Illum previous editions

ILLUM 12 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1234803

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 23

04 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' APRIL 2020 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Bejn Jannar u Marzu ta' din is-sena - li allura jinkludi l-ewwel xahar minn meta faqqa' l-coronavirus f 'pajjiżna u ħafna nies baqgħu d-dar - saru b'kollox 338 rapport ta' vjolenza domestika. Minn ċifri mogħtija lil din il- gazzetta mill-Korp tal-Pulizija jirriżulta illi f 'Jannar kien hemm 102 rapporti, u allura allegati każi ta' vjolenza domestika. Fi Frar dan żdied għal 120 rapport ta' allegata vjolenza domestika, filwaqt li f 'Marzu u allura x-xahar li fih faqqa' l-virus f 'pajjiżna in-numri ta' rapporti reġa niżel it, għal 116. Għall-mistoqsija ta' din il- gazzetta l-Korp tal-Pulizija qal illi f 'Marzu ta' din is-sena kien hemm żieda ta' sitt rapporti lill-pulizija meta mqabbel mas-sena l-oħra. Din iż-żieda mhijiex waħda kbira u għalhekk wieħed irid jerġa jaġġorna dawn il- figuri iktar 'il quddiem, b'mod speċjali f 'każ ta' lockdown, biex jieħu stampa aħjar dwar jekk il-fatt li n-nies qed jibqgħu ġewwa hux qed jirriżulta tanġibbilment f 'żieda fin-numri ta' każi. F'kummenti ma' din il-gazzetta s-Segretarju Parlamentari għall- Ugwaljanza Rosianne Cutajar qalet illi minlkejja li dawn in- numri mhux qed juru żieda qawwija għalissa, hija kważi inevitabbli li r-riskju qed jikber - mhux biss fil-familji bi storja ta' abbuż, imma anke f 'oħrajn fejn m'hemmx. "Inti jkollok ċerta nies ma jkunux vjolenti. Imma s-sitwazzjoni li tkun ġewwa, tant toħloq ansjetà u emozzjonijiet, li tista' twassal għall-vjolenza. U dan mhux qed nitkellmu biss dwar djar fejn hemm storja ta' vjolenza," qalet Cutajar. Hija qalet illi din hija kwistjoni ta' saħħa mentali, minħabba żieda fl-ansjetà għax in-nies qed ikollhom jibqgħu d-dar, għalkemm żiedet tgħid li ebda vjolenza mhi aċċettabbli. "Infakkar illi s-servizzi qegħdin hemm u għadhom qed jingħataw b'mod normali. Per eżempju l-assesjar tar-riskju għadu qed isir, imma minflok fl-għassa, fuq it- telephone," qalet Cutajar mal-ILLUM. "Għax hawn din is- sitwazzjoni ma jfissirx li għandek taċċetta l-abbuż." 'Iktar kemm indumu iktar nistennew li naraw każijiet' Intant fi tweġibiet lil din il- gazzetta Elaine Compagno minn SOAR Malta, servizz ta' appoġġ lil dawk in-nisa li jkunu ħarġu minn relazzjoni abbużiva, qalet illi qed jerġa jqajjem rasu l-ispettru ta' każijiet meqjusa bħala 'inattivi'. "Dan ifisser li dawn illi ssopravivew minn sitwazzjoni u li kisbu stabilità, illum bdew jitilfu dik l-istabilità. Dan qed iseħħ għaliex ikunu tilfu d-dħul jew l-appoġġ tal-familja li kellhom qabel jew inkella tilfu l-aċċess għax-xibka soċjali li kienet qed tagħtihom appoġġ." Compagno qalet mal-ILLUM li dan kollu jista' jkollu konsegwenzi bħal telf ta' akkomodazzjoni, deprivazzjoni materjali nkluż nuqqas ta' ikel, iħossuhom taħt ħafna toqol mill-kura lit- tfal bi bżonnijiet speċjali u deterjorament fis-saħħa mentali. Kompliet tispjega kif SOAR qed tagħmel minn kollox biex tappoġġja lil dawk li għaddew minn relazzjonijiet abbużivi u li llum spiċċaw jew qegħdin fil- periklu li jispiċċaw vulnerabbli. "Qed nipprovdu l-appoġġ permezz ta' ikliet, bżonnijiet ta' kuljum, komunikazzjoni u inklużjoni fi gruppi soċjali onlajn." Compagno kienet skjetta: "Iktar kemm din is-sitwazzjoni ddum, iktar nistennew li naraw każijiet ta' bżonn." 'L-abbuż qatt mhu aċċettabbli anke jekk ġara darba' Il-gazzetta staqsiet lil Compagno x'għandha tagħmel mara li forsi qatt ma rat abbuż imma li sforz it-tensjoni u forsi ansjetà d-dar bħalissa qed tkun vittma ta' xi forma ta' abbuż. Din għandha tirrapporta? Jew forsi din hija xi ħaġa momentarja? "L-abbuż qatt mhu aċċettabbli u anke jekk darba, xorta mhux aċċettabbli," qalet Compagno. Tkompli tisħaq illi meta nkunu anzjużi beżgħana jew frustrati mhuwiex sew li titratta lil ħaddieħor b'mod abbużiv. Tfakkar li dejjem hemm modi aħjar li jsolvu nuqqas ta' qbil, milli vjolenza. "Ħafna mill-abbuż ma jiqafx wara darba u jibqa' għaddej f 'xejra li timmanifesta lilha nnifisha b'diversi modi - permezz ta' abbuż verbali , manipulazzjoni u theddid, vjolenza psikoloġika, vjolenza ekonomika - permezz tal-flus, vjolenza sesswali u dik fiżika." Compagno qalet illi jekk xi ħadd qed jgħix fil-biża' għandu jitkellem ma' xi ħadd li jafda jew inkella jċempel lill-pulizija. Qalet ukoll li jekk il-ġirien jisimgħu ġlied f 'xi dar viċin għandhom iċemplu lill-pulizija. "Xi ħadd jista' jkun f 'riskju u hija responsabilità tal-komunità li tieħu azzjoni." Elaine Compagno minn SOAR tgħid illi qed jgħinu nisa li kienu diġa' indipendenti minn relazzjoni abbużiva u li reġgħu qegħdin f'vulnerabbilità. Tgħid li aktar kemm se ddum l-imxija tal-Covid-19, aktar se jkun hemm każi ta' bżonn 338 rapport ta' vjolenza domestika bejn Jannar u Marzu ... jiżdiedu b'sitta f'Marzu Rosianne Cutajar Elaine Compagno

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 April 2020