Illum previous editions

ILLUM 21 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1262261

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 sports IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2020 • illum 'Mix-xejn, sirna klabb li nsejħu lilna nfusna familja' Evolve Endurance Club huwa klabb relattivament ġdid fix- xena lokali tal-ġiri. Fil-fatt għadu kemm għalaq sena mit-twaqqif tiegħu. Il-gazzetta Illum titkellem mal-President tal-klabb Natalino Caruana De Brincat, li huwa wkoll membru fil-Kunsill tal- MAAA (Malta Amateur Athletics Association) Evolve Endurance Club – min intom? Evolve Endurance Club huwa klabb li fih illum il-ġurnata jiġbor mal-180 atleta. Meta ngħid atleta qed nirreferi kemm għal uħud minn fost l-aqwa atleti li għandna f 'pajjiżna sa dawk li jiġru għax iħossuhom komdi jagħmlu dan. Huwa komunita ta' atleti ta' kull livell u eta', irrispettivament l-abbilitajiet tagħhom fil-ġiri. Pero hemm ħaġa waħda li tgħaqqadna – hemm sens kbir ta' unita' bejnietna – il-membri jaqsmu l-esperjenzi tagħhom, jgħinu lil xulxin fit-taħriġ kif ukoll waqt it-tlielaq. Evolve Endurance Club huwa klabb relattivament żgħir għax kull ma ilu mwaqqaf sena biss. Pero, minbarra li huwa l-ikbar klabb, għax għandu l-akbar numru ta' membri msieħba fih, f 'inqas minn sena, irnexxilu jagħmel kisbiet kbar. Kif beda l-klabb? Dwar il-bidu tal-klabb tagħna, ma nistax nieħu l-kreditu waħdi, anzi minn hawn nixtieq, mingħajr ma nsemmi ismijiet biex żgur ma nħalli lil ħadd barra, nirringrazzja lil tim ta' persuni li flimkien ħdimna minn wara l-kwinti biex illum, għandna l-unur ngħidu li naqqaxna l-istorja u ksibna popolarita kbira f 'inqas minn sena. Minn hawn insellem lill- President ta' qabli Robert Buhagiar, li kien strumentali biex wellidna lil dan il-klabb X'inhuma l-kisbiet li għamlet il- klabb kemm ilu mwaqqaf? F'inqas minn sena, grupp ta' atleti li kienu għadhom kemm iffurmaw klabb ġdid, irnexxielhom jirbħu l-league tal-MAAA. Barra minn hekk, kellna numru ta' atleti li ġabu riżultati eċċezzjonali fi tlielaq barra minn Malta. Irnexxielna wkoll, grazzi għall-ħidma konġunta tal- kumitat u numru ta' persuni li volontarjament taw ħafna mill- ħin liberu tagħhom, norganizzaw l-ewwel tellieqa tagħna - l-Evole 5 mile – tellieqa li kienet organizzata b'suċċess kbir f 'Marsaskala fi Frar li għadda, fejn kellna 'il fuq minn 250 parteċipant adult kif ukoll ' fun run' għat-tfal. F'inqas minn sena wkoll, Evolve Endurance Club irnexxilu jaħtar membru minn tiegħu fil-Kunsill tal-MAAA waqt l-aħħar laqgħa ġenerali annwali. X'tip ta' attivitajiet jew taħriġ ikollkom matul is-sena? Bħala taħriġ individwali, kull atleta jkollu l-programm tiegħu x'isegwi, pero biex inżommu relazzjoni b'saħħitha bejn il-membri tagħna, naraw li norganizzaw diversi attivitajiet kemm bħala ġiri u anki attivitajiet soċjali. Irridu li nkunu klabb fejn ħbieb antiki jsaħħu r-relazzjonijiet ta' bejniethom u fejn ħbieb ġodda jiltaqgħu u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom flimkien. Għandna atleti li mhux biss jiġru iżda wkoll huma għawwiema u ċiklisti u hemm uħud minnhom li kemm-il darba ħadu sehem f 'kompetizzjonijiet jew attivitajiet oħrajn barra minn Malta. Peress li l-atleti tagħna ġejjin minn Malta kollha, inżomu kuntatt regolari billi darba fil-ġimgħa, il- Ħadd, norganizzaw 'group run' – f 'lokalitalitajiet differenti u wara mmorru nieħdu kafe flimkien. Barra minn hekk, matul is-sena jiġu organizzati 'core sessions' kif ukoll lezzjonijiet tal-għawm għall- atleti. Matul il-perjodu tal-Covid-19, rajna kif inżommu l-moral tal- atleti għoli u organizzajna wkoll oneline sessions, li tmexxew minn atleti tagħna stess. Barra t-taħriġ, naraw kif inżommu wkoll attivi billi norganizzaw diversi attivitajiet bħal barbeques fis-Sajf jew xi ikliet fejn anki ġew mistiedna l-familji u t-tfal tal-atleti biex aktar insiru nafu lil xulxin. X'inhu l-akbar sodisfazzjon tiegħek meta tħares lejn il-klabb? L-akbar sodisfazzjon tiegħi huwa meta nara li mix-xejn, sirna klabb li nsejħu lilna nfusna familja. Għandna atleti li llum saru l-akbar ħbieb permezz tal-isports. Nieħu pjaċir ukoll nara kif ċertu atleti biddlu ħajjithom permezz ta' dan l-isports. Sodisfazzjon kbir ukoll meta nara atleti jifirħu meta jiksbu riżultati sbieħ f 'xi tellieqa. Tara l-frott tad-dedikazzjoni li jkunu wrew fit-taħriġ matul l-istaġun, tara l-ambizzjoni f 'wiċċhom u l-ferħ li jġibu magħhom dawn ir-riżultati. X'inu l-messaġġ li tixtieq tgħaddi atleti li għadhom jibdew u jixtiequ jissieħbu fi klabb? Il-ġiri huwa sabiħ pero meta tagħmlu fi grupp ikun isbaħ għax jgħaqqad abbiltajiet differenti. Kulħadd jitgħallem mir-riżultati jew mill-iżbalji ta' xulxin u nemmen li dan huwa wieħed mill- ingredjenti fir-riċetta tas-suċċess. Il-ġiri mhuwiex kemm tmur 'il bogħod iżda kemm wasalt 'il bogħod minn meta bdejt. Mhux importanti li tasal l-ewwel fit-tellieqa, imma importanti li tasal għax is-sodisfazzjon ta' dak il-ħin huwa wieħed indeskrivibbli. Min jixtieq jagħmel kuntatt magħna jista' jidħol fil-facebook page tagħna Evolve Endurance Club, isegwi l-attivitajiet li jkollna matul is-sena, u jekk irid aktar informazzjoni fuqna, jibgħatilna messaġġ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 June 2020