Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1262261
13 intervista illum • IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2020 jgħaddi u dan mhux fil-bogħod' qabel lil Delia u mxew 'il quddiem? Mhux żmien moħli? "Din hija konsegwenza tal-fatt li l-PN għall-ewwel darba fetaħ l-elezzjoni għat-tesserati. Aktar ma tinvolvi nies fl- għażla tal-kap aktar se ddum ma tagħlaq din l-isfida," insista Said. "Jiena nibqa' grat għal numru kbir ta' tesserati li vvotawli iżda malli għadda l-vot jien għalaqt dak il-kapitlu. Kellek partit b'Kap magħżul mit-tesserati li dam it biex joħroġ mill-effetti li ħalliet din it-tellieqa." Insista li fil-Grupp Parlamentari hemm ħsieb komun, qed jiltaqa' b'mod regolari u qed jaħdem biex meta tiġi l-elezzjoni ġenerali jkun jista' joffri alternattiva. L-ILLUM iżda tistaqsih jekk jaħsibx li l-PN kien jingrana aktar malajr kieku sar hu Kap. "Ma nistax ngħid. Imma la kienu involuti eluf ta' nies fl-elezzjoni, żgur kienet se tħalli impatt aktar milli kieku l-elezzjoni saret fil- Kunsill Ġenerali ... probabbilment kien ikun hemm problema simili," inista Said. "Dan qed narawh issa fil-Partit Laburista wara li t-tesserati ivvotaw għall-ewwel darba bejn Robert Abela u Chris Fearne." 'Ħadt deċiżjonijiet diffiċli ... naqqast l-għadd tal-impjegati b'terz' Said kien ukoll Segretarju Ġenerali tal- PN. Ma jħossx li għandu jerfa' it piż mir- responsabbilità dwar id-dejn. Said kien skjett u fakkar li kien hu l-persuna li kellu jieħu deċiżjonijiet iebsa fejn saħanistra naqqas l-għadd ta' impjegati b'terz. "Ma kontx popolari ovvjament. Dehert ikrah ħafna ma' nies tal-qalba. Ma kelli l-ebda għażla oħra," insista Said. Żgur li l-midja hija waħda mill-akbar piż finanzjarju li għandu l-PN. Huwa sigriet magħruf. Mhijiex l-aktar waħda popolari. Ma jaħsibx li wasal iż-żmien li l-PN jieħu d-deċiżjoni diffiċli li jagħlaq it-televiżjoni? Fi kliem Said, il-midja hija piż fuq il-PN kif inhi wkoll fuq il-PL. "Iż-żmien qed jinbidel. Nemmen li ż-żmien tat-televiżjoni tal-partiti se jgħaddi u dan mhux fil-bogħod. Il-partiti jridu jsibu mezzi oħra b'inqas flus biex iwasslu l-messaġġi tagħhom. Hemm diversi mezzi kif tista' tagħmel dan," insista Said. "Ma jdumx ma jasal iż-żmien li l-partiti jieħdu dan il-pass." Delia qal: "ma naħsibx li l-PN se jitlef l-elezzjoni ġenerali." Said jaqbel? "Il-PN se jmur għall-Elezzjoni Ġenerali biex jirbaħ. Nafu li hemm sur enormi li wieħed irid jixxabbat miegħu. Imma se nagħmlu dak kollu possibbli biex naslu," insista Said. 'Konvint li l-Gvern ma jdumx ma jwaqqaf il-kuntratt tal-VGH' Qlibna d-diskors fuq Għawdex. Hija ġusta l-kritika tal-PN fuq Steward, issa li bdew jinvestu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? "Fuq Steward aħna ċari. Seta' kien min kien. Għawdex hemm sptar wieħed. Ma kellu qatt jiġi pprivatizzat," insista Said. "Aħna mhux kontra s-settur privat fil-qasam tas-saħħa. Il- Gvern seta' inċentiva biex jinfetaħ sptar privat f 'Għawdex li jkun parallel ma' dak pubbliku." Apparti dan, fi kliemu, dak li ħareġ u dak li ried joħroġ fuq il-ehim magħruf tal-VGH jikkonferma kemm il-PN kellu raġun. "Dawn qed jieħdu miljuni kbar fis-sena u ma għamlu kważi xejn minn dawk li suppost kellhom jagħmlu. Issa jridu jirrinegozzjaw il-kuntatt ... lanqas il-pjan lokali ma lestew," insista. Kien hawn li Said saħaq li jinsab konvint li l-Gvern ma jdumx, għax ma għandux triq oħra, li jwaqqaf dan il-kuntratt. "Għad iridu joħorġu oxxenitajiet oħra," insista waqt li fakkar fil-każi li għaddejin il-Qorti, fosthom mill-Kap tal-Oppożizzjoni u anke l-investigazzjoni tal-Awditur Ġenerali. "Din hija logħba bis-saħħa tal-Għawdxin biex xi ħadd isir miljunarju," saħaq Said. Il-Ministeru għal Għawdex sar qiesu kunsill lokali Tkellimna wkoll dwar il-mina u l-Ministeru għal Għawdex. Beda bil-Ministeru għal Għawdex, li fi kliemu l-Gvern ħadlu s-saħħa kollha, fosthom meta ħadlu l-edukazzjoni u s-saħħa minn idu u ġabu qiesu "kunsill lokali." Fl-aħħarnett, dwar il-mina, Said insista li l-Partit Nazzjonalisa huwa favur tagħha tant li kienet parti mill-programm elettorali tiegħu fl-2017. "Ipproponejna aktar minn 10 snin ilu u bdejna l-istudji preliminari," saħaq Said, iżda insista li jrid ikun hemm l-istudji kollha, mhux jekk tistax issir jew le biss. "Irid ikun hemm studju fuq l-impatt soċjali, ambjentali u ekonomiku biex tittieħed l-aħjar deċiżjoni." Ċert li l-poplu Malti mhux se jdum ma jdur lejn il-PN biex joħorġu minn din is-sitwazzjoni prekarja li daħħalna fiha l-PL