Illum previous editions

ILLUM 14 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1259444

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2020 • illum Il-kumpless sportiv tal-Marsa jinbidel f'Hub Sportiv ta' livell internazzjonali L-Awtorità tal-Ippjanar ippubblikat policy ġdida tal- ippjanar sabiex jiġi permess li l-Kumpless Sportiv tal- Marsa u l-madwar tiegħu jinbidlu f 'hub sportiv ta' livell internazzjonali. Ir-reviżjoni qasmet is-sit tal- Kumpless Sportiv tal-Marsa f 'erba' żoni u qed tipproponi footprint mibni kumulattiv massimu ta' mhux aktar minn 60,000m². Il-faċilitajiet primarji taż- Żona A se jiġu assoċjati ma' dawn d-dixxiplini sportivi: ġinnastika, weightlifting, squash, atletika, futbol, handball, softball, rugby u sparar, kemm ġewwa kif ukoll barra. Se jkun inkoraġġut ċentru ta' taħriġ ta' livell għoli bi stadium għal diversi skopijiet kif ukoll pixxina indoor pool . L-art tista' tintuża għal faċilitajiet anċillari, li jinkludu: stands għall-ispettaturi, akkomodazzjoni tat-turiżmu, uffiċini, 'clubhouses' u ħwienet tal-ikel u x-xorb. Kull bini f 'din iż-żona ma għandux jaqbeż l-20m 'il fuq mil-livell tal-baħar u jeħtieġ li jkollu kwalita' għolja ta' disinn arkitettoniku. Żona lejn it-tramuntana ta' Żona A, li tkopri footprint ta' 6,000 m2, hija proposta li tkun maħtura bħala żona tal- pikniks għal pubbliku u tkun tinkludi għamara li żżid it- tgawdija taż-żona. Fiż-Żona B, l-art tista' tintuża primarjament għal faċilitajiet ta' livell internazzjonali relatati mat-tiġrijiet taż-żwiemel (trotter u flat), ekwestri sports (polo, show jumping, dressage), żoni ta' taħriġ u stalel. Faċilitajiet anċillari fi ħdan din iż-żona jistgħu jinkludu tribuna, klabbs, assemblaġġ u divertiment, ħwienet ta' ikel u xorb u ħwienet tal-logħob. Spazju fi ħdan din iż-żona huwa nominat għal użi sekondarji u jista' jinkludi faċilitajiet kummerċjali. Fi ħdan din iż-żona, qed ikun propost li sa 9,000m2 jiġi ddeżinjat bħala parkeġġ u venda għall-karozzi tal-linja. Il-faċċati ta' kwalunkwe bini f ' din iż- żona għandhom jiġu miksija permezz ta' green walling vertikali u jkollhom ftehim ta' manutenzjoni adekwat. F i ż - Ż o n a Ċ, l-użu tal-art għandu jkun relatat mal-faċilitajiet tal-golf u akkademja tal-golf. Il-faċilitajiet anċillari jistgħu jinkludu 'clubhouses', uffiċċji u ħwienet ta' ikel u xorb. L-użu tal-art propost fiż- Żona D se jinkludi faċilitajiet relatati mad-dixxiplini sportivi tat-tennis, squash u cricket. Faċilitajiet anċillari jistgħu jkunu l-istess bħal fiż-Żona Ċ. Żona oħra tas-sit ser tkun irriżervata għat-titjib tan- netwerk tat-toroq bħala parti mill-proġett biex titjieb il-fluss tat-traffiku tul Triq Aldo Moro. Permezz tar-reviżjoni ta' din il-policy, speċjalment minħabba n-natura tas-sit, l-Awtorità qed tħeġġeġ ukoll element qawwi ta' infrastruttura ekoloġika biex tiġi inkorporata fi kwalunkwe titjib jew żvilupp mill-ġdid tal-faċilitajiet eżistenti. Ir-reviżjoni qed tipproponi wkoll xi emendi għall- kundizzjonijiet li ġew approvati bħala parti mill-applikazzjoni tal-kontroll tal-ippjanar PC 51/16. Is-sit li hemm maġenb il- korsa taż-żwiemel tal-Marsa u li llum ġie żviluppat biċ-entru Centreparc, se jitħalla f ' ċerti partijiet iżid l-għoli tal-bini tiegħu b' żewġ sulari oħra. L-ispazji kollha miftuħa għall- pubbliku għandhom jibqgħu salvagwardjati u miżmuma. L-emendi proposti jfissru li tliet pjanijiet lokali, dawk tal- Port il-Kbir, tan-Nofsinhar ta' Malta u taċ-Ċentru ta' Malta, se jinbidlulhom policies tal- ippjanar li huma speċifiċi għal siti. Il-pubbliku u l-partijiet interessati kollha qed jiġu mistiedna jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar ir-reviżjoni ta' din il-policy proposta għaż- żona tal-Kumpless Sportiv tal- Marsa. Ir-rappreżentazzjonijiet għandhom isiru bil-miktub u jintbagħtu permezz tal-indirizz elettroniku: ghlp@pa.org.mt. Id-dokument tal-policy proposta u l-mapep, flimkien mas-sottomissjonijiet pubbliċi rċevuti matul il-fażi inizjali tal-konsultazzjoni, jinsabu fuq il-websajt tal-Awtorità www. pa.org.mt/consultation Is-sottomissjonijiet għandhom jaslu għand l-Awtorità sal-10 ta' Lulju 2020.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 June 2020