Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1262261
15 analiżi illum • IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2020 minn xogħol temporanju, prekarju, kontrattwali u bi ftit ħarsien soċjali għal xogħol diġitali mid-dar servew biex qatgħu lill-ħaddiema minn kull possibilità ta' solidarjetà u azzjoni komuni tas-suq huma allerġiċi għall-emanċipazzjoni tal-ħaddiema u jistennew li l-istat irażżan in-nefqa pubblika f 'dan ir-rigward. Il-Ħaddiema Globalizzati 'Fil-firda s-Saltna', it-titlu ta' artiklu ieħor tagħna fl-istess gazzetta ILLUM, wera kif l-istat, bi twemminu u azzjonitu, jifred ħaddiem minn ieħor billi, fost l-oħrajn, joħloq dik li tissejjaħ sistema ġuridika parallela, fl- istess spazju ġuridiku. F'dal- proċess, ħaddiema barranin jispiċċaw minn taħt. Saħansitra, il-ħaddiema- immigranti jsiru kriminali mingħajr ma serqu jew qatlu. Il- prinċipju ta' solidarjetà ma' dawk li qegħdin ibatu jew jirrisjkaw ħajjithom, għax qed ifittxu ix-xogħol, sar att kriminali, ikkastigat b'multi u ħabs. Ir-rabta bejn politika u ekonomija privata tilħaq il- milja tagħha meta l-azzjoni ta' initimidazzjoni tal- pulizija, li tinkludi rejds sporadiċi, tgħin lill-kuntratturi jidhru bħala salvaturi għax għandhom f 'idejhom il-karta li biha l-ħaddiema immigranti jingħataw il-permess temporanju ta' residenza u fl- istess nifs iħallsu anqas lill- ħaddiema barranin mbeżża'. Il- każ tal-Fortina, fejn numru kbir ta' ħaddiema Torok ilhom ma jitħallsu x-xhur, mhux biss jikxef l-iskjavitù uman li fih jaħdmu miljuni ta' ħaddiema madwar id-dinja, iżda jiżvela wkoll il- kompliċità tal-istat meta dawn il-ħaddiema jitħallew f 'limbu ġuridiku. Fil-ġurisdizzjoni nazzjonali, l-istat karċerarju ma jaġixxix waħdu fil-konfront tal-ħaddiema barranin ifittxu x-xogħol; għandu bżonn l-għajnuna ta' parti mis-soċjeta` ċivili medjatika li tmexxi l-mibegħda u l-intimidazzjoni permezz tal-vokabularju vast ta' identitajiet etniċi, razzjali, reliġjużi, eċċ. F'din il-kultura tal-fruntiera, anki l-ilsien jgħodd, eżempju l-għażla bejn 'illegali' u 'irregolari'. Kwistjoni ta' diskors dominanti, ikkulurit minn aġġettivi li jingħataw dawn il-ħaddiema (suwed, imsieken, ecc). Ir-retorika tad- diskriminazzjoni, imbierka mill-istat, kienet suċċess. Ikkonvinċiet lill-ħaddiema fil-Punent jeħduha kontra ħaddiema 'regolari' minn barra. Din wasslet sabiex il-prinċipju dwar il-mobbiltà ħielsa tal- persuni fl-Unjoni Ewropea, il- pilastru taż-Żona Schengen, sar dritt li japplika biss għal dawk b'passaport nazzjonali fl-Unjoni, u mhux għal dawk li huma ħaddiema barranin, legalment residenti f 'wieħed mill-istati membri. In-numru ta' dawn il- ħaddiema mhuwiex żgħir, u għalkemm jaħdmu bħal u forsi aktar minn ħaddieħor, mhumiex protetti l-istess. Konklużjoni Il-prijorità tal-istat neoliberali hija l-libertà tal-moviment tal-materjal, tal-prodotti u tal- produzzjoni. Dan jeħtieg isir bl-irħas mod possibbli, bl-anqas xkiel statali u ndustrijali u bl-akbar profitt. Il-ħaddiema jibqgħu sekondarji f 'din il-loġika. Sadattant, il- libertà tibqa' relattiva sakemm il- ħaddiema ma jsibux il-ġustizzja u l-wens ta' stat li jimpurtah mill-ħaddiema kollha. L-appostli tas-suq. Dawk li jippriedkaw in-neoliberaliżmu, li ma tantx togħġobhom l-emanċipazzjoni tal- ħaddiema u li fl-istorja idistabilizzaw lil kull min ma qarax mill-istess librett bħalhom. Il-Professur Carmel Borg u Dr Joe Gravin, janalizzaw... neoliberali, immexxi primarjament miċ-'Chicago Boys'