Illum previous editions

ILLUM 12 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1234803

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 23

05 aħbarjiiet illum • IL-ĦADD 12 TA' APRIL 2020 Il-gazzetta ILLUM iċċempel diversi spiżeriji biex tistaqsi dwar il-prezz tal-maskri u l-ingwanti. Kemm żdiedu l-prezzijiet? Kemm ivarjaw minn spiżerija għall-oħra? Għaliex? Din id- differenza fil-prezzijiet tagħmel sens? YENDRICK CIOFFI Jekk qabel kulħadd kien ġej u sejjer għand l-ispiżjara biex jixtri l-kaxxi tal-panadols mill-blu, żgur li fl-aħħar xahar l-ingwanti u l-maskri bdew ħierġa qishom pastizzi mill-ispiżeriji. Ma tridx tkun xi matematiku kbir biex tinnota li fl-aħħar ġimgħat, hekk kif id-domanda kompliet tiżdied, il-prezzijiet ta' dawn iż-żewġ prodotti żdiedu mhux ħażin. Il-gazzetta ILLUM għamlet eżerċizzju fejn ċemplet, daqslikieku klijent, lil diversi spiżeriji, fosthom spiżerija minn kull kumpanija ewlenija li tmexxi katina ta' spiżeriji madwar Malta. Għall-istess prodott, kemm fil-każ tal-ingwanti u anke għall-maskri, l-ILLUM sabet diskrepanzi, uħud minnhom sostanzjali, fil-prezzijiet. Veru li mhux kulħadd iġib l-istess ditta ta' maskri u ingwanti, iżda ngħiduha kif inhi, id-differenza fil- prodotti hija minima u l-prezzijiet, għall-istess prodott ivarjaw ħafna. Apparti li ċemplet, il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll ma' spiżjara. Spiżjar partikolari, li jaħdem ma' waħda mill-katini ewlenin ta' spiżeriji f 'Malta spjega kif jekk qabel il-maskri kienu jbiegħuhom f 'pakketti ta' sitta li jiswew €1.00, illum, l-istess maskri tal-istess ditta, qed jinbiegħu għal €1.25 kull waħda. Meta ċemplet lill-ispiżeriji, il- gazzetta ILLUM għamlitha ċara li qed tistaqsi għall-maskri komuni, magħrufa bħala surgical masks, jiġifieri maskri li wieħed juża u jarmi u mhux għall-maskri FFP2, FFP3 jew N95 li jkunu għolja aktar fil-prezz. Għas-surgical masks, l-ILLUM sabet differenzi sostanzjali fil- prezzijiet. Fil-fatt l-irħas prezz li sabet l-ILLUM kien ta' €1.25 kull maskra. Mill-banda l-oħra, l-ogħla prezz li sabet kien fi spiżerija f 'Tas-Sliema li qed tbiegħ il-maskri f 'pakketti ta' tnejn u kull pakkett jiswa €9.90. Dan ifisser li għal surgical masks li bnadi oħra qed jinbiegħu bejn €1 u €2 kull waħda, f 'din l-ispiżerija kull maskra tiswa €4.95. Fi spiżerija oħra f 'San Pawl il- Baħar, għal kull surgical masks, il- klijent qed iħallas €3.50 u jista' jieħu sa tliet maskri. Fuq stazzjon televiż, ukoll qed isir riklam għall-bejgħ ta' dawn il-maskri komuni f 'settijiet ta' ħamsa li jiswew €17.00, jiġifieri għal €3.40 kull waħda. Id-differenza kienet evidenti wkoll fil-bejgħ tal-ingwanti li qed jintużaw ħafna, anke jekk is-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci wisset li dawn jistgħu jagħtu "sens falz ta' sigurtà" għax x'jiswa li tilbes ingwanta, tmiss xi mkien fejn poġġa l-virus u mbagħad tmiss wiċċek? Meta ċemplet l-ispiżeriji, il- gazzetta ILLUM staqsiet ukoll għall- ingwanti li mhux jinbiegħu bil- waħdiet iżda f 'kaxxi ta' 100. Anke hawn, l-ILLUM assigurat li qed tistaqsi għall-istess tip ta' ingwanti, jiġifieri ingwanti mill-komuni (tal- latex) li tuża u tarmi minnufih. Il-prezzijiet li sabet il-gazzetta ILLUM kienu jvarjaw minn €6.80 kull kaxxa ta' 100 għal €10.00. Fi spiżerija partikolari f 'Tas-Sliema, sempliċiment għax l-istess ingwanti huma suwed u mhux bojod, iżda