Illum previous editions

ILLUM 12 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1234803

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 23

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 12 TA' APRIL2020 Il-passa tal-għasafar fir-rebbiegħa fil-Gżejjer Maltin (1) Fl-ewwel minn sensiela ta' artikli dwar il-passa tal-għasafar fir- rebbiegħa, Birdlife Malta tispjega x'inhi l-passa tal-għasafar BIRDLIFE MALTA Il-passa tal-għasafar hija bla dubju ta' xejn wieħed mill-aktar avvenimenti spettakolari fil-ħajja ta' kull għasfur. Apparti li tipprovdi wkoll spettaklu naturali mill-isbaħ għal kull min f 'dan iż-żmien isib it ħin biex joħroġ fil- kampanja biex igawdi dan l-isbaħ staġun tas-sena. Mil-lum, fil-gazzetta ILLUM, se nkunu qed inwasslulkom tagħrif mifrux fuq tliet ħarġiet dwar dan il-fenomenu naturali li jseħħ kull sena, ipprovdut lilna minn BirdLife Malta. Dan tal-lum huwa l-ewwel feature, bit-tieni parti se tiġi ppubblikata l-Ħadd li ġej, u t-tielet u l-aħħar parti l-Ħadd ta' wara. X'inhi l-passa tal-għasafar? Darbtejn fis-sena, numru kbir ta' speċi differenti ta' għasafar jitilqu fuq vjaġġ twil eluf ta' kilometri mill-postijiet fejn iqattgħu s-sajf għal dawk fejn jgħaddu x-xitwa, u lura. Vjaġġ li ma jkunx nieqes mill-ostakli u li matulu jiffaċċjaw diversi perikli. Għalkemm ir-rebbiegħa tibda uffiċjalment fl-20 ta' Marzu, il-passa tar- rebbiegħa għall-għasafar tibda ħafna aktar qabel u fil-fatt din il-passa tal-għasafar f 'Malta nistgħu ngħidu li ttul minn bejn wieħed u ieħor minn Frar sa Mejju, waqt li tilħaq il-qofol tagħha minn nofs Marzu sal- bidu ta' Mejju. Matul ir-rebbiegħa, l-għasafar iħallu l-postijiet fl-Afrika fejn ikunu qattgħu x-xitwa biex ipassu 'l fuq, fid-direzzjoni tat-Tramuntana, sabiex ibejtu fl-Ewropa. Għalkemm fl-Ewropa l-Ħuttaf (Barn Swallows) huma magħrufin bħala l-għasafar li jħabbrulna l-miġja tar-rebbiegħa, l-ewwel għasafar tal-passa li normalment naraw f 'Malta jkunu l-Ħawwief (House Martins), li nibdew narawhom ġejjin fil-bidu ta' Frar fi qtajja' żgħar. F'dan iż-żmien tas-sena dawn l-għasafar jiġu osservati kull fejn ikun hemm akkumulazzjoni ta' ilma, bħar-riservi naturali tal-Għadira u s-Simar immexxija minn BirdLife Malta, inkella f 'widien bl- ilma ħelu bħal Wied il-Qlejgħa (Chadwick Lakes), Għajn Riħana u l-wied ta' Marsalforn f 'Għawdex. Is-Swejda (Green Sandpiper) ukoll tkun fost l-ewwel għasafar tal-passa li naraw fir- rebbiegħa u normalment tiġi osservata fl- istess postijiet fejn semmejna li jkun hemm il-Ħawwief. Dawn iż-żewġ speċi normalment jiġu segwiti mis-Silun (Pintail) li jpassi f 'numri li jvarjaw minn sena għal oħra, u li ġeneralment narawh ipassi l-aktar fi qtajja' tul il-fliegu bejn Malta u Għawdex, fid- direzzjoni tal-Grigal. Iċ-Ċiefa (Scopoli's Shearwater), għasfur tal-baħar li jbejjet f 'Malta, ukoll tasal lejn tmiem Frar u kapaċi taraha fi kwalunkwe parti tal-kosta, speċjalment meta jkun riħ moderat jew qawwi. Fir-rebbiegħa l-għasafar ixiddu l-isbaħ libsa u l-aktar waħda kkulurita. U r-rix imżewwaq tagħhom (dak li bl-Ingliż jissejjaħ plumage) ikun fl-aqwa tiegħu hekk kif ikunu qed iħejju biex ibejtu. L-irġiel ikunu f 'dak li huwa magħruf bħala full breeding plumage u normalment ipassu it jiem qabel in- nisa sabiex jilħqu jaslu u jieħdu kontroll tat-territorju fejn ikunu se jbejtu kemm jista' jkun malajr. Apparti minn dan, speċi ta' għasafar meqjusin bħala residenti, tismagħhom jgħannu b'vuċi għolja. Fost dawn insibu pereżempju l-Merill (Blue-rock rush) raġel, li f 'dan iż-żmien faċilment tisimgħu jgħajjat u jgħanni tul l-irdumijiet madwar il-Gżejjer Maltin. Għasfur residenti ieħor li jkun ħafna iktar attiv u jgħanni f 'dan iż-żmien hija l-Bufula Sewda (Sardinian Warbler) li huwa mifrux ħafna fil-Gżejjer Maltin u li saħanistra kapaċi jbejjet anki fil-ġonna tad-djar tagħna. Ir-rebbiegħa hija wkoll żmien meta għasafar li jkunu qattgħu x-xitwa magħna jħallu l-Gżejjer Maltin wara li jkunu għaddew xitwa sħiħa hawnhekk. Fost dawn insibu: • il-Pitirross (Robin), • iz-Zakak Abjad (White Wagtail), • il-Pespus (Meadow Pipit), • il-Malvizz (Song rush), • il-Buċaqq tax-Xitwa (Common Stonechat), • il-Fjamma Sewda (Black Redstart), • il-Gawwija Rasha Sewda (Mediterranean Gull) • il-Gawwija Rasha Kannella (Black- headed Gull), • il-Kapinera (Blackcap), • il-Vjolin tax-Xitwa (Common Chiffchaff ) u • l-Isturnell (Common Starling). Dawn kollha, flimkien ma' speċi oħrajn li mhux faċli tarahom daqs dawn l-għasafar li semmejna, kollha jitilqu matul ir- rebbiegħa. Segwu t-tieni u t-tielet parti ta' dan il- feature fil-gazzetta ILLUM tal-Ħadd li ġej u l-Ħadd ta' wara. Fil-partijiet li jmiss se nidħlu fid-dettall tal-passa tal-għasafar fir-rebbiegħa xahar b'xahar. Gawwi Rasu Kannella Swejda Pitirross Zakak Abjad

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 April 2020