Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1259444
26 avviżi kummerċjali IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2020 • illum Esplora jerġa' jiftaħ il-bibien għall-pubbliku u jiġu mnedija Trails ġodda B'żona ta' madwar 22,000m2 li tagħti fuq il-Port il-Kbir, iċ-Ċentru Nazzjonali Interattiv għax- Xjenza reġa' fetaħ il-bibien tiegħu għall- avveniment tant mistenni bit-titlu Scientastic Edition. Esplora ħa l - p r e k a w z j o n i j i e t kollha neċessarji sabiex iċ-ċentru jkun jista' jerġa' jiaħ għall- pubbliku biex joffri esperjenzi edukattivi u ta' divertiment, immirati kemm għaż-żgħar, kif ukoll għal dawk li għandhom spirtu żagħżugħ. B ' k o n f o r m i t à mal-gwidi tas- Saħħa Pubblika u dawk maħruġa mill- O r g a n i z z a z z j on i Dinjija tas-Saħħa (WHO), il- biljetti se jkunu biss disponibbli onlajn. Dan sabiex naċċertaw li ma jkunx hemm iffullar u b'hekk ma tiġix ipperikolata s-saħħa u s-sigurtà tal-impjegati u dik tal-viżitaturi. I l-membri tal-istaff ingħataw taħriġ relatat maċ-ċirkostanzi preżenti minn uffiċjali tal-Awtorita' tas-Saħħa Pubblika, inkluż epidemjologu, fejn irrimarkaw li Esplora eċċeda l-aspettativi kollha f 'dan ir-rigward. Il-Content Developers tal- Esplora, kif ukoll is-Science Communicators iddisinjaw tliet trails fantastiċi għall-pubbliku. Dawk il-viżitaturi li għandhom 'il fuq minn sitt snin jistgħu jibbukkjaw minn qabel it-trail Earth and Beyond, esperjenza ta' erba' siegħat li permezz tagħha jsiru aktar familjari mal-pjaneta tagħna, l-Univers, kif ukoll isiru jafu dwar diversi miżuri favur l-ambjent. Jew minflok jistgħu jagħżlu t-trail Music for our Senses, li f 'esperjenza ffaċilitata ta' erba' siegħat, ikunu jistgħu jesploraw diversi idejat bħal pereżempju 'kif l-ħoss jasal minn post għall-ieħor', 'kif l-illużjonijiet jistgħu jqarqu b'moħħna', 'kif jesperimentaw bid- dawl u d-dellijiet', u anke jimxu fil- kuridur pjanu. Min-naħa l-oħra, għall- esploraturi ż-żgħar, dawk li għandhom bejn tlieta u ħames snin, hemm it-trail Little Esploras, li f 'erba' siegħat żgur li se jsibu ħafna o p p o r t u n i t a j i e t biex jissodisfaw il- kurżità u jesprimu l - k r e a t t i v i t à tagħhom. Barra minn hekk, iċ-ċentru ħaseb li jipprovdi wkoll opportunità għall- viżitaturi sabiex ikunu jistgħu jniżżlu verżjoni diġitali tal-menu tal- EsploraCafé minn fuq l-ismartphones tagħhom bl-użu ta' QR Code. Se jkun hemm ukoll il-possibiltà li wieħed juża styluses mal-iscreens tal-esibiti. Dawn huma it mill- miżuri li ttieħdu sabiex noffru ambjent sigur u divertenti għall-viżitaturi. Dr. Jeffrey Pullicino Orlando, iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, e s p r i m a s-sodisfazzjon tiegħu li ċ-ċentru Esplora kien ippreparat li jiaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku immedjatament kif ingħata l-gwida mill-Awtoritajiet tas-Saħħa lokali. Irrikonoxxa wkoll il- preparamenti li saru mill- membri kollha tat-tim tiegħu fejn saħaq li dan involva ħidma intensiva. Għal aktar tagħrif żuru http:// esplora.org.mt/scientastic-week/ u biex tkunu tafu aktar dwar il-miżuri tas-saħħa u s-sigurtà aċċessaw http://esplora.org.mt/your-visit/. Biex tibbukjaw it-trails minn qabel idħlu fis-sit https://www. showshappening.com/Esplora- S c i e n c e - C e n t r e / S c i e n t a s t i c - Weekend-Esploras-Reopening. Għal izjed tagħrif, tistgħu tagħmlu kuntatt tat-tim tagħna fuq 2360 2300.