Illum previous editions

ILLUM 12 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1268414

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 analiżi IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2020 • illum DELIA KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA: SNIN TA' TURBOLENZI YENDRICK CIOFFI Adrian Delia sar Kap tal-Partit Nazzjonalista bejn wieħed u ieħor tliet snin ilu, tliet snin li fihom it li xejn kellu ħajja faċli. Kull meta Delia kien se jibda jieħu xi it jew wisq ir-ruħ, anke bis-saħħa ta' kisbiet jew inkella azzjonijiet li ħa, dejjem sab immedjatament ma' wiċċu ostakli u anke grupp parlamentari li qatt ma ngħaqad warajh u spiċċa biex sfiduċjah. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn dawk li qed issejħilhom it-turbolenzi ta' Delia. Daphne Caruana Galizia, Delia, Soho u n-nies ta' madwaru L-ewwel turbolenza għal Delia ġiet fuqu meta kien għadu kandidat fl-elezzjoni biex jintagħżel bħala Kap tal-Partit. Kien fl-eqqel tal-kampanja meta Daphne Caruana Galizia ppubblikat storja u fiha spjegat kif madwar £1 miljun fi flus mill-prostituzzjoni f 'Soho, Londra, kienu għaddew mill-kont ta' Adrian Delia f 'kont tal-Bank f 'Barclays f 'Jersey. Delia dejjem ċaħad li kien involut f 'xi attività kriminali u insista li hu kien biss l-avukat tal-klijenti inkwistjoni, jiġifieri l-aħwa Bajada, fosthom Eucharist Bajada li ibnu kien miżżewweġ ma' oħt Simon Busuttil. Skont Daphne, Delia għandu jew kellu sehem f 'kumpanija li s-sid tagħha huwa l-istess Bajada u li dan kellu/għandu appartament li allegatament jintuża għall-prostituzzjoni. Il-flus li kienu jinġabru kienu jgħaddu fil-kont f 'Jersey u minn hemm għal kontijiet oħra. Hawn ta' min wieħed isemmi d-diskors isteriku ta' Delia, fejn kien iddeskriva lil Daphne bħala "biċċa blogger," frażi li nstabtet ma' wiċċu mill-ġdid meta Caruana Galizia nqatlet. Dawn l-allegazzjonijiet tista' tgħid li bdew it-triq imħarbta ta' Delia. Fl-eqqel tal-kampanja tlaqqa' l-Kumitat tal-Etika u wara laqgħa tal-Kunsill Amministrativ tal-PN, il-Kap uxxenti Simon Busuttil, appella lil Adrian Delia biex jirrikonsidra mill-ġdid il-kandidatura tiegħu. Caruana Galizia kienet ukoll kitbet diversi artikli dwar persuni li ta' sikwit kienu jkunu ma' Delia, bil-ġurnalista tiddeskrivi wħud minnhom bħala "kriminali." Adrian Delia jsir Kap tal-Partit ... imma d-distakk ikun żgħir wisq Delia rnexxielu jegħleb l-ostakli kbar li sab ma' wiċċu fl- eqqel tal-kampanja u sar Kap tal-Partit Nazzjonalista. Minkejja dan, id-distakk bejn Adrian Delia u Chris Said ma kienx wieħed kbir u dan wera biċ-ċar kemm il-PN kien maqsum dwar il-Kap il-ġdid tiegħu, qasma li baqgħet tinħass sal-ġurnata tal-lum. Delia it li xejn irnexxielu jikkonvinċi lil min ma ridux biex jingħaqad warajh u l-emoraġija minn din il-ferita li ġabet magħha l-ewwel elezzjoni fost it-tesserati, baqgħet ma fiqitx sal-lum. Delia kien kiseb 7,734 vot, filwaqt li Said 6,932 vot, jiġifieri differenza ta' 802 voti. Din il-qasma dehret ċara fl-ewwel Mass Meeting tal-Indipendenza, jiem biss wara l-elezzjoni tal- Kap. Delia ma rnexxilux jimla kwart tal-Fosos tal-Furjana u diversi Deputati ma marrux. Adrian Delia u l-ħlas tat-taxxa Malli sar Kap, fost