Illum previous editions

ILLUM 31 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1253534

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2020 • illum 'F'dan il-perjodu ħadna tagħlima ... jeħtieġ insaħħu u nifhmu l-importanza tar- riżorsi tagħna' YENDRICK CIOFFI Is-settur tat-turiżmu huwa importanti immens għal Malta. Malli feġġet l-imxija tal-COVID-19 u ngħalaq l-ajruport, in-nuqqas ta' turisti nħass sew u bħal katina kull negozju kien affettwat. Anke jekk l-ajruport jiaħ fil-ġimgħat jew ix-xhur li ġejjin, dan is-settur se jirkupra it it u propju għalhekk li l-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela, saħaq mal-ILLUM li l-pajjiż għandu jħares u jagħti aktar importanza lir-riżorsi tiegħu, mis-settur tal-ikel sal-qasam diġitali. Fost dawn, mal-Ministru Abela, l-ILLUM tkellmet dwar settur li it li xejn nitkellmu dwar l-importanza tiegħu, jiġifieri dak tal-ikel, u ħarset b'mod partikolari lejn is-sajd. "Irridu naħsbu fit-tul dwar is-sitwazzjoni tas- settur tal-ikel f 'pajjiżna jekk aħna rridu li nkunu kemm jista' jkun dipendenti fuq ir-riżorsi tagħna. Ħadna tagħlima f 'dan il-perjodu u għalhekk dan huwa punt li tajjeb li nistudjaw. Aħna gżira u għalhekk ma nistgħux ninsew l-importanza tas- sajd u anke l-isfidi li s-sajjieda jħabbtu wiċċhom magħhom," insista l-Ministru. Mistoqsi x'qed jagħmel il-Gvern biex jgħin lis- sajjieda, il-Ministru Abela saħaq li hu tkellem ma' diversi sajjieda u kellu wkoll diskussjonijiet mal- Ministru Anton Refalo li huwa responsabbli minn dan il-qasam. "Il-Gvern se jkun qed jara li jagħti l-għajnuna kollha possibbli f 'dan ir-rigward," saħaq il-Ministru. Insista li l-Gvern irid li dan is-settur jibqa' ħaj u jissaħħaħ, sabiex jekk fil-futur il-pajjiż ikollu sfidi simili bħal dawk li għaddejna minnhom fl-aħħar ġimgħat, dan is-settur ikollu biżżejjed saħħa biex ikampa. Insista li l-prodott Malti huwa tajjeb u ta' kwalità. Għaliex ma għandux ikollna siġar tal-frott imħawla fit-toroq tagħna? Apparti l-għajnuna li tingħata lis-sajd, lill- agrikoltura u lis-settur kollha tal-ikel, il-Ministru Abela saħaq li l-Gvern irid iħares lejn kif il-pajjiż jista' jsir aktar dipendenti fuq ir-riżorsi tiegħu u kif jista' jagħmel l-aħjar użu minn dawn ir-riżorsi. "Jekk inħarsu lejn bliet barranin pereżempju, naraw li f 'ħafna bliet hija komuni li s-siġar fil-ġenb tat-triq ikunu siġar tal-frott, b'mod speċjali siġar tal-larinġ. Is-siġar jieħdu ħsiebhom jew il-komunità jew il-belt inkwistjoni u l-frott ikun jista' jinqasam bejn in-nies tal-lokal. Din hija xi ħaġa interessanti kemm għaliex l-art li tintuża għal affarijiet hekk tkun art pubblika, u anke għaliex il-benefiċċju jkun wieħed dirett għal min joqgħod maġenb din l-art," ippropona Abela. "Għandna nħarsu lejn aktar eżempji ta' awto sostenibbilità" Il-Ministru Abela huwa responsabbli li jsegwi l-miri tal-iżvilupp sostenibbli sas-sena 2030, liema miri nħarġu mill-Ġnus Magħquda. Tkellimna mal- Ministru fuq dawk l-oqsma, minn 17-il mira, li l-Gvern qed jaħdem fuqhom anke f 'dan iż-żmien tal-imxija. Diġitalizzazzjoni: It-tajjeb li ħareġ mill-imxija ma għandux jintesa Kien hawn li l-Ministru tkellem fuq il-qasam tad- diġitalizzazzjoni li matul dawn