Illum previous editions

ILLUM 28 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1264346

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 analiżi illum • IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2020 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jittanta jerġa' jmur lura fiż-żmien qalb it-tifkiriet tal-kotba Maltin ta' tfulitu u żgħożitu. Jagħmel dan b'referenzi kontinwi għal żewġ xogħlijiet ta' Jean- Paul Sartre: ir-rumanz La Nausée (In-Nawżja) u b'mod partikulari l-awtobijografija Les Mots (Il-Kliem). Kulma jmur is-sekwenza kronoloġika titħabbel filwaqt li intant jieħdu r-riedni l-kittieba li ltaqa' magħhom fuq il-bankijiet tal-iskola. Skantat jgħodd il-ħin, dlonk jiftakar f'vers minn poeżija t'Oliver Friggieri... It-tifkiriet letterarji: sbieħ, foloz Jidhirli li minħabba xi raġuni jew oħra din kienet il-fehma ta' diversi letterati oħrajn, fosthom Yves Bonnefoy, Jean Cocteau, mhux l-inqas Santu Wistin. Madankollu l-istqarrija l-oħra ta' Sartre – voldieri dik li jagħmel f 'Les Mots – xorta waħda baqgħet issus warajja, l-iżjed meta ċerti persuni staqsewni liema huma l-għaxar kotba jew kittieba tiegħi. Għaldaqshekk ma setax jonqos illi t-tiiriet spontanji ta' dawn il-kotba sikwit sejħu lura fil-memorja għadd ġmielu ta' siltiet minn din l-awtobijografija letterarja. Minn banda ma skantajt xejn. Ibda biex fil- fehma tiegħi dan it-test jirrappreżenta mod validu ħafna kif kittieb tal-istatura ta' Sartre għandu jirrakkonta n-narrattiva ta' ħajtu – id- dettalji żejda dwar meta u fejn ġara xiex jieħdu ħsiebhom l-istoriċi u l-iskulari. Għandu mnejn ukoll għax il-kelma "letteratura" – l-iżjed meta jfettilli mmur inqalleb fil-libreriji tal-imgħoddi – bqajt nassoċċjaha ħafna maż- żmien meta nxtħett niaqad b'mod assidwu x-xogħlijiet ta' Sartre, saħansitra l-manuskritti maħżuna fil-Bibljoteka Nazzjonali ta' Franza. In-nawżja Mill-banda l-oħra mbagħad skantajt mhux it kif din il-kwotazzjoni weħlet daqstant ma' moħħi. Awtur tal-istatura ta' Sartre m'iniex u b'dir-rata qatt m'hu ser insir. Għadd kbir ta' kotba d-dar ma kellniex. Wisq inqas għand in-nanna fejn fi tfuliti ma kont nara xejn għajr mediċini skaduti, frott imranġat u wirdien. Lin-nannu ma nafux. Qatt ma dehrli li ġid familti kien jiddependi mill-kotba iżda pjuttost mill-paga modesta li missieri kien iġib id-dar. Iżjed minn dan: f 'Les Mots Sartre jiakar u jikteb dwar il-kotba b'ċerta volontà luċida li din id-darba 'qas almenu għad għandi ħajra, jew inkella l-enerġija, nerġa' nittanta nħaddem. It-tiiriet letterarji Maltin illi reġgħu żaruni dan l-aħħar, b'mod partikulari s-sekwenzi kronoloġiċi, kellhom ħafna mill- modi vagi li bihom l-anti-eroj eżistenzjalist Antoine Roquentin – il-karattru ewlieni fir-rumanz La Nausée – jiakar l-imgħoddi mbiegħed tiegħu filwaqt illi jipprova jsib tarf tal-ġrajjiet illi sawru l-ħajja tal-Markiż de Robellon. Għaldaqshekk jidhirli li l-listi li stajt noħloq din id-darba aktarx qajla setgħu jissodisfaw il-kurżitajiet tal-qarrejja. Bħan- narrattiva li ħaddem Alfred Sant fir-rumanz Bħal f 'Dizzjunarju, l-ordni tagħhom tista' tinqara fi kwalunkwe ordni bħall-ħajja u l-karriera t'Anġlu Debono. Anke dik tqabbad in-nawżja, xejn inqas minn dik "il-qmis tal- qoton bluna tirkaċċa mgħoxxija fuq il-ħajt lewn iċ-ċikkulata" li kien ra Roquentin fuq il-kuġin Adolf. M'iniex kuntent b'dan il-mod kif l-imgħoddi tiegħi nfexx inawwar ġo moħħi matul l-eqqel fażijiet tal-kriżi tal-Virus Corona. Hu x'inhu nittama li 'l quddiem dawn il-memorji letterarji jseħħilhom isibu posthom