Illum previous editions

ILLUM 28 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1264346

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2020 qed tisfa vittma ta' frodi fuq l-Internet Fuq Facebook jitilgħu ħafna riklami ta' prodotti u ħwejjeġ. Jogħġbok xi ħaġa, tagħfas il-link u ssib ruħek f 'sit professjonali. Tixtri, tħallas u tirċievi email pulita li l-ordni hija kkonfermata. Iżda jgħaddu l-ġimgħat u x-xhur u l-ordni ma tasalx. Kif se ninduna li sit li jidher professjonali, ikun biss scam. L-Ispettur Pisani beda billi spjega kemm huma faċli li persuna toħloq sit li jidher professjonali, anke jekk warajh ikun hemm biss għanijiet kriminali. "Din hija xi ħaġa komuni ħafna. Biex twettaq dan it-tip ta' reat huwa ħafif ħafna," insista l-Ispettur. "Anke bniedem li mhux tekniku kapaċi joħloq sit professjonali." Spjega kif permezz ta' buttuna u ftit irtokki, persuna faċilment toħloq sit li jkun identiku għal sit ieħor professjonali. L-Ispettur spjega kif l-aktar sit li kien iffrodat b'dan il-mod jew ikkuppjat, huwa dak tal-PayPal, jiġifieri wieħed mill-aktar portals użati ta' ħlasijiet. "Inti mingħalik li qed tillogja fil-PayPal tiegħek biex tħallas lil xi ħadd iżda minflok tkun qed taċċessa s-sit tal- kriminal. Malli inti daħħalt il-username u l-password, dawn marru fuq is-sit propja tal-PayPal u daħlu fil-kont tiegħek," spjega l-Ispettur. Hawnhekk l-Ispettur reġa' appella. Taċċettax offerti li ma jitwemmnux. Waqt li tkellem dwar kif it-teknoloġija qed tiżviluppa u anke qed tagħmel il-ħajja ta' ħafna aktar faċli, mill-banda l-oħra l-kriminali raw kif ħatfu din l-opportunità. Fi kliem sempliċi, flok marru u serqu bank jew ħanut, illum mid-dar, bilqiegħda fuq sufan, jistgħu jħaxxnu buthom minn Fuq dahar ħaddieħor. Minkejja l-perċezzjoni li persuni adulti u anke anzjani kapaċi jaqgħu aktar vittmi ta' frodi għax ma jkollhomx biżżejjed litteriżmu fuq kif jużaw il-midja soċjali u l-internet, din mhijiex neċessarjament l-istampa veritiera. "Illum kulħadd bl-Instagram u anke l-Facebook speċjalment żgħażagħ. Il-ħin kollu jitilgħu riklami ta' prodotti iżda kollha jew ħafna minnhom ikunu fake accounts. Huwa fatt magħruf li ż-żgħażagħ jixtru ħafna onlajn u ma tantx idumu jaħsbuha," saħaq l-Ispettur. "Adulti u anzjani li jafu li ma jifhmux daqshekk, kapaċi jżommu aktar lura." L-Ispettur Pisani appella biex persuni ma jużawx WiFi pubbliku biex jaċċessaw informazzjoni personali. Iżda dan ifisser li WiFi pubbliku huwa perikoluż? L-Ispettur beda jispjega kif kull min juża WiFi pubbliku qed jibgħat l-informazzjoni. Fi kliemu, xi ħadd li qed juża Facebook qed jibgħat il-password. "Dak li qed jintbagħat jista' jinqabad faċilment għax mhuwiex WiFi sigur," spjega. Apparti minn hekk, spjega l-Ispettur, jiltaqgħu ma' każi fejn kriminali jissettjaw hotspot ta' WiFi fil-pubbliku. "Immaġina inti tkun qiegħed il-bandli mat-tfal u taqbad ma' dan il-Free WiFi. Vera li tkun qed tieħu l-Internet imma huma qed jieħdu aċċess għall- informazzjoni tiegħek," spjega l-Ispettur. Għalhekk importanti, kompla jispjega, li meta persuna se taqbad ma' WiFi pubbliku, tassigura ruħha li s-sors ikun wieħed li tista' tafda. "Dejjem irridu noqogħdu