Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1268414
09 illum • IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2020 analiżi Ħasla tajba mingħand oħt Daphne Ħafna jiakru wkoll il-ħasla li Delia qala' mingħand oħt Daphne Caruana Galizia meta dan mar il-Belt, quddiem il-monument tal-Assedju biex ipoġġi bukkett uri fit- tieni anniversarju mill-assassinju tal-ġurnalista. Delia kien akkumpanjat minn diversi esponenti tal-PN, meta oħt Daphne, li inzertat kienet qed tirranġa l-maar, waqfitu waqt li għajret lilu u lil dawk li kienu miegħu bħala "qabda ħallelin." Din ħarġet fil-beraħ kemm dawk li ma għandhomx fiduċja fil-Partit Laburista, anke wara każi ta' korruzzjoni li ħarġu fil-beraħ, mhux neċessarjament jaraw alternattiva fil-Partit Nazzjonalista u fil-Kap tiegħu. Mhux l-ewwel darba li waqt il-manifestazzjonijiet organizzati minn Repubblika u Occupy Justice, Delia kien ikkritikat fil-miuħ u dan meta f 'nofshom ikun hemm iċapċpu Deputati Nazzjonalisti. Inkjesta Egrant u Simon Busuttil Waħda mill-akbar turbolenzi li heżżu lil Adrian Delia, kien ir-rapport tal-inkjesta Egrant li ma kien sab l-ebda prova li din il-kumpanija misterjuża kienet b'xi mod marbuta ma' Joseph Muscat, martu jew familtu. Fit-22 ta' Lulju, dakinhar li ġew ippubblikati l-konklużjonijiet tar-rapport, Adrian Delia kien talab lill-preduċessur tiegħu, Simon Busuttil, biex jirriżenja mill-Grupp Parlamentari Laburista u dan għax fil- kampanja elettorali tal-2017, Busuttil kien għamel tiegħu dawn l-allegazzjonijiet. Delia kien neħħa lil Busuttil mis-shadow cabinet. Busuttil kien irrifjuta li jirriżenja u warajh kien hemm għadd ta' Deputati Nazzjonalisti li ntefgħu fuq Facebook jiktbu: #notinmyname. Delia kien għamel U-Turn kbira. Mhux talli ma baqax isejjaħ għar-riżenja ta' Busuttil talli f 'salt beda l-ġlieda kontra l-Avukat Ġenerali biex ikun ippubblikat ir- rapport sħiħ tal-inkjesta, ġlieda li rebaħ. Minkejja dan, anke jekk uħud mid-Deputati kienu warajh f 'din il-kawża u f 'kawżi oħra li Delia ħa quddiem il-Qorti bħal dik tal-VGH, ma kull opportunità li sabu dawn dahru kontra l-Kap tagħhom stess. Telfa elettorali kbira fl-elezzjonijiet tal-MEPs Daqqa kbira oħra għal Delia kienet it-telfa li l-PN ġarrab fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2019. Il-PN tilef l-elezzjoni b'distakk ta' 42,656 vot. Mhux hekk biss. Ħadd mill-kandidati favoriti u li dejjem appoġġjaw lil Adrian Delia ma ġew eletti. Iż- żewġ siġġijiet li tella' l-Partit Nazzjonalista mtlew minn Roberta Metsola u David Casa. Dan biex ma nsemmux il-kunsilli lokali li tilef. Għal darb'oħra, Delia beda jiffaċja tabiet biex jirriżenja jew inkella jitlob vot ta' fiduċja, iżda hu rrifjuta u saħaq li t-tesserati għażlu lilu sal-elezzjoni ġenerali. Minkejja li t-tmexxija ma riditx terfa' r-responsabbilità għal din it-telfa, kien irriżenja Mark Anthony Sammut minn President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN. Jinġabru l-firem ... Delia sfurzat imur għal vot ta' fiduċja Wara li Delia rriuta li jsejjaħ vot ta' fiduċja fih innifsu, wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, grupp ta' membri tal-PN, immexxija minn Ivan Bartolo u Mark Anthony Sammut (fost oħrajn) ġabru l-firem biex jitlaqqa' l-Kunsill Ġenerali u jittieħed vot dwar Delia. 