mill-ġdid, sewwasew bħall-kotba tal-Librerija Muniċipali – rranġati lkoll puliti kif imiss fl-ordni alfabetika – li fihom kien imur jitgħarraf l-Awtodidatta fir-rumanz La Nausée. Madankollu minn dawn it-tiiriet reċenti daqsxejn – addoċċ u forsi wkoll bl-istil tal-kurrent tal-koxjenza – ser nipprova nislet ċerti punti saljenti li qed jixgħelu f 'moħħi dal-ħin mingħajr wisq kummenti. Minn banda s-soltu n-numru ferm żgħir t'għaxra jwaħħaxni, iżda għal darba ħabat tajjeb li ħadd ma staqsa għal xi mija. Lura fiż-żmien Ser niakar fi it kittieb u ser ninsa ħafna: għajr ir-rivisti dwar il-futbol Ingliż, matul l-ewwel snin tal-Primarja ma niakarni naqra xejn għajr il-kotba ta' Trevor Zahra u l-Bibbja – l-ewwel it-traduzzjoni ta' Dun Karm Sant u mbagħad b'mod partikulari dik tal-Professur Pietru Pawl Saydon. Din tal-aħħar baqgħet miegħi sal-lum u impossibbli nimmaġina li għad qatt nitlaqha. Bħall-istudenti kollha tal-Liċej tal-Istat – tajjeb jew ħażin – fis- Sekondarja fil-biċċa l-kbira l-letteratura Maltija waslet għandi permezz tal-antoloġija Qawsalla. Kien b'riħet dan li skoprejt bosta kittieba Malti li wħud minnhom għadni ngħożżhom sal-lum, fosthom Rużar Briffa, Dun Karm Psaila, Karmenu Vassallo, Lino Spiteri, Mario Azzopardi u Achille Mizzi. Dal-aħħar intbaħt li għadu sal-lum jogħġobni ħafna r-rumanz L-Isqaq ta' Ġużè Chetcuti. Is- sentejn tal-kulleġġ qabelxejn sikwit ifakkruni ħafna fi tliet awturi: Achille Mizzi, Immanuel Mifsud u Doreen Micallef. Bil-ġabra Poeżiji Mizzi saħħarni wara l-poeżija moderna Maltija, Mifsud introduċieni għal stili ta' proża innovattivi li qatt ma kont qrajt qabel, b'mod speċjali bil-ġabra Il-Ktieb tas-Sibt Filgħaxija, Micallef isseduċietni warajha kollha kemm hi b'bosta poeżiji, l-iżjed b'Eleanor Rigby, forsi wkoll għax dik il-ħabta kont skoprejt ukoll il-Beatles. Ħalla impatt fuqi wkoll it- teatru ta' Francis Ebejer, b'mod partikulari L-Imnarja Żmien il-Qtil. L-interess fit-teatru kompla kiber permezz tax-xogħlijiet t'Alfred Sant, l-iżjed b'riħet id-dramm Pirandelljan Min hu Evelyn Costa? Iss'issa qed niakar li din in-namra kienet bdiet permezz tal-ġabra 4 Drammi t'Oreste Calleja. Qed niakar ukoll li fi żmien il-kulleġġ – forsi sforz l-interess tiegħi f 'Mizzi – kont bdejt inħarbex l-ewwel versi flimkien mal-poeta Norbert Bugeja. Matul is-snin tal-Università u anke fl-ewwel snin fid-dinja tax-xogħol kien iżjed moħħni f 'Karl Marx u fil-politika partiġġjana milli fil-letteratura Maltija – it li xejn qrajt bil- Malti għajr ir-rumanzi ta' Juan Mamo, Ġużè Orlando u Ġużè Ellul Mercer. Intant qrajt ukoll kull ktieb li stajt insib t'Alfred Sant. Minkejja ċ-ċokon ipeċpċek tat-tipa, kien laqatni bil-kbir ir-rumanz tiegħu Silġ fuq Kemmuna... aktarx għadu r-rumanz favorit tiegħi bil-Malti... Bilħaqq, kont qrajt ukoll ħafna xogħol t'Oliver Friggieri... Muniti sbieħ, muniti foloz... Daqshekk għal-lum. Kos, qiegħed nintebaħ proprju llum li donnu l-iktar kotba li għadni niakar, għajr xi tnejn jew tlieta, huma dawk li studjajt fuq il-bankijiet tal-iskola. Qrajt ħafna oħrajn wara – uħud minnhom b'valur letterarju għola minn ċerti kotba li għadni kif semmejt. Saħansitra ħdimt fuq xi tnejn minnhom bħala reviżur. Biex imbagħad... Roquentin f 'La Nausée jilmenta li tiirietu qishom "muniti tad-deheb antiki fil-kartiera tax-xitan: meta tiaħha ma ssib xejn għajr weraq mejta". Immela għandu mnejn sewwa jgħidilna Oliver Friggieri fil-poeżija Skantati Ngħoddu l-Ħin: "Is-snin muniti sbieħ, muniti foloz". Jean-Paul Sartre

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 June 2020