Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1264346
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2020 F'DAWN IL-JIEM QEGĦDIN NUŻAW AKTAR ILMA DAWN HUMA FTIT PARIRI DWAR KIF XORTA TISTA' TIBŻA' GĦALIH: AĦSEL IL-PETS TIEGĦEK F'BANJU KBIR. L-ILMA TAL-AĦĦAR TLAĦLIĦA UŻAH BIEX ISSAQQI L-PJANTI TIEGĦEK! Żur www.ilma.org.mt għal aktar pariri dwar kif tiffranka l-ilma Programm Opera v I - Fondi Stru urali u ta' Inves ment Ewropej 2014-2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompe va u sostenibbli li lqa' l-isfidi tagħna" Proġe parzjalment iffinanzjat mill-Fond ta' Koeżjoni Rata ta' ko-finanzjament: 85% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 15% Fondi Nazzjonali Għaddej ġmielu l-proġett tal-Padiljun tal- Basketball b'investiment ta' €1 miljun Is-Segretarju Parlamentari għaż- Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clion Grima wera sodisfazzjon għall-ħidma li qed issir fuq it-tieni fażi tal-Padiljun tal-Basketball f 'Ta' Qali b'investiment ta' madwar €1 miljun li huwa ffinanzjat permezz tal-iskema ta' finanzjament għall- għaqdiet sportivi amministrata minn SportMalta. Grima saħaq li wara t-tlestija b'suċċess tal-ewwel fażi ta' dan il-proġett, li bażikament kienet tikkonsisti fl-irranġar tal-istruttura oriġinali tal-azzar tal-padiljun kif ukoll fit-tiġdid tal-binja minn barra, issa bdew it-tieni fażi tal-proġett f 'Ta' Qali. Huwa spjega kif it-tieni fażi se tikkonsisti fit-twaqqigħ komplet tal- istrutturi interni kollha madwar il- court fil-padiljun u se jinbnew erba' stands ġodda għall-ispettaturi billi se jinbidlu ż-żewġ stands oriġinali fil- ġnub tal-court u se jiżdiedu 2 stands oħra wara l-baskets. Minbarra l-istand għall-VIPs, l-istands il-ġodda se jiżguraw li l-faċilità tikseb żieda konsiderevoli fil-kapaċità tal-ispettaturi kif ukoll standards aħjar dwar l-aċċessibbiltà għal persuni bi bżonnijiet speċjali, f 'konformità mal- istandards mistennija llum. Railings ġodda se jiġu installati u l-court se jkun imdawwar b'tampered glass li se jttejjeb l-esperjenza tal- logħob. Il-proġett se jinkorpora wkoll il-kostruzzjoni ta' changing rooms, toilets ġodda u spazju ddedikat għall-uffiċini għall-Assoċjazzjoni tal- Basketball Maltija. Huwa qal li din il-faċilità se tkun ukoll parti mill-Infrastruttura Nazzjonali disponibbli għall-Logħob tal-Pajjiż ż-Żgħar tal-Ewropa (GSSE) li se jsiru f 'Malta fl-2023. Il-Kap Eżekuttiv ta' SportMalta Mark Cutajar saħaq li dan huwa wieħed minn serje ta' proġetti li se jinfetħu sal-2023, is-sena tal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar. Huwa qal li SportMalta taħdem id f 'id mal-għaqdiet sportivi sabiex ikollna faċilitajiet fost l-aqwa fl-Ewropa. Il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Basketball Paul Sultana qal li l-padiljun il-ġdid sar bl-għajnuna tal-gvern u allura bix-xieraq li l-MBA tagħti xi ħaġa lura lill-komunità filwaqt li tiżgura li l-faċilitajiet ikunu utilizzati mill-aħjar mod possibbli. Huwa qal li l-Assoċjazzjoni hija kommessa li tkompli taħdem id f 'id ma' SportMalta sabiex jitkabbar aktar l-isport b'mod partikolari il-basketball f 'pajjiżna.