l-ewwel turbolenzi li sab ma' wiċċu, kien hemm dik dwar it-taxxi mhux imħallsa. Meta kien għadu kandidat, Delia kien ippubblika r-rapport awditjat dwar il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu, liema rapport kien jispjega kif kellu jħallas b'lura €51,924 f 'taxxi u €34,859 f 'interessi. Kien f 'Mejju tal-2018 meta l-Kap Nazzjonalista kien għalaq din il-kwistjoni. Delia kien spjega kif ħallas kollox billi biegħ l-ishma li kellu f 'diversi kumpaniji legali u anke proprjetà fis-Siġġiewi. Sa dakinhar, il-Partit Laburista kien qed jinsinwa li Delia kien qed juża flus li jkunu nġabru waqt maratoni biex iħallas it-taxxi li kellu jagħti u dan fi żmien meta kulħadd jaf li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-PN ma hi xejn feliċi. Tinqatel Daphne ... dik li Delia sejħilha 'biċċa blogger' 16 ta' Ottubru 2017. Tinqatel Daphne Caruana Galizia. Immedjatament il-PN isejjaħ konferenza tal-aħbarijiet, b'Adrian Delia minnufih jiddikjara dan l-assassinju bħala "qtil politiku." Delia kkritika lill-Gvern li b'għemilu u bl-attakki tiegħu fil-konfront ta' Caruana Galizia ħoloq klima ta' ostilità kontra l-ġurnalista. Iżda Delia kemm seta' jkun kredibbli meta jitkellem hekk? Ma' wiċċu, Adrian Delia reġa' sab il-famuża frażi "biċċa blogger." Waqqa' l-libelli li kien fetaħ kontriha, b'rispett lejn il-vittma u l-familja tagħha iżda kien hemm min saħaq li Delia sab ix-xoqqa f 'moxtha għax kien jaf li se jitliom. Soho mill-ġdid għal wiċċ Delia ... rapport tal-FIAU jgħaddu għand il-Pulizija F'Diċembru tal-2018, l-allegazzjonijiet li Caruana Galizia kienet għamlet kontra Delia reġgħu telgħu fil-wiċċ bħal donnhom biex ifakkru lil Delia li ma jistax joqgħod kwiet. Kienet e Sunday Times of Malta li żvelat kif Delia jinsab taħt skrutinju hekk kif l-allegati rabtiet ma' ċirku ta' prostituzzjoni f 'Soho qed ikunu investigati bħala parti minn investigazzjoni fuq ħasil ta' flus. Fil-fatt, rapport tal-FIAU kien għadda għand il-Pulizija f 'Marzu tal-2018. Dak iż-żmien, Delia kien saħaq li ma kellux idea dwar dan għax qatt ma ntalab imur id-Depot biex ikun mistoqsi. Sa it tal-jiem ilu, Adrian Delia tenna li sa issa qatt ma ġie interrogat dwar dan. Delia jitlef ukoll il-martu ... aktar problemi finanzjarji? Anke jekk ma għandhiex x'taqsam mal-politika, is- separazzjoni ta' Delia minn mal-eks mara tiegħu Nickie Vella de Fremeaux tatu daqqa oħra aktar u aktar għax fil- proċess, fuq il-midja soċjali, bdew iduru filmati, meħuda fid-dar tal-familja u li fihom jidher jirrabja ma' waħda mit- tfal tiegħu. Vella de Fremeaux kienet għamlet protest ġudizzjarju kontra Delia fejn akkużatu li falla milli jħallas żewġ pagamenti tal-loan fuq id-dar tagħhom, akkużi li reġgħu tefgħu l-attenzjoni fuq il-qagħda finanzjarja tal-Kap Nazzjonalista. Skont il-protest, Delia kien għadu ma ħallasx €7,500. Apparti dawn, skont rapporti, Delia kien qabeż żewġ pagamenti f 'żewġ karti ta' kreditu u li kienu jinsabu €25,000 minn taħt. Kellu wkoll iħallas b'lura €19,000 f 'kontijiet tad-dawl u l-ilma. F'kummenti mal-illum.com. mt Delia kien iddeskriva dawn l-allegazzjonijiet, ippubblikati fuq il- blogg ta' Manuel Delia, bħala gidba.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 July 2020