Illum previous editions

ILLUM 12 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1234803

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 12 TA' APRIL 2020 L-aqwa rigal li tista' tagħti lilek innifsek u lill-għeżież tiegħek għall-Għid huwa li TIBQA' D-DAR C M Y CM MY CY CMY K Coronavirus - New Advert Eng & Mlt - 2020 (6) copy.pdf 2 08/04/2020 13:42:09 'Naħdmu ġo xulxin qisna tonn u sardin' – Ħaddiema mħassba u oħrajn mhedda li jitkeċċew jekk jieħdu l-leave YENDRICK CIOFFI "Naħdmu ġo uffiċċju qisna tonn u sardin." Hekk saħaq mal-gazzetta ILLUM ħaddiem li xogħlu ma jistax isir mid-dar u għalhekk ta' kuljum qed ikollu jidħol ġo uffiċċju flimkien ma' ħames persuni oħra. Meta tkellem ma' din il-gazzetta, dan il- ħaddiem wera t-tħassib tiegħu għall-fatt li qed isiru appelli biex ma jkunx hemm ġemgħat ta' aktar minn tliet persuni f 'post pubbliku, iżda hu jaħdem ġo kamra ma' ħames persuni oħra. Fil-fatt, dan ma kienx l-uniku ħaddiem li tkellem imħasseb mal-gazzetta ILLUM. Mara, li taħdem ġo fabbrika, uriet it- tħassib tagħha għall-fatt li huma l-ħin kollu jgħaddu l-affarijiet minn id għall- oħra. "Naħdmu fi spazju limitat. Ngħaddu l-affarijiet minn id għal oħra," spjegat magħna inkwetata din l-istess persuna, anke jekk bejn il-ħaddiema issa tpoġġew diviżorji tal-perspex. Fl-istess fabbrika, fejn taħdem din il- mara, kien hemm ħaddiem li rriżulta pożittiv għall-coronavirus, liema każ kien ikkonfermat mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci. Kif wieħed jista' jimmaġina, it-tħassib fost dawn il-ħaddiema kiber, fosthom għax xorta waħda għadhom jgħaddu affarijiet minn id għall-oħra. Minkejja li l-perpex tpoġġa qabel, il- fabbrika ħadet miżuri oħra, fosthom dawk tas-social distancing u tqassim tal-ingwanti u l-maskri wara li ħaddiem irriżulta pożittiv. L-istess sors spjegat ma' din il-gazzetta li qabel ħareġ dan il-każ, min iħaddimhom ma kienx qed jaċċetta t-talbiet għal-leave għax meta bdew jiżdiedu l-każi f 'Malta, diversi ħaddiema kienu qed jibżgħu u bdew jieħdu l-leave bl-addoċċ biex ma jidħlux xogħol. Wara li ħareġ dan il-każ, min iħaddimhom infurmahom li min ma jridx jibqa' jaħdem jista' jieħu l-leave, liema leave kien se jkun approvat. Wara li jintemm il-leave, jieħdu unpaid leave. Minkejja dan, il-gazzetta ILLUM rat messaġġ li ntbagħat lill-uħud mill- ħaddiema barranin tal-istess kumpanija li permezz tiegħu, l-istess ħaddiema, ġew infurmati li l-leave tagħhom ma ġiex approvat u li jekk ma jirrapportawx għax- xogħol, mingħajr ma jagħtu raġuni valida, se jitkeċċew. Wieħed mill-aktar appelli li l-awtoritajiet tas-saħħa qed jisħqu fuqu huwa dak tas-social distancing, bl-appell ewlieni tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci jkun biex kemm jista' jkun, persuna żżomm biss kuntatt ma' dawk li jgħixu fid-dar tagħha stess. Anke għax it-trasmissjoni lokali tal- Covid-19 issa żdiedet, il-Professur Gauci kemm-il darba wissiet li kull persuna li tiltaqa' magħha fit-triq tista' tgħaddilek il- virus, anke għax qed ikun hemm diversi każi ta' pazjenti li jkollhom jew sintomi ħfief jew inkella saħanistra bla sintomi. Fil-fatt, anke meta persuna tmur tixtri l-bżonnijiet tagħha, bħall-ikel u l-mediċina, il-parir huwa li żżomm id- distanza ta' żewġ metri minn persuni oħra. Sew li għad hawn persuni jaħdmu fi spazju limitat ma' ħaddieħor? L-ILLUM tistaqsi Allura x'se jiġri minn dawn in-nies li jaħdmu fil-fabbriki u dawk li jridu bilfors jidħlu l-uffiċċju? Għal dawn se jsiru miżuri? Bħalma ma jistax ikun hemm ġemgħat ta' aktar minn tliet min-nies f 'postijiet pubbliċi, se jsiru miżuri għal dawn il-ħaddiema? U fuq il-karozzi tal-linja mhux aktar minn tliet min-nies ikun hemm? Il-gazzetta ILLUM għamlet dawn il-mistoqsijiet lill- Ministeru għas-Saħħa, b'kelliema għall-Ministeru tisħaq li fuq il-postijiet tax-xogħol fejn mhux possibbli li ssir ħidma mid-dar, xorta għandha tkun ipprattikata s-social distancing billi jkun hemm bogħod adegwat bejn skrivanija u oħra. "Fejn dan mhux possibbli, jista' jsir ukoll particion tal-perspex," saħqet il-kelliema, anke jekk ma jidhirx li se jkun hemm infurzar jew spezzjonijiet fuq dawn il-postijiet tax-xogħol biex ikun assigurat li jsegwu dawn l-istruzzjonijiet. Dwar it-trasport pubbliku, il-kelliema qalet biss li fuq it-trasport pubbliku digà ttieħdu miżuri fosthom biex passiġġiera ma jitħallewx bilwieqfa biex il-karozza tal-linja ma tkunx iffullata.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 April 2020