Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1259444
15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2020 'Ma tistax titlaq mill-iskola għax taf tieħu r-ritratti u tuża Instagram' - Valentina Rossi Għal diversi żgħażagħ l-influencers fuq Instagram saru idoli. Il-gazzetta ILLUM tesplora din id-dinja mal- influencer Valentina Rossi. Sew li tperreċ kollox fuq Instagram? X'messaġġ tgħaddi liż-żgħażagħ li l-midja soċjali saret ħajjithom? YENDRICK CIOFFI Fl-aħħar ġimgħat, il-gazzetta ILLUM irrapportat dwar il-fatt li skont l-Għaqda Dinjija għas- Saħħa l-addoloxxenti Maltin huma l-aktar dipendenti fuq il- midja soċjali li dejjem tiżviluppa u toffrilhom affarijiet ġodda, minn Facebook, għal Instagram u issa t-TikTok. Apparti biex iżommu kuntatt, diversi żgħażagħ jużaw il-midja soċjali biex isegwu lill-influencers, persuni li kważi kważi l-ħajja tagħhom hija ktieb miuħ u għandhom influwenza fuq is- segwaċi tagħhom. Hija realtà ġdida li forsi min hu akbar fl-età ma jiimhiex. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Valentina Rossi, mudella u influencer li fuq Instagram għandha kważi 50,000 follower. Sew jekk għamlet xagħra, marret tgħix f 'dar ġdida, marret tarmi l-fliexken fil- bring-in-sites jew qed isajjar, Rossi x'aktarx li se titfalek dak il-filmat ta' it sekondi fuq Instagram. Imma għaliex? Valentina spjegat kif kibret f 'din il-ħajja u kif għaliha ġiet kważi kważi naturali, anke minħabba ommha, Sue Rossi, li ġejja mill- industrija tal-moda. Fil-fatt, tkompli tirrakkonta li għaliha, li tmur event, jew li titkellem fuq ir-radju anke fuq ħajjitha mhux xi ħaġa ta' barra minn hawn. Fi kliemha dan għena żżomm saqajha mal-art. "Ma tlajtx bħala waħda mistħija, iżda qatt ma ġejt imġiegħla nidħol f 'din l-industrija. Meta għalaqt 14-il sena, xi it influwenza minn ommi, ħadt. Tibda pereżempju minn xi photoshoot, imbagħad titgħallem timmudella, tibda tidher fuq it- televiżjoni. Iżda qatt ma kienet xi ħaġa li kont se nagħmel. Kont aktar nirreċta u nkanta," spjegat Rossi./ 'Inħoss li qed ngħin lin-nies ma jaqtgħux qalbhom?' L-ILLUM kompliet tistaqsiha għaliex ttella' filmati dwar dak kollu li jkun għaddej f 'ħajjitha. U l-privatezza? "Jiena xogħli, anke fuq ir-radju huwa li nitkellem fuq il-ħajja tiegħi. Qisha xi ħaġa li ssagrifikajt. Saret xi ħaġa normali li nqum filgħodu u jekk ġietni idea jew ħsieb naqsmu mal-followers tiegħi," saħqet Rossi. Spjegat li aktar ma bdiet tagħmel dan, aktar bdiet tirrealizza li hemm nies li jaħsbuha bħalha jew inkella kellhom l-istess sfida iżda ma kinux jafu kif se jindirizzawha. "Tgħidli se toqgħod turi kull rokna tad-dar? Jiena u Carlo konnha qed naqtgħu qalbna li nagħmlu kollox aħna. Allura nħoss li b'dak li qed nagħmel qed inħeġġeġ lin-nies ma jaqtgħux qalbhom," kompliet tgħid. "Ngħiduha kif inhi, il-gossip kulħadd iħobbu. Jiena l-ewwel waħda li noqgħod nara e Kardashians. Fil-verità, min ikun fuq it-televiżjoni, kulħadd isir jaf fuqu. Ħu minn Ben Camille. Hemm persuni li n-nies ikunu aktar interessati li jkunu jafu dawn x'qed jagħmlu." 