Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1259444
09 illum • IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2020 aħbarijiet leġislattiv biex ikunu mħarsa d-drittijiet Il-gazzetta ILLUM titkellem mal-unjins dwar id- drittijiet tal-ħaddiema li jagħmlu teleworking. Għandu jispiċċa malli jgħaddi kollox? Għandna nżommu t-teleworking? Imma l-ħaddiem se joqgħod iħallas hu għall-internet u l-mowbajl? Mid-dar il-ħaddiem għandu drittijiet? U l-binarju bejn ix- xogħol u l-ħajja? Kompla jisħaq li apparti minn hekk, kien hemm ħaddiema li ntalbu jaħdmu mid-dar u spiċċaw bil-pakkett tad-dħul tagħhom imnaqqas. Bħala eżempju semma l-allowance tal-karozza, li ħafna tnaqqsitilhom għax ma kinux qed jużawha. Fi kliemu, din kienet waħda mill-aktar affarijiet li dejqitu. 'Irid ikun hemm policy u pakkett ta' għajnuna għal kulħadd' "Jekk se toqgħod tfittex allura naqqas tal-karozza għax vera mhux qed tintuża iżda dak l-allowance agħtih għad- dawl u l-ilma. Biddlilha isimha l-allowance," insista Vella. "Sfortunatament din għamilha l-Gvern li huwa l-akbar employer. L-iskuża kienet għax hawn ħafna ħaddiema qed ibagħtu. Mela jekk hawn ħames familji qed ibatu, induru fuq il-ħamsa l-oħra u nġibuhom ibatu bħalhom?" Għalhekk, Vella tenna dwar l-importanza li jkun hemm policy u pakkett ta' għajnuna għal kulħadd. Fi kliemu, jekk mhux se jkun hemm diskussjoni fuq il-livell tal-MCESD, se jkun hemm sitwazzjoni fejn kulħadd jinnegozja għalih innifsu. "Jiena kontra din. Mhux qed nitkellmu fuq xi ħaġa ta' proċedura fuq livell ta' kumpanija. Din hija d-dinja tax-xogħol minn għada," insista Vella. "Id-diskussjoni ma tistax tkun fuq livell ta' kumpanija." 'Ma naqbilx li naħdmu kuljum mid-dar ... l-uffiċċju trid tidħol' Hemm ukoll il-kwistjoni tal- ġranet. Fi kliemu, ma jaqbilx li għandhom ikunu ħamest ijiem ta' teleworking iżda għandu jkun hemm ġranet fejn il-ħaddiem xorta jmur fuq il-post tax- xogħol għax dak il-kuntatt huwa importanti wkoll. "Anke din trid tkun parti mid- diskussjoni," insista Vella. Mill-banda l-oħra, Vella insista li għandu jkun hemm pakkett ta' għajnuna biex aktar kumpaniji jmorru għal din it-triq iżda tenna li anke l-ħaddiem għandu jingħata l-għajnuna, bħala kundizzjoni tax-xogħol. "Parti mid-diskussjoni trid tkun id-dritt tal-persuna li taqta' mix-xogħol," insista Vella biex ma t i n ħ o l o q x s i t w a z z j o n i fejn għax persuna għandha aċċess għax-xogħol mid-dar, tinsa l-ħajja tal-familja u tkun disponibbli għax-xogħol il-ħin kollu. 'Id-diskussjoni dwar id-drittijiet tal-ħaddiema jinsabu fi stadju avvanzat' - Carmelo Abela Dwar il- futur tat-teleworking u d-drittijiet tal-ħaddiema, il-gazzetta I L L U M tkellmet ukoll mal-Ministru fl-Uffiċċju tal- Prim Ministru, Carmelo Abela li huwa wkoll r e s p o n s a b b l i mir-relazzjonijiet industrijali. Il-gazzetta staqsietu jekk hux qed ikunu ddiskussi d-drittijiet tal-ħaddiema li ħadmu jew li qed jaħdmu mid-dar u anke jekk għandux ikun hemm qafas leġislattiv li jirregola t-teleworking u tipi differenti ta' xogħol 'il bogħod mill-Uffiċċju. Abela kkonferma li għaddejin id- diskussjonijet mal-imsieħba soċjali, liema diskussjonijiet jinsabu fi stadju avvanzat. "Dawn huma mistoqsijiet li s-sħab soċjali kollha, flimkien mal- Ministeru fi ħdan l-Uffiċċju tal- Prim Ministru, qed jiddiskutu għax ġew identifikati bħala punti li l-liġi li tirregola x-xogħol trid tindirizza, jew tindirizza aħjar," saħaq il- Ministru. Spjega li ġabar flimkien il-punti li tqajmu u ippreżenta r-rapport intern f 'laqgħa tal-MCESD. "Dan jidher li intlaqa' b'mod tajjeb tant li diġà hemm qbil fuq liem punti hemm bżonn li jkunu diskusssi aktar fid-dettall," saħaq il- Ministru. Insista li issa li l-pajjiż qed jieħu aktar passi lejn in-normalità, il- Gvern se jkun qed jagħti kontribut biex dan ma jkunx ritorn għan- normalità li konna nafu biha qabel u daqshekkk. "In-normalità ġdida, li ser tintlaħaq wkoll permezz tal- għajnuna qawwijja bil-pakkett finanzjarju tal-Gvern, iġġib wkoll magħha aspettattivi ġodda. Ser naraw li l-esperjenza ta' żmien il- pandemija nitgħallmu minnha dejjem f 'bilanċ bejn drittijiet u flessibilità ġdida għall-ħaddiema imma wkoll l-preservazzjoni tal- kompetittività ta' pajjiżna," saħaq il-Ministru.