Illum previous editions

ILLUM 21 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1262261

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2020 Il-Gvern ħabbar investiment fi proġetti ambjentali taħt il-kunċett ta' 'Green & Blue Infrastructure' fi tliet żoni urbani fi tliet lokalitajiet, permezz ta' ħidma tal-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet. Iż-żoni huma - il-Housing Estate, il- Ħamrun, Triq Vjal L-Indipendenza, il- Mosta u Triq il-Wied, Ħal-Qormi. Il-Ministru Aaron Farrugia spjega li, filwaqt li dan il-proġett se jkun qed jiffoka fuq l-ispazju urban, hemm element ta' diversità fit-tliet siti magħżula, biex jitħaddru ż-żoni fejn n-nies jgħixu, jaħdmu u jirrikreaw irwieħhom. "F'Ħal-Qormi, l-intervent se jsir fl-inħawi tal-wied magħruf għall- ammont ta' xita li jilqa' fix-xitwa; fil- Ħamrun, il-proġett se jkun fil-qalba tal-komunità u f 'post fejn jgħixu mijiet ta' familji; fil-Mosta, triq prinċipali li hija wkoll ikkunsidrata bħala żona kummerċjali," qal il-Ministru Farrugia. Il-Ministru spjega li l-interventi se jsiru permezz ta' design and build competition fost professjonisti, li minnha se jintgħażlu l-aktar proposti li għandhom benefiċċji ambjentali u għas-saħħa tar-residenti. "Pajjiżna għandu bżonn proġetti li verament jaqblu mal-viżjoni tagħna li ndawwru infrastruttura griża għal dik ħadra (Grey to Green) u li verament jibbenifikaw is-saħħa tar-residenti tagħna u l-benesseri ta' kulħadd. B'hekk, qed inħarsu lejn modi inqas tradizzjonali, anke għax wasal iż-żmien biex nirrevoluzzjonaw il-kunċett ta' ppjanar intelliġenti f 'pajjiżna," qal il- Ministru. Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat tenna li l-fondi għal dan il- proġett pilota se jkunu mgħoddija mill- Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali (NDSF) sabiex inkomplu nsostnu l-ħarsien tal-komunitajiet tagħna u ntejjbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti fl-istess komunitajiet. "Qed inkomplu naraw kemm l-fondi ġġenerati mill- Programm tal-Investitur Individwali jkunu ta' siwi u importanza sabiex noħolqu proġetti li minnhom jgawdi l-pubbliku inġenerali, u dan billi ninvestu fl-ambjent li ngħixu fih," huwa saħaq. Din l-inizjattiva se tkun immexxija mill-Ministeru għall-Ambjent flimkien mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), Ambjent Malta u l-Kamra tal-Periti. Il-proġetti se jiġu ffinanzjati minn fondi nazzjonali li jikkontribwixxu direttament għal żvilupp soċjali sabiex jiġu mħarsa l-komunitajiet f 'pajjiżna. Il-Gvern iħabbar tliet proġetti ambjentali fil-Ħamrun, Ħal Qormi u l-Mosta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 June 2020