magħmulha mill-istess materjal, kull kaxxa ta' 100 tiswa €12.00. Spiżjar ieħor li l-ILLUM għamlet kuntatt miegħu u li wkoll jaħdem ma' waħda mill-katini ewlenin ta' spiżeriji, spjega kif it tal-ġimgħat ilu, għall-istess kaxxa ta' ingwanti li llum tiswa €10.00, kienu jżommu €7.50, jiġifieri €2.50 inqas. L-ILLUM tistaqsi għall-maskri u l-ingwanti ... issib diskrepanzi kbar fil-prezzijiet NINKORAĠĠIXXU SOĊJETÀ INTRAPRENDITORJALI FOND TA' PREMJIJIET €48,000 U NOMINAZZJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI PRESTIĠJUŻA: PREMJU EWROPEW GĦALL-PROMOZZJONI TAL-INTRAPRIŻA 2020 MIN JISTA' JAPPLIKA? Organizazzjonijiet li jappoġġaw lill-lntrapriżi Kunsilli Lokali, Ministeri, Dipartimenti tal-Gvern, Awtoritajiet u Entitajiet Pubbliċi, Sħubijiet pubbliċi-privati, Organizazzjonijiet tan-Negozju, Organizazzjonijiet mhux Governattivi, Istituzzjonijiet Edukattivi Pubbliċi, Skejjel Pubbliċi u tal-Knisja, I-Università ta' Malta (Fakultajiet, Istituti u Dipartimenti), Trejd Unjins, Assoċjazzjonijiet tal-Professjonisti. GĦAL AKTAR INFORMAZZJONI U L-FORMOLA TAL-APPLIKAZZJONI 2569 0332 | 2569 0350 nesa.commerce@gov.mt www.commerce.gov.mt APPLIKAZZJONIJIET JINTLAQGĦU SA' Nofsinhar tal-Ġimgħa 8 ta' Mejju 2020 'Il-prezzijiet jiddependu fuq l-aġent u mhux mill-ispiżjar' Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-kamra tal-ispiżjara li kkonfermat li hemm żieda fil-prezzijiet tal-maskri u l-ingwanti iżda saħqet li l-prezz jiddependi mill-prezz tal-manifattur u l-ispejjeż tal-ġarr biex jinġiebu Malta, waqt li fakkret li f'dawn il-ġranet, il-ġarr tal-merkanzija huwa ristrett. "Kollox jiddependi mill-prinċipju ta' demand u supply," kompliet tisħaq il-Kamra tal-Ispiżjara waqt li spjegat ukoll kif mhux faċli ssib dawn il-prodotti bħalissa, anke għax jista' jagħti l-każ li min iforni lill-aġenti jinsab f'pajjiżi milquta mill-Covid-19 u għalhekk jew ikollhom bżonn il-prodotti huma stess jew inkella jirrestrinġu l-esportazzjoni għall-pajjiżi terzi. Mistoqsija jekk irċevitx ilmenti dwar dan u anke jekk hux se tieħu passi biex ma jkunx abbuż f'dan ir-rigward, il-Kamra tal-Ispiżjara qalet mal-ILLUM li ma rċeviet l-ebda ilment. "Nafu li l-ispiżjara jimxu dejjem fuq l-invoice uffiċjali tal-aġent u l-ispiżjar huwa professjonist u etiku," kompliet tgħid, waqt li saħqet li hi mhijiex ir-regolatur u għaldaqstant mhux fil-kompitu tagħha li tieħu passi. F'Malta n-nies se jintalbu jilbsu l-maskri bilfors meta joħorġu? Mistoqsi mill-ġurnalisti x'inhi l-pożizzjoni tal-awtoritajiet Maltin fuq il-maskri, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne saħaq li l-awtoritajiet qed jimxu fuq l-evidenza xjentifika li tista' tinbidel minn żmien għal żmien. Spjega kif maskra tista' tintlibes għal żewġ raġunijiet: • Jew biex persuna tipproteġi lilha nnifisha mill-virus u għalhekk kull min qiegħed f'kuntatt mal-pazjenti jew persuni li jistgħu jkollhom il-maskri, ingħataw il-maskri biex jilbsuhom kontinwament; • Jew biex pazjent ma jinfettax lill-ħaddieħor Fearne spjega kif f'numru ta' pajjiżi, fejn il-virus infirex ħafna, qed joħorġu avviżi biex kulħadd jilbes il-maskra. "F'Malta għadna ma wasalnix għal dak l-istadju," saħaq Fearne waqt li wissa li mhux kull maskra hija tajba, b'mod partikolari dawk li jixxarbu malajr bil-bżieq tal- persuna u għalhekk il-mikrobi jistgħu jfaqqsu.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 April 2020