Illum previous editions

ILLUM 31 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1253534

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarjiiet illum • IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2020 F'DAWN IL-JIEM QEGĦDIN NUŻAW AKTAR ILMA DAWN HUMA FTIT PARIRI DWAR KIF XORTA TISTA' TIBŻA' GĦALIH: AĦSEL IL-PETS TIEGĦEK F'BANJU KBIR. L-ILMA TAL-AĦĦAR TLAĦLIĦA UŻAH BIEX ISSAQQI L-PJANTI TIEGĦEK! Żur www.ilma.org.mt għal aktar pariri dwar kif tiffranka l-ilma Programm Opera v I - Fondi Stru urali u ta' Inves ment Ewropej 2014-2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompe va u sostenibbli li lqa' l-isfidi tagħna" Proġe parzjalment iffinanzjat mill-Fond ta' Koeżjoni Rata ta' ko-finanzjament: 85% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 15% Fondi Nazzjonali Inkjesta Maġisterjali teħles lill-Brigadier, il-PM u s-suldati tal-P52 mill-allegazzjonijiet ta' tentattiv ta' qtil ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-Uffiċċju tal-Prim Ministru għadu kemm ippubblika fl-intier tiegħu r-rapport dwar l-Inkjesta Maġisterjali wara denunzja li ressqet l-għaqda Repubblika b'allegazzjonijiet ta' attentat ta' qtil volontarju ta' immigranti min-naħa tal-Prim Ministru u tal-Brigadier Jeffrey Curmi, u tentattiv ta' qtil minn membri oħra tal-Forzi Armati ta' Malta. Malli ngħalqet din l-inkjesta, il-Maġistrat Inkwirenti għadda r-rapport lill-Avukat Ġenerali kif titlob il-liġi. Bħala wieħed mill- persuni li fil-konfront tiegħu saru dawn l-allegazzjonijiet, il-Prim Ministru Robert Abela talab lill- Avukat Ġenerali biex jingħata kopja tal-proċess verbal intier. L-Avukat Ġenerali laqa' din it- talba kif indikat fid-dokument mehmuż ma' din l-istqarrija. Ir-rapport wasal għand l-Uffiċċju tal-Prim Ministru llum waranofsinhar ippubblika l-proċess verbal sħiħ kif mgħoddi lilu mill-Avukat Ġenerali. Ir- rapport fih aktar minn 400 faċċata, u jirriżulta li fil-mori tal-inkjesta nstemgħu 156 xhud, bl-assistenza ta' esperti tekniċi, esperti maħtura għall-ġbir tal-provi u b'talbiet għal assistenza mil-Libja u informazzjoni oħra. L-inkjesta waslet għal dawn il- konklużjonijiet ewlenin: • L-allegazzjonijiet li saru, tgħid l-istqarrija ta-Gvern, mhumiex imsejsa bi provi; • Ma nstabet ebda rabta dokumentarja stampata jew xhieda oħra li torbot lill- ekwipaġġ tal-lanċa P52, il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap Kmandant Jeffrey Curmi mal- allegati reati; • Ġie konkluż li l-Prim Ministru Robert Abela u l-Brigadier Jeffrey Curmi ma kienu involuti f 'ebda omiċidju volontarju ta' immigranti irregolari; • Ġie konkluż ukoll li l-ekwipaġġ tal-P52 ma wettaq ebda tentattiv ta' omiċidju ta' immigranti irregolari; • Instab li Malta wettqet l-obbligi internazzjonali tagħha u li l-komunità internazzjonali għandha tqum għar- responsabbiltajiet tagħha wkoll; • Kien hemm diversi punti li jikkuntrastaw serjament mal- allegazzjonijiet magħmula minn Repubblika, Avvenire, e New York Times u e Guardian, b'mod partikolari dawk id- dettalji li kienu jistrieħu fuq tweets u press releases ta' Alarm Phone; • Il-membri tal-ekwipaġġ tal-P52 lanqas kienu fuq ħidma ta' salvataġġ fil-ġranet indikati fid-denunzja bħala d-dati ta' meta sar l-allegat tentattiv ta' omiċidju; • Għandu jkun hemm ehim, bi protokolli ċari, dwar kif immigranti salvati jkunu rilokati f 'pajjiżi varji, mhux biss tal-Unjoni Ewropea imma anke oħrajn membri tal-Kunsill tal- Ewropa u organizzazzjonijiet oħra tal-istati. Dan sabiex ikun hemm solidarjetà reali u mhux biss fuq il-karta; • Soluzzjoni ewlenija fit-tul hija għalhekk it-titjib fil-livell ta' għajxien madwar id-dinja, sabiex b'hekk il-persuni ma jiġux sfurzati li jaħarbu minn darhom biex isibu protezzjoni jew ifittxu ħajja aħjar; • Huwa essenzjali li l-isforzi ta' koperazzjoni jsiru mill-pajjiżi biex jiġi indirizzat id-delitt tat-traffikar tal-persuni b'mod koordinat madwar id-dinja biex jitneħħew l-opportunitajiet għall-attivitajiet illegali li jieħdu vantaġġ fuq il-persuni. • Fid-dawl ta' dawn il- konklużjonijiet, l-Inkjesta Magisterjali tissolleċita lill- Kummissarju tal-Pulizija biex ikompli bl-istħarriġ tiegħu, b'koperazzjoni mal- forzi tal-ordni barranin, dwar it-traffikanti tal-bnedmin li tħallsu u organizzaw il-vjaġġ tal-immigranti, u li għalhekk kellhom l-obbligu ta' duty of care fil-konfront ta' dawn il- persuni, u li għalhekk huma responsabbli għat-telf tal-ħajjiet. L-inkjesta titlob għal iktar investigazzjonijiet biex ikunu identifikati dawk li qed jorganizzaw dawn il-vjaġġi klandestini bi sfruttament ta' tant persuni, liema introjtu mill-vjaġġi qed ikun ukoll sors għall-iffinanzjar ta' gruppi terroristiċi.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 May 2020