b'hekk tkompli timxi il-quddiem. Għaraf kun aktar flessibli. L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Dati idejali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 7, 8 u 11. Persuni idealment ta' gwida fil-karriera għalik huma minn Aries. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Għall-aħħar taż-żodjaku taħt l-istilla ta' Aries, għalik Libra ser ikun il-mument fejn tagħraf jekk l-opportunita' li riesqa lejk hijiex waħda vijabli jew le. Din l-opportunità taf tkun ta' żvantaġġ il-quddiem għalhekk int għandek tagħraf sew dan il-pass. Issa trid turi il-vera kapiċita' tiegħek. L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 8, 9 u 10. Persuni idealment ta' gwida fil-karriera għalik huma minn Pisces. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru Għall-aħħar taż-żodjaku taħt l-istilla ta' Aries, għalik Sagittarius huwa l-mument fejn tagħraf issib l-aħjar soluzzjoni dwar il-pjanijiet li qed iduru madwarek. Trid tagħraf b'mod aktar flessibili sakemm int terġa tibda tirranka sabiex pass pass twettaq dawn il-pjanjiet utili għalik. L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 7, 9 u 10. Persuni idealment ta' gwida fil-karriera għalik huma minn Virgo. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Għall-aħħar taż-żodjaku taħt l-istilla ta' Aries, għalik Scorpio huwa mument ta' riflessjoni profonda fuq dak li esperjenzajt dawn l-aħħar ġranet. Trid tagħraf aktar fejn trid tkompli miexi. Dan għandek tagħmlu b'aktar kuraġġ u determinazzjoni. Żgur li sejjer tasal fejn tixtieq. L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 8, 10 u 11. Persuni idealment ta' gwida fil-karriera għalik huma minn Gemini. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar Għall-aħħar taż-żodjaku taħt l-istilla ta' Aries, għalik Capricorn ser jagħmlek tagħraf li l-ebda deċiżjoni bħalissa ma' hija tajba li tittieħed rigward il-pożizzjoni preżenti li qed iddur madwrek. Għalkemm qed tħoss ċertu pressjoni fuqek, għandek tieħu it aktar żmien sabiex tkun aktar iffukkat. L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 8, 10 u 11. Persuni idealment ta' gwida fil- karriera għalik huma minn Leo. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Għall-aħħar taż-żodjaku taħt l-istilla ta' Aries, għalik Leo huwa l-mument ta' riflessjoni sabiex int ma' tkunx tant rasek iebsa dwar dak li għaddej fir-relazzjoni tiegħek imma trid tagħraf issib spazju ta' rilassament sabiex tkun tista tirreffleti sew. Imxi biss ma' dak li int tħoss ġewwa fik. L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 8, 9 u 10. Persuni idealment ta' gwida fil-karriera tiegħek huma minn Taurus. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 April 2020