il-ġimgħat ħareġ bħala wieħed kruċjali mmens. Fi kliemu, dan jaħdem id f 'id ma' miri oħra marbuta mal-ekonomija u anke s-sostennibbilità u t-tibdil fil-klima. Fi kliem il-Ministru, ġaladarba l-effiċjenza ma tonqosx, dak li hu tajjeb u li ħareġ mill-pandemija ma għandux jintesa meta jgħaddi kollox. Fost dawn semma x-xogħol mid-dar. Insista li għal min irnexxielu jibqa' għaddej bl-istess ritmu ta' xogħol mid-dar, dan jista' jsir b'mod aktar regolari meta jgħaddi kollox. Dan jista' jgħin mhux biss għall-motivazzjoni tal-ħaddiema imma anke għax għen biex naqas it- traffiku u eventwalment rajna t-tnaqqis fit-tniġġis tal-arja. Ovvjament, kompla l-Ministru, li huwa wkoll responsabbli mir-relazzjonijiet industrijali, dan ma għandux joħloq lok għal abbuż fejn wieħed jispiċċa jkun marbut li jaħdem fi kwalunkwe ħin jew ħinijiet itwal bi ksur tal-kundizzjonijiet tal-kuntratt. Il-Ministru temm jisħaq li b'ġebla waħda nistgħu nolqtu żewġ għasafar. "Ekonomija diġitali li timbutta kemm aktar innovazzjoni, aktar aċċessibilità u aktar effiċjenza." OPPORTUNITA` TA' KARRIERA UFFIĊJAL KORRETTIV AĠENZIJA GĦAS-SERVIZZI KORRETTIVI L-Applikanti jridu jkunu: - ċittadini ta' Malta ta' kondotta li hija xierqa għall-pożizzjoni li qed japplikaw għaliha; - kapaċi jikkomunikaw (kemm b'mod orali kif ukoll bil-kitba) bil-lingwa Maltija u dik Ingliża; - ikunu għalqu t-tmintax-il (18) sena imma mhux l-erbgħin (40) sena sad-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet; - ta' mhux inqas mit-tul minimu meħtieg, i.e. 1.57m għall-irġiel u 1.52m għan nisa u ta' bilanċ aċċettabbli bejn il-piż u t-tul tal-persuna; U - ikollhom ċertifikati f'Livell Ordinarju (mhux inqas minn Grad 5 jew C) jew kwalifika komparabbli f'Livell 3 tal-MQF fil-Malti u l-Ingliż; JEW - ikollhom Ċertifikazzjoni ta' Tluq mill-Iskola f'Livell 1 tal-MQF, li temmew b'suċċess il-Ħames Sena Sekondarja u jkollhom xi esperjenza ta' xogħol preferibbilment bħala mastrudaxxa, ħaddied, dawl u ilma, mekkanik, bennej u ħajjat. Ser tingħata preferenza lill-applikanti li jkollhom ċertifikati f'Livell Ordinarju fi Grad 7 jew għola u/jew bil-liċenzji rispettivi neċessarji. Ser tingħata preferenza wkoll lil dawk li jkollhom liċenzja ta' security guard; JEW - li jkunu servew f'Korp Dixxiplinarju (jiġifieri, Navali, Militari jew tal-Ajru, Korp tal-Pulizija, Servizzi Korrettivi, Protezzjoni Ċivili jew Servizz ta' Detenzjoni) għal mhux anqas minn erbgħa u għoxrin (24) xaghar u li jkollhom fil-pusses tagħhom Ċertifikat ta' Mertu tas- Servizz maħruġ mill-Kap tal-Korp Dixxiplinarju rispettiv. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz ta' email fuq recruitment.ccf@gov.mt jew jinbagħtu personalment għall-attenzjoni tal-Uffiċju tar-Riżorsi Umani, Aġenzija għas- Servizzi Korrettivi, il-Faċilita Korrettiva ta' Kordin, Triq il-Belt Valletta, Paola. Lapplikazzjonijiet iridu jinkludu curriculum vitae, kopja taċ-ċertifikat akkademiċi rilevanti, ritratt tal-passaport u Ċertifikat tal- Kondotta tal-Pulizija. Id-data tal-għeluq sakemm jintlaqgħu l-applikazzjonijiet hija l-Ħadd 28 ta' Ġunju 2020 f'nofinhar (CET). Nru. Tal-Permess tal-JobsPlus 643/2019

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 May 2020