Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1262261
IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2020 • illum opinjoni Min qed jiġbed l-ispag? H emm mistoqsija li bla dubju tberren f 'moħħ- na aħna u nisimgħu jew x'ħin inkunu qed naqraw rapporti dwar ix-xhie- da li qed tinġabar il-Qorti in konnessjoni mal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Lil min qed tipproteġi l-pulizija? Qed joħroġ messaġġ ċar li f 'waqtiet partikulari xi uffiċjali tal-Pulizija u l-kriminali li bħalissa qed ikunu investigati kienu id f 'id. Naturalment l-uffiċjali in kwistjoni dan jiċħduh. Imma, sfortunatament għal kulħadd, il-kredibilità tagħhom ilha li spiċċat. Id-deċiżjoni tal-5 ta' Ottubru 2018 tal-Qorti Kostituzzjonali dwar Silvio Valletta, dakinnhar Deputat Kummissarju tal- Pulizija, b'kunflitt ta' interess minħabba r-responsabbiltajiet politiċi ta' martu Justyne Caruana (politically exposed person) għamlet l-affarijiet ferm agħar. Fl- 2018 il-Qorti Kostituzzjonali kienet aċċettat l-argumenti tal-familja ta' Daphne Caruana Galizia u ordnat li Silvio Valletta jitbiegħed mill-investigazzjoni dwar l-assassinju. Fid-dawl tal-allegazzjonijiet kontra id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona dwar il-possibiltà ta' ordni separata għall-assassinju ta' Caruana Galizia, jikber konsiderevolment id-dubju dwar min qiegħed ikun protett mill-Pulizija. Għax kif jista' jkun li Deputat Kummissarju tal-Pulizija li hu politikament espost jinvestiga politiku ġej mill-istess partit politiku li fih hi attiva martu, ukoll Membru tal-Kabinett? Kien fit-8 ta' Mejju 2016 li din il-gazzetta kienet irrappurtat illi Silvio Valletta kien offrut il-ħatra ta' Kummissarju tal-Pulizija imma ma aċċettax minħabba li martu Justyne Caruana u l-fatt li "hija Membru tal-Kabinett u persuna prominenti fil-Partit Laburista, seta' jitfa' wisq piż u dell fuq l-operat tiegħu kieku aċċetta li jkun fit-tmun tal-Korp." Dakinnhar iddeċieda tajjeb imma wara insihom id-dellijjiet! Il-problema tikber konsiderevolment kull meta jissemmgħu dawk li kienu madwar Joseph Muscat, ewlieni fosthom Keith Schembri. Imma hemm oħajn ukoll li kellhom parti importanti fl-iżviluppi ta' din il-ġimgħa: min jikkonsla u jikkalma u min iwassal il- messaġġi. Hu magħruf li kemm Chris Cardona kif ukoll Keith Schembri intalbu jwieġbu xi mistoqsijiet mill-Pulizija imma safejn hu magħruf pubblikament s'issa ħadd minnhom mhu qed jiġi investigat. Jingħad li għad baqa' informazzjoni sensittiva x'tinkixef. Irridu nżommu quddiem għajnejna li Daphne kienet stħarrġet u kitbet dwar il-każijiet ta' korruzzjioni ewlenin fil-pajjiż tul dawn l-aħħar snin, li minnhom ma kellniex ftit. L-atturi xi drabi huma l-istess. Din il-ġimgħa kellna iktar informazzjoni fuq każ kbir. Ħu l-każ tal- Montenegro li stħarrġet it-Times u li minnu irriżulta li 17 Black ta' Yorgen Fenech daħħlet madwar ħames miljun euro minn fuq dahar l-Enemalta. Min hemm sħab ma Fenech fis-17 Black u s'issa ma jidhirx? Ix-xhieda fil-Qorti fil-każ tal-assassinju qed jindikaw il-possibilità li hemm iżjed minn moħħ wiehed wara dan il-qtil. Yorgen Fenech ilu jinsisti li mhux hu l-moħħ iżda li hemm xi ħaddieħor li hu aqwa minnu. Ma nagħmlux mod li dawn l-idejn moħbija wara l-qtil għandhom interess ukoll fil-qliegħ mill-Montenegro, fejn reġa' spiċċa jidher Yorgen Fenech għal darba oħra għalihom hux? Min qed jiġbed l-ispag f 'dan kollu? Meta l-Pulizija jagħmlu investigazzjoni iktar fil-fond forsi jkollna ħjiel. Imma ma jiddependix biss minnhom. Jiddependi ukoll minn min s'issa għadu qiegħed jerfa' l-piż waħdu u jostor lil ħaddieħor. Il-kobba hi mħabbla sewwa. L-iskandli, wieħed wara l-ieħor ilhom jakkumulaw. Dwar uħud minnhom ma sar xejn u dwar oħrajn tapari sar xi ħaġa. F'dan kollu hemm rwol fundamentali għall-ġurnaliżmu investigattiv li b'responsabbiltà jgħarbel u jfittex il-konnessjonijiet bejn in-numru dejjem jikber ta' skandli. Il-qtil biex isikket lil min jinvestiga mhuwiex biss delitt kontra l-persuna imma hu ukoll delitt kontra d-demokrazija. Għax l-istampa libera li ma tibżax hi pilastru ewlieni tad-demokrazija tagħna. L-istess idejn jidhru ripetutament. Min hemm mistoħbi warajhom? Min qed jiġbed l-ispag f 'Delimara, il- Montenegro u lura sal-Bidnija? L-istess idejn jidhru repetutament. Min hemm mistoħbi warajhom? Min qed jiġbed l-ispag Delimara, il-Montenegro u lura sal-Bidnija? Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson ta' Alternattiva Demokratika