Illum previous editions

ILLUM 12 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1268414

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2020 L-ILLUM tiżvela diversi proġetti għall-Kapitali il-blu biex hekk jiżdied il- parkeġġ aħdar, jiġifieri dak riservat għar-residenti matul il- ġurnata kollha u anke dak abjad li fuqu jista' jipparkja kulħadd. Wardens speċifiċi għall-Belt Valletta Proġett ieħor li qed ikun imbuttat 'il quddiem huwa dak li jkun hemm wardens li jkunu speċifiċi għall-Belt Valletta. "Dawn ikunu assenjati mill- Gvern mal-Kunsill Lokali tal- Belt," saħaq Zammit. Fi kliemu, permezz ta' din il-proposta, ikun jista' jiżdied l-infurzar, partikolarment kontra min jabbuża mill- parkeġġ għar-residenti. Proġetti biex jinbidel id-dawl kollu fil-Belt Valletta Alfred Zammit spjega kif qed jissuġġerixxi wkoll li jinbidel id- dawl fi Triq ir-Repubblika u li dan isir b'sistema ta' 'intelligent lightning,' fejn fost oħrajn, id- dawl ikun jista' jinbidel skont l-okkażjoni. Qed jissuġġerrixxi wkoll biex malajr kemm jista' jkun jinbidel id-dawl fi Triq Marsamxett u ftit ftit anke d-dawl kollu fiċ-ċentru. Diskussjoni biex is-sotterani tal- Belt jinfetħu għall-pubbliku Skont is-Sindku Belti jinsabu wkoll fi stadju avvanzat id- diskussjonijiet biex it-teżor li jeżisti taħt il-Belt Valletta jinfetaħ għall-pubbliku. "Taħt il-Belt hemm Belt oħra," saħaq Zammit. "Ħasra li s-sotterani jibqgħu mistura." Studju dwar il-kwalità tal-arja fil-Kapitali Fil-Kunsill Lokali hemm ukoll qbil li jsir studju dwar il-kwalità tal-arja fil-Belt Valletta. Anke jekk isir ħafna diskors fuq it- tniġġis mill-cruiseliners fil-Port il-Kbir, fi kliem Zammit, ftit hemm kuxjenza dwar it-tniġġis tal-arja fit-toroq tal-Kapitali. "It-toroq tal-Belt ma ġewx mibnija għall-karozzi," saħaq Zammit waqt li spjega kif in- nuqqas ta' parkeġġ u vetturi jduru fl-istess toroq kollha qed jaffettwaw it-tniġġis tal-arja. "Nitkellmu ħafna fuq nuqqas ta' parkeġġ imma mhux fuq kemm qed nibilgħu dħaħen." Fi kliemu, dan l-istudju, lanqas fuq bażi nazzjonali ma sar. Letrina ddedikata biss għat-tfal u l-ġenituri Anke jekk għad ma hemmx post indikat fejn jista' jsir, Zammit qed jipproponi wkoll li ssir letrina (kif wieħed isib fi bliet oħra Ewropej) u li tkun kollha kemm hi għat-tfal u l-ġenituri tagħhom. L-istess letrina, saħaq Zammit tkun tinkludi kamra għall- breast-feeding u anke nappy- changer. Fond biex in-negozji Beltin jagħtu xi ħaġa lura lill-Beltin Il-Kunsill Lokali Belti qed jaħdem ukoll flimkien mal- boutique hotels, il-lukandi, ir- ristoranti u n-negozji Beltin biex jitwaqqaf fond biex minn dak li huma jaqilgħu jagħtu xi ħaġa lura lill-komunità Beltija. "Permezz ta' din l-inizjattiva, min irid, skont il-kobor tiegħu, jintrabat li jagħti donazzjoni lill-Kunsill Lokali. It-tir huwa li niġbru €200,000 f 'dan il-fond. Dan ikun amministrat mill- Kunsill Lokali u minnhom isiru proġetti fil-komunità," saħaq is-Sindku. "Xi ftit jew wisq qed joħolqu inkonvenjent. Permezz ta' dan il-fond qed jagħtu xi ħaġa lura." Id-disinn ta' kif se jiġu jidhru l-bankini kollha fil-Belt Valletta Il-bandli l-ġdid li se jkun qiegħed isir fl-inħawdi tad-Diju Balli biswit il-Mużew tal-Gwerra • Belvedere fl-inħawi tal-Qanpiena tal-Assedju • Bdil tal-bankini kollha tal-Belt Valletta • Tisbiħ tal-ġnien Hastings • Spazji miuħa għat-tfal Beltin • Aktar żoni pedonali fil-Belt Valletta • Aktar parkeġġi mad-dawra tal-Belt u għar-residenti • Wardens speċifiċi għall-Belt Valletta • Bdiel tad-dawl fil-Belt Valletta • Diskussjoni biex is-sotterani tal-Belt jinfetħu għall-pubbliku • Studju dwar il-kwalità tal-arja • Letrina ddedikata biss għat-tfal u l-ġenituri • Fond biex in-negozji Beltin jagħtu xi ħaġa lura lill-Beltin Il-proġetti f'punti...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 July 2020