Illum previous editions

ILLUM 14 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1259444

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2020 • illum Il-GWU U l-UĦM jappellaw għal qafas leġislattiv tal-ħaddiema li jaħdmu mid-dar YENDRICK CIOFFI Kemm il-General Workers Union u anke l-UĦM Voice of the Workers tkellmu mal- gazzetta ILLUM u qablu li jekk il-pajjiż se jaħtaf l-opportunità tat-teleworking li kważi kważi kienet imposta fuq il-postijiet tax-xogħol mill-pandemija, għandu jkun hemm qafas leġislattiv li jagħti linji gwida ċari biex ikunu mħarsa d-drittijiet tal-ħaddiema u wara kollox anke ta' min iħaddem. L-ILLUM tkellem mas- Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja u anke mas- Segretarju Ġenerali tal-UĦM dwar din ir-realtà ġdida fid- dinja tax-xogħol. Se nżommuha jew la jgħaddi kollox għandna nirritornaw kuljum fl-uffiċċju? U jekk se nżommuha, il- liġi kif inhi bħalissa tipproteġi biżżejjed lill-ħaddiema li qed jintalbu jaħdmu mid-dar? Kif se jkun assigurat li jinżamm il-binarju bejn id-dinja tax-xogħol u l-ħajja privata tal- ħaddiem? Jidher li d-diskussjonijiet dwar dawn il-mistoqsijiet jinsabu fi stadju avvanzat. "Jiena naħseb li din hija t-triq 'il quddiem u mhux nibżgħu minnha. Hija opportunità li naħtfuha. Nilleġislaw biex nagħtuha wiċċ uman li minnha jgawdi kulħadd." Hekk saħaq mal-gazzetta illum is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja meta mistoqsi dwar dak li qed tipproponi l-unjin fejn jidħol it- teleworking. Bugeja saħaq li diġà ressqu proposti mal-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela biex il-pajjiż ikollu qafas leġislattiv li jħares lejn il-perspettivi kollha tat-teleworking u forom oħra ta' xogħol 'il bogħod mill-uffiċċju. Fost dawn saħaq li għall- ħaddiema li qed jaħdmu mid- dar, apparti l-kontijiet tad-dawl għall-kompjuter u l-internet, l-infrastruttura tad-data, is-siġġu, l-iskrivanija u dak kollu li għandu x'jaqsam max-xogħol għandu jkun ipprovdut min-naħa ta' min iħaddem. "Il-work-station għandu jipprovdiha l-impjegatur kif jipprovdiha fuq il-post tax- xogħol. Meta jsir it-teleworking, il-work-station irid isir estensjoni tal-post tax-xogħol," saħaq Bugeja. Imma jekk, per eżempju, impjegatur se jagħti l-internet għad-dar, il-ħaddiem mhux se jużah anke wara x-xogħol? "Tih linja tal-internet li biha jista' jidħol biss għal affarijiet tax- xogħol. Imma trid tipprovdi għax l-uffiċċju lill-ħaddiem qed tipprovdilu," wieġeb Bugeja lill- ILLUM. Apparti minn hekk, l-GWU qed taħdem flimkien mal- Ewroparlamentari Josianne Cutajar u anke Alex Agius Saliba dwar żewġ aspetti oħra importanti, jiġifieri dik tad- drittijiet u l-kundizzjonijet tax- xogħol u anke d-dritt li wieħed jinqata' mix-xogħol u jkun hemm differenza ċara bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-persuna. 'Id-drittijiet kollha fuq il-post tax- xogħol iridu jkunu trasferiti anke fid-djar' Saħaq li l-ewwel u qabel kollox, fil-każ tat-teleworking, id- drittijiet kollha li jkun hemm fuq il-post tax-xogħol, għandhom jiġu trasferiti anke għax-xogħol mid- dar u propju għalhekk li għandu jkun hemm qafas leġislattiv b'saħħtu li jipproteġi lil kulħadd. "Qed nirreferi għall- kundizzjonijiet kollha tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurtà etċ," saħaq Bugeja. "Barra minn hekk kellna mudell fejn ħaddiem jingħata pakkett, ibda mil-paga, għall-ħlas tal-mowbajl, l-allokazzjoni għall- uwil etċ. Forsi issa l-allokazzjoni tal-uwil se tonqos għax mhux qed ikollok daqshekk ġiri imma din kienet parti minn pakkett sħiħ, mhux waħedha u għalhekk għandek tikkompensa minn bnadi oħra." 