Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1259444
21 editorjal illum • IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2020 Editur: Albert Gauci Cunningham ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-migbħeda hija l-aktar ħaġa faċli għax hija l-istint naturali ta' ħafna - l-istint annimalesk, l-istint uman - territor- jali - illi dak kollu li huwa differenti u li ma jeżistix fin-normi tagħna nagħtuh il- ġenb, nemarġinawh u nħarsu lejh bl-ikrah. Li nippruvaw nimu u li nippruvaw, nitfgħu dan l-istint fil-ġenb jeħtieġ ammont ta' ħin u investiment emozzjonali - u ħafna sempliċiment mhumiex lesti jagħmlu dan. Mhumiex lesti jipruvaw joqgħodu jimu lill-emarġinat u lil min huwa differenti. Al- lura noħolqu t-territorji bħall-iljuni u t-tigri u nemmnu li nistgħu ngħixu dejjem hekk, konfinati biss mar-razza li naħsbu li hija purament tagħna u omoġenja (li mhix). Qed nużaw din il-metafora tal-annimali biex nippruvaw nimu l-għerq tal- mibgħeda, mhux biss razzjali imma anke relġjuża u politika li teżisti fid-dinja, mhux b'inqas f 'Malta. Il-mibgħeda hija mibnija fuq bosta pedamenti - l-ewwel u qabel kollox, l-injoranza. Mhux injoranza fis-sens ta' illiteriżmu u nuqqas ta' skola, imma injoranza fis-sens ta' nuqqas ta' għarfien dwar kultura, storja u l-impatti tagħha kif ukoll l-ambizzjonijiet ta' pajjiż. Għal ħafna l-Għarab huma Għarab; kollha Musulmani, kollha joqbgħodu lill-Ewropej, kollha terroristi, kollha fundamentalisti u kollha kriminali. Issa min mar u aktar u aktar min ħadem f 'pajjiżi Għarab bħall-Libja - jaf ben fatt - li dan mhu vera xejn. Popli Għarab, kif jinnota Omar Rababah ma' din il-gazzetta illum f 'paġni 12 u 13, huma ġeneralment riżultat ta' dittaturi kiefra f 'pajjiżi klawstrofobiċi li saru dittaturi wara l-ħakma abbużiva tal-Punent jew politiċi appoġġjati mill-punent. Dan mhux qed nitkellmu eluf ta' snin ilu li l-Eġittu u l-Libja kienu taħt it-Taljani, filwaqt li t-Tuneżija, l-Alġerija u l-Marokk kienu taħt il-Franċiżi u l-ġenerazzjonijiet tal-lum huma riżultat ta' snin ta' abbuż mill-Ewropej, imbagħad minn ditattur mill-istess pajjiż. Mhux xi sigriet illi minkejja ekonomija li orixxiet taħt Ben Ali u Hosni Mubarak, il-popli tat- Tuneżija u l-Eġittu baqgħu jgħixu f 'terrur assolut fejn kelma kontra d-dittatur kienet twassl għall-mewt. Il-Libja terġa u tgħid agħar, hekk kif Muammar Gaddafi - li ħa l-poter minn re appoġġjat - xejn inqas - mill-istati Uniti u r-Renju Unit - spiċċa żmantella l-isturutturi kollha biex spiċċa hu l-poter ċentrali f 'dik li hu sejħilha il-jamahiriya. U jekk inħarsu lejn il-lvant naraw traġedji bil-wisq akbar. Is-Sirja: pajjiż li tħalla jitkisser, l-Iraq - fejn il-forzi tal-Punent - primarjament l-Istati Uniti u r-Renju Unit - neħħew dittatur u minfloku ħallew vakuum li mtela' mill-aktar nies estremisti u perikolużi fid-dinja Għarbija - L-ISIS. L-Iran: pajjiż li f 'revoluzzjoni kontra l-Istat Imperjali mmexxi mid-Dinastija tal- Pahlavi, appoġġjat (xejn inqas) mill-Istati Uniti, spiċċa taħt it-tmexxija Iżlamika ta' Ayatollah Ruhollah Khomeini. Ma nistgħux allura meta ngħaddu ġudizzju fuq poplu jew saħansitra razza sħiħa ninsew dan. Il-punent ma jistax jgħid 'go back to your country', meta l-punent stess kien 'in their country' direttament - b'abbuż sfrenat mir-riżorsa jew indirettament b'indħil politiku sfaċċat. Aħseb u ara, kieku kellna nibdew nitkellmu fuq l-Afrika ta' taħt is-Saħħara u l-abbuż li sar mill-punent hemmhekk. U ħafna nies dan ma jafuhx għax ma jridux ikun jafuh, għax m'hemmx dik ir- rieda biex ninvestu fil-ħsieb u fl-emozzjoni f 'dak li huwa differenti allura ma nistgħux nimu li bejn iswed tan-Niġerja u iswed tal-Kongo hemm differenza kbira. Li bejn l-Eritrea u s-Somalja, fejn miljuni ta' nies ġew maqtula, stuprati u ttorturati, jew is- Sudan, hemm differenza. Politikament, m'hemmx rieda biex pajjiżi bħas-Sudan u l-Eritrea u s-Somalja jiġu fuq saqajhom. Minflok jitħallew jgħerqu taħt il-madmad tal-korruzzjoni, faqar, abbuż u indifferenza. U dan kollu qed jaffetwana, iva. Għax eluf kuljum qed jippruvaw jaħarbu mill- Afrika, jippruvaw jaħarbu mill-faqar, korruzzjoni u l-abbuż li tħalla jikber bla kontroll. L-injoranza dwar dak li qed jiġri taħtna fl-Afrika, il-fatt illi ħafna pajjiżi resqu lejn il-preċipizju u l-abbużi qed iwasslu għal immigrazzjoni u kriminalità ta' traffikar bla kontroll mill-Afrika, li qed tkun il-kaġun tal-pandemija tal-mibgħeda. Il-vaċċin għal din il-pandemija mhux se jinstab f 'laboratorju, imma se jinstab fir-rieda - li ma teżistix - biex dawn il- pajjiżi jiġu fuq tagħhom. Inutli tixkupa l-ilma jekk il-vit tħallieh miuħ! Inutli l-mibgħeda, mhi ser issolvi assolutament xejn! Sadnittant il-każi pożittivi għall- pandemija tal-mibgħeda jibqgħu jiżdiedu. Il-pandemija tal-mibgħeda