Illum previous editions

ILLUM 12 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1268414

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2020 • illum Renee Laiviera Imnedija l-istrateġija tal-KE għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2020-2025 Renee Laiviera hija l-Kummissarju għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza L -ugwaljanza bejn is-sessi hija prinċipju ewlieni tal-Unjoni Ewropea, iżda għadha mhix realtà. Fin-negozju, fil-politika u fis-soċjetà ġenerali, nistgħu nilħqu l-potenzjal sħiħ tagħna jekk nużaw it-talent u d-diver- sità tagħna lkoll. Jekk nużaw biss nofs il-popolazzjoni, nofs l-ideat jew nofs l-enerġija, mhux biżżejjed. Il-President tal-Kum- missjoni Ewropea Ursula von der Leyen saħqet dan fit-tnedija tal-istrateġija tal-Kummissjoni Ewropea għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Minkejja li l-UE għamlet xi progress fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, diskrepanzi fl-impjiegi, fil-pagi, fir-responsabilitajiet familjari, fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fil-pensjonijiet għadhom preżenti u għaldaqstant jeħtieġ jiġu indirizzati. Għaldaqstant, il-Kummissjoni Ewropea nediet strateġija għall- ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel biex tistabbilixxi viżjoni, objettivi ta' politika u azzjonijiet biex isir progress konkret dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fl- Ewropa. L-istrateġija tinkludi kemm miżuri speċifiċi biex tissaħħaħ l-ugwaljanza, kif ukoll it-tisħiħ tal-integrazzjoni tal-perspettiva ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-oqsma kollha tal-politika tal-Unjoni Ewropea (UE). Din l-istrateġija tiddeskrivi sett ta' miżuri bil-għan li: nikkumbattu l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u l-isterjotipar abbażi tas-sess, insaħħu l-parteċipazzjoni u l-opportunitajiet indaqs fis-suq tax- xogħol, kif ukoll l-opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel fil- politika u f 'pożizzjonijiet ta' teħid tad-deċiżjonijiet. Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) tagħraf il-ħtieġa ta' din l-istrateġija biex jiġu indirizzati oqsma fejn għad m'hemmx ugwaljanza sħiħa. Miżuri ċari b'finanzjament iddedikat għal futur ugwali għaż- żewġ sessi huma kruċjali biex jiġu indirizzati l-isfidi u l-ħtiġijiet ta' gruppi differenti ta' nisa u rġiel. Filfatt, madwar 33% tan-nisa fl-UE esperjenzaw vjolenza fiżika/ sesswali filwaqt li 55% sfaw vittmi ta' fastidju sesswali. L-istrateġija qiegħda tappella lill-istati membri tal-UE sabiex jirratifikaw u jimplimentaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul u l-Konvenzjoni tal-ILO li tiġġieled il-vjolenza u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol. Il-Kummissjoni Ewropea hi wkoll kommessa biex tindirizza forom oħra ta' vjolenza kontra n-nisa, bħall-vjolenza online. Minbarra dan, sabiex tiġi indirizzata l-inugwaljanza fil-pagi, il-Kummissjoni Ewropea se tniedi konsultazzjoni pubblika dwar it- trasparenza fil-pagi u se tippreżenta miżuri dwar dan sa tmiem din is-sena. Dan għaliex in-nisa fl-UE jaqilgħu medja ta' 16% inqas mill- irġiel u għadhom jesperjenzaw ostakli biex jidħlu fid-dinja tax- xogħol. Il-Kummissjoni Ewopea se tassigura wkoll li jiġu infurzati r-regoli tal-UE dwar il-bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol biex kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel jiżviluppaw bl-istess mod personalment u professjonalment. Is-segregazzjoni tan-nisa u l-irġiel fl-edukazzjoni u s-suq tax- xogħol ukoll ixxekkel l-ugwaljanza. Madwar 17% biss tan-nisa fl-UE jistudjaw u jaħdmu f 'setturi teknoloġiċi filwaqt li 22% tal- professjonisti li jaħdmu fl- intelliġenza artifiċjali huma nisa1. Fid-dawl ta' dinja diġitali fejn id-dipendenza fuq it-teknoloġija kulma jmur dejjem qiegħda tiżdied aktar nisa għandhom jiġu impjegati fis-settur tat- teknoloġija u tal-intelliġenza artifiċjali għal ekonomija Ewropea iktar innovattiva, kompetittiva u b'saħħitha. In-nisa baqgħu wkoll sotto- rappreżentati f 'pożizzjonijiet ta' tmexxija, inkluż fl-akbar kumpaniji tal-UE fejn inqas minn 8% tas- CEOs huma nisa1. Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea se tkompli taħdem fuq il-proposta tal-2012 għal direttiva li ttejjeb ir-rappreżentanza tan-nisa fuq bordijiet. Din id-direttiva tistabbilixxi li tikseb mira ta' 40% tas-sess l-anqas irrappreżentat f 'pożizzjonijiet ta' diretturi mhux eżekuttivi fil- kumpaniji. Il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika, inkluż fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2024 ser ukoll ikunu promossi. Biex tmexxi bl-eżempju, il- Kummissjoni Ewropea se tagħmel ħilitha biex tilħaq bilanċ bejn is-sessi ta' 50% fil-livelli kollha tal-maniġment tagħha sa tmiem l-2024. L-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fit-tfassil tal-politika u l-inizjattivi partikulari jibqgħu ewlenin fix-xogħol tal-Kummissjoni Ewropea. L-isfidi prinċipali li qegħdin jaffettwaw l-UE illum bħal pereżempju; it-tibdil fil-klima u t-trasformazzjonijiet diġitali jolqtu kemm lin-nisa kif ukoll l-irġiel b'modi differenti. Għaldaqstant, l-integrazzjoini tal-perspettiva tal-ġeneru hi kruċjali biex ħadd ma jibqa' lura. Biex dan kollu jiġi atwat, fondi se jkunu qed jgħinu l-implimentazzjoni ta' miżuri li jippromwovu l-bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol; jappoġġjaw l-intraprenditorija tan-nisa; jippromovu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; jikkumbattu s-segregazzjoni tal- ġeneri fl-edukazzjoni u jindirizzaw l-iżbilanċ bejn il-bniet u s-subien f 'setturi edukattivi u ta' taħriġ. Għaldaqstant bl- implimentazzjoni ta' din l-istrateġija kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel ikunu jistgħu iktar jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. Il-Kummissjoni Ewropea tħeġġeġ ukoll biex iktar entitajiet u partijiet jaħdmu flimikien għat-tisħiħ tal- ugwaljanza. Dan bil-għan li jkollna soċjetà iktar ġusta u ugwali, li hi ħielsa mill-isterjotipi, id-diskriminazzjoni u l-vjolenza. Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni Nazzjonali għal Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) hi kommessa biex tkompli taħdem biex tħares l-ugwaljanza, tqajjem iktar kuxjenza, u tinvestiga każijiet ta' diskriminazzjoni skont kif tippermetti l-liġi. Għal aktar informazzjoni tista' tagħmel kuntatt mal-NCPE fuq 22957850 jew billi tidħol fuq il- websajt www.ncpe.gov.mt Madwar 33% tan-nisa fl-UE esperjenzaw vjolenza fiżika/sesswali filwaqt li 55% sfaw vittmi ta' fastidju sesswali

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 July 2020