'Id-dritt li wieħed jinqata' mix- xogħol jibqa' importanti' Hemm kwistjonijiet li Bugeja tħassbu ħafna, jiġifieri dik tal- iżolament. Fi kliemu tinkwetah għax għandek ħaddiema li nqatgħu għal kollox mill-uffiċċju u dan ukoll jista' jkollu anke impatt fuq is-saħħa mentali tagħhom. Saħaq li meta wieħed telaq mid-dar għax-xogħol inqata' minn dik id-dinja u l-istess meta telaq mill-uffiċċju, ħalla x-xogħol warajh. "Kif se naħdmu? Ngħidlek taħdem 40 siegħa mid-dar? Jew tidħol xi ġranet jew sigħat l-uffiċċju?" staqsa Bugeja. Kien hawn li tkellimna dwar il- kwistjoni tar-Right to Disconnect. Naqas, kompla jgħid Bugeja, dak il-binarju bejn ix- xogħol u d-dar. "Din torbot mhux biss ma l-leġ islazzj oni t a t - t e l e w o r k i n g iżda trid torbot ukoll mad-dritt li wieħed jaqta' mix- xogħol." Hawn ta eżempju. Immaġina impjegatur li għax ħaddiem qiegħed id-dar u jaf li għandu aċċess, jibgħatlu xi ħaġa urġenti biex issir malajar fit- 8pm jew fl-10pm. "Anke jekk inti komdu li tirċievi biċċa xogħol fl- 10pm, dik kif se tkun ikkopensat għaliha? Għalhekk dan id-dritt li wieħed jaqta' jrid jorbot magħha bilfors," insista Bugeja. 'Nistgħu nesploraw il-possibbilità li naħdmu erbat ijiem bl-10 sigħat?' Semma wkoll proposta oħra li tista' tkun marbuta mat- teleworking. "Nistgħu nesploraw il-possibbilità li flok naħdmu ħamest ijiem bi tmien sigħat naħdmu erbat ijiem b'għaxar sigħat? Hekk il-weekend twal. Anke internament bħala turiżmu jkun jaqbillek. Flok tmur il- Ġ i m g ħ a f ' l u k a n d a , tmur mill-Ħamis sal-Ħadd," saħaq Bugeja. Kien hawn li qal li t-teleworking irid ikun ta' benefiċċju kemm għall-impjegat, kemm għal min iħaddem u kemm għas-soċjetà, għax ifisser inqas traffiku, inqas tniġġis, inqas spazju ddedikat għall-postijiet tax-xogħol, fost oħrajn. "Imma rridu naraw li d-drittijiet kollha li hemm ikunu mħarsa," insista Bugeja. "Jiena għaliha din hija t-triq 'il quddiem. Bħala GWU qed naħdmu fuqha. Id- dinja tax-xogħol qed tinbidel ... la tgħallimna minn din l-esperjenza ejja naħdmu fuq qafas leġislattiv biex nipproteġu lil kulħadd." 'Il-work-station hija estensjoni tal-post tax-xogħol ... Min iħaddem għandu joffri kollox' - GWU 'Il-konsum tad-dawl u l-ilma fid-djar kiber ... il-ħaddiema tat- teleworking iridu jingħataw l-għajnuna' - UĦM Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Kap Eżekuttiv tal-UĦM – Voice of the Workers, Josef Vella li saħaq li t-teleworking, jew forom oħra ta' xogħol 'il bogħod mill-uffiċċju, anke jekk mhux se ndaħħluhom aħna, se jkunu imposti fuqna, għax fi kliemu, il-futur ħadd mhu se jżommu u bħalma ħadd ma seta' jżomm l-introduzzjoni tal-kompjuter u l-internet, l-istess ħadd mhu se jżomm id-dħul ta' dawn il-forom ta' xogħol. "Li qed ngħidu aħna huwa li jekk se mmorru għat-teleworking dan għandu jsir bi pjan u jkun hemm policy nazzjonali," insista Vella waqt li tenna li t-teleworking jolqot ħaddiema minn kull settur, kemm dak pubbliku u privat. "Għalhekk irid ikun hemm linji gwida u għal kulħadd." Mistoqsi dwar l-għajnuna lill-ħaddiema li qed jaħdmu mid-dar, Vella saħaq li waħda mill-kritiċi li għamel għall-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika li ħabbar il-Gvern kienet li waqt li tal-ħwienet ingħataw l-għajnuna biex iħallsu l-kont tad-dawl, anke jekk uħud minnhom kienu magħluqa jew inkella jaħdmu b'mod limitat, il-ħaddiema li kienu qed jaħdmu mid-dar ma ngħatawx. "Il-konsum tal-elettriku fid-dar kiber u d-dawl u l-ilma kien qed jintuża kważi 24 siegħa kuljum. Konnha qed nippretendu li jkun hemm dik l-għajnuna mill- Gvern. Għalhekk għandu jkun hemm policy nazzjonali," insista Vella.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 June 2020