Illum previous editions

ILLUM 3 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1243335

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 letteratura illum • IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2020 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba janalizza l-ewwel ġabra ta' traduzzjonijiet għall-Malti ta' testi apokrafi li qatt dehret stampata f'pajjiżna: Il-Ħajja Moħbija ta' Ġesù. Qabelxejn Saliba jifli dan ix- xogħol ta' Edmund Teuma – li jkopri diversi dokumenti mwarrba rigward it-tfulija u l-passjoni ta' Kristu – permezz tal-interess personali tiegħu fit-testi Njostiċi, b'mod partikulari fil-Vanġelu ta' Tumas li kien beda jġibu fl-ilsien Malti daqs għaxar snin ilu. Għall-ewwel Saliba jilqa' b'sodisfazzjon din l-inizjattiva, iżda ma jdumx ma jitnikket bit-ton esklużiv illi donnu jsejjes l-ispirtu ġenerali ta' dan ix-xogħol. tad-De Canonicis Scripturis – ta' sewwasew mnejn sa safejn ser inħaddmu bid-dimis u bil-fiss ċerti kriterji selettivi sagrosanti, bħal ngħidu aħna dak tal-psewdoepigrafija. Lil hinn minn dan, madankollu, nemmen ukoll illi ġabra bħal din żgur kienet tkun ferm iżjed rikka kieku mqar inkludiet għadd żgħir ta' testi Njostiċi relattivament minuri, bħal ngħidu aħna Il-Vanġelu skont Filippu, Il- Vanġelu ta' Ġuda, Il-Ktieb Sigriet ta' Ġakbu u d-Djalogu tal-Feddej. Jekk xejn, bħalma spiss uriet l-istorja tad-djien Kristjani tul is-snin, huma proprju dawn it-testi li kapaċi jqanqlu d-djalogi Kristoloġiċi u d-diskussjonijiet ermenewtiċi fost l-iskulari reliġjużi, b'mod partikulari dawk Bibbliċi. Alla-larga! Jidhirli wkoll li dawn it-testi jixirqilhom kummentarji u annotamenti iżjed wiesa' li kemm jista' jkun joqogħdu lura milli jippreżentaw ir-rakkonti tradotti bħala narrattivi "ħarriefa" u "eretiċi", jew saħansitra forsi agħar minn hekk, bħala sempliċement "tiżjin" u "tlellix". Kummenti bħal dawn forsi jgħaddu kemm-il darba dan ix-xogħol kien maħsub biss għal udjenza Kattolika, iżda żgur m'humiex f 'lokhom jekk f 'moħħ Teuma u Buttigieg kien hemm ukoll ir- riċerkaturi u l-istudjużi, biex ma nsemmix ukoll lil talin bħali – nagħmilha ċara – li assolutament ma jemmnux li l-vanġeli kanoniċi huma testi spirati, ġenwini, non- psewdoepigrafiċi jew superjuri apparagun ma' kwalsijasi test Kristjan illi ngħata l-ġenb fil-Konċilju ta' Trentu. Tassew tassew nemmen illi wasal iż- żmien – anzi ilu ħafna li wasal – li l-Knisja Kattolika u l-apoloġisti tagħha jinfatmu darba għal dejjem minn dil-illużjoni pazzeska li għandhom xi monopolju awtorevoli u assolut fuq l-eseġeżi Bibblika. Iżjed minn hekk, minn dan isegwi wkoll illi ormaj ikun tabilħaqq ta' fejda xejn inqas jekk dawn iżommu wkoll alla-larga minn dil-preżunzjoni fażulla li l-miti redentivi jew l-avatari mistiċi tagħhom huwa iżjed divini, veritiera jew awtentiċi minn dawk ta' kulturi reliġjużi oħra. Jagħtini li nqatta' ħwejġi bħal Kajfa – ma jmurx minflok immut bil-għali jew bid-daħk – xħin nisma' li xi Krixna, Xankara, Gawtama, Lao Tzu, Bodidarma, Ramana Maharshij, Krishnamurti, Gurdjieff u l-bqija mhumiex ukoll rinkarnazzjoni daqsinsew, fis-sustanza, ta' dak il-pedament ontoloġiku li Paul Tillich sejjaħlu Sies il- Essri. Min ifittex isib... Jidhirli li ħaġa minn ewl id-dinja li dan ma jinsabx biss fir-rakkonti tal-Galilija. Daqstant ieħor minnu, kif jgħid il-Malti u jaf tajjeb Teuma, illi min ifittex isib. Lura għall- Vanġelu ta' Tumas, allura: "Kull min ifittex ma għandux jieqaf ifittex sa ma jseħħlu jsib, u meta jseħħlu jsib, jisfa' misrum; u meta jisfa' misrum jibqa' miblugħ, u jsaltan fuq il-Kollox".

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 May 2020