attenti ma' xiex qed naqbdu u x'informazzjoni qed nibagħtu għax ma nafux min qed jirċevih,' insista l-Ispettur. "Agħar minn hekk tista' tkun qed taċċessa servizzi bankarji minn fuq WiFi pubbliku jew inkella tkun qed tibgħat xi email tax- xogħol." Moħħ il-kriminal jiġri, ħafna drabi qabel ta' kulħadd. L-Ispettur fakkar li llum il-postijiet tax-xogħol għandhom il-WiFi għall-impjegati tagħhom. Semma każi fejn pereżempju kriminal jaċċessa l-access ID ta' WiFi ta' post tax-xogħol, joħloq WiFi aktar qawwi, ipoġġi device viċin u l-mowbajls tal-impjegati (għax hekk ikollhom fis-settings) se jaqbdu mal-aktar WiFi b'saħħtu. "Hemm jiena se jkolli aċċess għal kollox. Il-kontijiet tiegħek u tal-kollegi tiegħek u l-informazzjoni kollha. Għalhekk aħna nduru u nqajmu ħafna kuxjenza fin-negozji u fl-iskejjel. Irridu nedukaw in-nies biex jagħrfu dawn it-tip ta' reati u ma jaqgħux vittma," saħaq l-Ispettur. Ikun hemm kemm ikun hemm edukazzjoni, dejjem se jibqa' min jaqa' vittma ta' dawn ir-reati. Vittma ta' frodi x'għandha tagħmel? L-Ispettur appella biex malli persuna tinduna li sfat vittma ta' frodi ta' servizzi bankarji, pereżempju bl-użu ta' karti tal- kreditu jew debitu, għandha minnufih tikkuntatja l-bank tagħha biex jitwaqqaf il-pagament jew titħassar il-kard. Apparti minn hekk, l-Ispettur appella biex persuna tagħmel minnufih rapport fl-eqreb Għassa tal-Pulizija. Għal gwida u anke l-ħwienet, wieħed jista' jibgħat email fuq computer.crime@ gov.mt. Wieħed jista' jċempel ukoll 22942231 jew 22942232. "L-aktar messaġġ importanti li aħna rridu nwasslu lin-nies huwa: aħseb aħjar qabel tikklikja. Fl-aħħar mill-aħħar, is-sigurtà diġitali tiegħek, hija prijorità tiegħek. Inti trid tkun li tipproteġi lilek innifsek," insista l-Ispettur. Mistoqsi kemm hu faċli li l-pagamenti jkunu ttraċċati u vittma tieħu flusha lura, l-Ispettur saħaq li jekk ma jsirux il-passi adegwati mill-ewwel minn kulħadd involut, inkluż il-vittma, huwa diffiċli ħafna li l-flus jiġi rekuperati. "Il-flus jiġu trasferiti malajr. Jgħaddu malajr minn kont għall-ieħor. Jinfetqu malajr," saħaq l-Ispettur. "Għalhekk importanti li l-vittma tinduna mill- ewwel, tagħraf x'informazzjoni trid tippreserva u tgħaddi lill-Pulizija u min- naħa tagħha l-Pulizija trid tieħu l-passi tagħha biex tidentifika u tibblokka l-fondi." Pisani saħaq li huwa proċess diffiċli ħafna li jitlob il-koperazzjoni u l-ħidma immedjata ta' kulħadd. Fost oħrajn, l-Ispettur spjega kif meta persuna tirċievi email mingħand dak li wara jirriżulta li huwa frodist, mhux biżżejjed li jipprintja l-email u jeħodha lill-Pulizija. L-investigaturi jridu l-email header, jiġifieri t-triq minn fejn telqet l-email sa fejn waslet. Minn dan il- Pulizija ssib l-IP address li jkun marbut ma' residenza. "Faċli ħafna li persuna ssib l-email header minn fuq l-App li qed juża. L-email address mhuwiex biżżejjed," insista l-Ispettur. Imma jekk sit ikun jidher professjonali, jiena kif se ninduna li mhux sigur? Min jaqa' l-aktar vittma? L-adulti u l-anzjani jew ż-żgħażagħ? Imma huwa dejjem perikoluż li tuża WiFi pubbliku? Jekk naqa' vittma ta' frodi x'għandi nagħmel?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 June 2020