'Mhijiex xi ħaġa għal kulħadd' Imma ma tiddejjaqx tesponi l-ħajja tagħha ma' kulħadd? "Mhijiex xi ħaġa għal kulħadd," wieġbet waqt li spjegat li jekk persuna tixtieq tidħol f 'din l-industrija, l-ewwel trid tara li l-famija tagħha taċċetta. Trid titgħallem tgħix u taċċetta l-kritika wkoll, kompliet. "Ma tistax toqgħod tibki għal kull ħaġa. Kieku smajt min-nies l-ewwel darba li mort fuq ir-radju, kieku ma komplejtx." Fuq il-midja soċjali kollox huwa sabiħ u idealizzat. L-ILLUM staqsiet lil Rossi jekk taħsibx li l-influencers qed jagħtu impressjoni ħażina lill-adoloxxenti li fil-ħajja kollox huwa ward u zahar. "Jiena ma naħbi xejn. Anke jien għandi l-problemi tiegħi. Dik li hemm barra, hija jiena. Ħafna mis- segwaċi jkellmuni, tispiċċa ssir taom u kważi kważi tiaħ qalbek magħhom. Meta kont għaddejja minn it stress, in-nies indunaw anke minn leħni. Imbagħad ma rridx indejjaq lin-nies bid-dwejjaq tiegħi, hemm limitu. Jekk ma rridx nuru minn xiex għaddejja, niddeċiedi li ma nitfa' xejn," kompliet tgħid. 'Naqsam kollox biex nuri li xejn mhu perfett' Għal ħafna żgħażagħ, Rossi hija 'role model.' Tħoss li dan ipoġġi fuqha ċertu responsabbilità? "Ovvjament. Għalhekk inħoss li huwa important li naqsam kollox man-nies, kemm il-ħażin u anke t-tajjeb biex nuri li kulħadd jgħaddi minn affarijiet simili u li xejn mhu perfett," insistiet. Imma tagħmlu hekk mhux għall- flus? Imma veru li dawn l-influencers jagħmlu kollox biex jingħataw affarijiet b'xejn? Rossi kellha tweġiba sempliċi: "jekk tmur tiekol u l-wejter jagħtik voucher ta' €10 se tgħidlu le?" Fi kliemha, jekk xi ħadd imur jagħtiha prodott biex tirreklamah, l-ewwel tirringrazzjah li jkun ħaseb fiha u t-tieni tħossha li qed tgħin negozju lokali. "Kieku ma ħadtux jien kien jieħdu ħaddieħor. Ma jfissirx li naċċetta kollox. Jekk jiġi xi ħadd li għandu isem ħażin jew inkella jippromwovi xi ħaġa li jiena ma naqbilx magħha, ovvjament se nżomm lura," kompliet tisħaq. X'messaġġ tgħaddi lil żgħażagħ li jridu jsiru bħalha? Ħafna żgħażagħ u adoloxxenti jspiraw li jkunu bħalha. X'messaġġ tgħaddilhom? Spjegat li anke jekk hemm persuni li dan huwa l-impjieg full-time tagħhom, bħal Sarah Zerafa jew il-fotografu Marie Claire Azzopardi, għal ħafna, inkluż għaliha, dan mhuwiex. "Ma naħsibx li dan huwa impjieg li persuna għandha żżomm full-time. Ma tistax titlaq mill-iskola għax taf tieħu r-ritratti u tuża Instagram. Mhux sostennibbli. L-affarijiet dejjem jinbidlu. Illum hemm Instagram, għada jkun hemm xi ħaġa oħra. Trid taħseb għall-futur tiegħek, ma tistax tiddependi fuq ħaġa waħda. Jekk trid tidħol f 'din l-industrija, żommu bħala 'side- job', imma studja xorta. Tajjeb ikollok backup-plan." U lil min iżomm lura ħabba l-apparenza. X'tgħidlu? Id-dinja llum mibnija fuq l-apparenza. X'inhu l-messaġġ ta' Rossi għal żgħażagħ u persuni li minħabba l-apparenza tagħhom, iżommu lura mill-midja soċjali jew ix-xena tad-divertiment. Taqbel magħhom? "Lanqas xejn! Anzi! Illum il-ġurnata aktar ma tidher differenti, aktar ma tkun unique, aktar se toħroġ b'saħħtek. Xi trid? Tidher bħal kulħadd? Għandek min irid jidher photocopy ta' e Kardashian u min hu kburi bih innifsu u jagħmel identità għalih," temmet tgħid Valentina. Valentina Rossi - Mudella u Influencer