920 kunsillier kienu vvotaw favur li Delia jibqa' Kap Nazzjonalista sal-elezzjoni ġenerali li jmiss. 438 vvotaw kontra. Dan ifisser li Delia kiseb l-appoġġ ta' 67% tal- kunsilliera. Minkejja din ir-rebħa għal Delia, dan kompla joħroġ fil-beraħ il-qasma fil-PN, bil-vot ma jsolvi xejn. Sondaġġ wara l-ieħor jaqtgħu nifs Delia Is-sondaġġi qatt ma kienu ħbieb ta' Adrian Delia. Sondaġġ wara l-ieħor taw daqqa lill-Kap Nazzjonalista u mhux biss urew li l-Partit Nazzjonalista ma għamel l-ebda avvanzi anke fi żmien kriżi politika fil- pajjiż, iżda saħanistra urew kemm l-elettorat Malti ma jafdax lil Delia nnifsu, kważi kważi ma jridx jaf bih. L-aħħar sondaġġ, fil-fatt wera li Bernard Grech huwa l-favorit biex jieħu post Adrian Delia. B'14% Grech qiegħed fuq quddiem u warajh, bi 11% hemm Joe Giglio. Skont l-istess sondaġġ, 9% jemmnu li Roberta Metsola tista' tkun l-aqwa Kap tal-PN. 7% biss iridu li jibqa' Delia. Mhux l-ewwel darba li wara xi sondaġġ tlaqqa' l-Grupp Parlamentari biex jiddiskuti t-triq 'il quddiem għat-tmexxija ta' Delia. L-aktar waħda fil-beraħ kienet dik ta' Frar li għadda, bid-Deputat Jason Azzopardi jakkuża pubblikament lil Delia li ttradixxa lill-Grupp Parlamentari meta wara l-laqgħa ddikkjara mal-midja li se jieħu l-partit sal-elezzjoni ġenerali. Total ta' 17-il Deputat, imlaqqma '17 Blue Heroes' kienu talbu lil Delia jirriżenja. Aktar riżenji fil-Partit Nazzjonalista Anke jekk Delia, minkejja s-sondaġġi żamm iċ-ċwievet tal- uffiċċju tal-Kap, Clyde Puli kien irriżenja minn Segretarju Ġenerali u Robert Arrigo minn Viċi Kap (anke jekk wara biddel fehmtu). Iż-żewġ persuni, meqjusa sostenituri ta' Delia, kienu kkritikaw pubblikament lil dawk fil-Partit li qatt ma aċċettaw lil Delia. It-tnejn li huma kienu faħħru l-ħidma ta' Delia iżda fl-istess ħin, bir-riżenja tagħhom, kienu żiedu l-pressjoni fuq il-Kap stess li baqa' ma rriżenjax. 17 Black u Yorgen Fenech... daqqa kbira għal Adrian Delia L-akbar daqqa għal Adrian Delia bla dubju ta' xejn hija marbuta mal-allegat mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech li huwa wkoll is-sid tal-kumpanija 17 Black. L-ewwel gambetta għal Delia seħħet meta ġie żvelat li Kristy Debono u Hermann Schiavone, żewġ Deputati li dejjem ħadmu favur Delia, kellhom laqgħa ma' Fenech u dan meta kien magħruf li huwa s-sid tal-kumpanija 17 Black. Il-laqgħa kienet dwar "sponsorship" għal konferenza li kellu jorganizza l-PN. It-tieni daqqa ħarġet mix-xhieda ta' Melvin euma u aktar tard ta' Keith Schembri meta fil-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech kien allegat li Adrian Delia ġieli mar jiekol għand Fenech u kien talbu €50,000 biex jintużaw kontra l-elezzjoni ta' David Casa. Delia ċaħad dan b'affidavit iżda dwar din l-allegazzjoni għaddejja inkjesta maġisterjali. L-aħħar turbolenza għal Delia feġġet meta bħal-lum ġimgħa ġew żvelati chats bejn Yorgen Fenech u Delia, fejn fost oħrajn, b'ċertu kunfidenza, Yorgen Fenech jistieden lil Delia biex "isajru" xi ħaġa. Delia jwieġbu li se jgħid lil Pierre (Portelli) biex jorganizza laqgħa. Iċ-chat iġġib id-data 19 ta' Marzu 2019, meta kien magħruf li Fenech huwa s-sid ta' 17 Black. Delia ċaħad li b'xi mod waqa' għall-pressjoni ta' Fenech u anke jekk b'mod indirett issuġġerixxa li dawn kienu ffabrikati. Ma rnexxilux jikkonvinċi lid-Deputati. Sfiduċjawh u llum ma għadux Kap tal-Oppożizzjoni.