Illum previous editions

ILLUM 12 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1268414

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 opinjoni illum • IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2020 Josianne Cutajar Kuntrast politiku li jgħammex Josianne Cutajar hija Ewroparlamentari tal-Partit Laburista M inn dejjem emmint li l-Partit Laburista huwa Partit li ma jibżax ikun inno- vattiv u li hu d-dar naturali għall-ideat ġodda u ż-żgħażagħ. Bla dubju dan tikkonfermah l-Amministrazzjoni l-ġdida li mistenni jkollu l-Partit Laburista fil-jiem li ġejjin. Mhux sigriet li Daniel Micallef mistenni jinħatar Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal- Partit – żvilupp pożittiv u li se jibqa' jgħin lil dan il-moviment ikompli jikseb is-suċċessi. Mhux biss għax Daniel kiber fil-Partit Laburista, tela' tarġa tarġa, u fittex l-interess tal-Partit anke f 'mumenti iebsin, imma anke għax il-bidla fl-istatut se tfisser tisħiħ tal-istrutturi tal-Partit, biex anke waqt li jinsab iffukat fuq it-tmexxija tal-pajjiż, jibqa' frisk, attiv u viċin ħafna tal- poplu. Il-Partit Laburista dejjem imbotta u ħadem sabiex fil- politika Maltija u f 'kull settur tas-soċjeta' jikber il-kontribut tal- mara mhux f 'sens nominali imma għax nemmnu li s-soċjetà teħtieġ dan il-bilanċ. L-Amministrazzjoni l-ġdida mistennija tkun konferma oħra ta' dan b'nisa ta' stoffa, din id- darba anke fil-kariga ta' President, li jġibu l-għarfien u l-esperjenza tagħhom fil-ħidma tal-Partit. Konvinta li flimkien mal-bqija tal-Amministrazzjoni mimlija esperjenza, it-triq imwittija biex ikompli s-suċċess li qabad il-Partit Laburista fis-snin li għaddew. Iżda dawn l-elementi pożittivi li jħaddan il-Partit Laburista, jikkuntrastaw bil-kbir ma' dawk tal-Partit Nazzjonalista. L-aħħar żviluppi li seħħew komplew jikkonfermaw il- ġlied, firda u mibegħda li jħaddan dan il-Partit mifni f 'fazzjonijiet. Illum il-ġurnata għandna Kap tal-Oppożizzjoni li huwa sfiduċjat minn sħabu f 'dik li hi sitwazzjoni straordinarja b'implikazzjonijiet kostituzzjonali. Il-mistoqsija tiegħi tibqa': Li kieku l-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern f 'dan iż-żmien, Malta u Għawdex fejn kienu jispiċċaw? B'xorti tajba l-poplu Malti u Għawdxi għamel l-għażla t-tajba u eleġġa lill-Partit maqgħud u b'viżjoni ċara fil-Gvern. Iż-żewġ fazzjonijiet Nazzjonalisti mhux biss waslu għal firda bejn il-Membri Parlamentari, iżda wasslu wkoll għal ġlied u tgħajjir bejn it- tesserati, kunsilliera u attivisti. Kulħadd ra x-xeni quddiem id- Dar Ċentrali. Mhux xeni denji ta' Partit li jipprietka l-għaqda, li jagħti l-lezzjonijiet fuq id- demokrazija, jew li jaspira li jmexxi l-pajjiż. Irrid insemmi wkoll li dak li qal f 'konferenza tal-aħbarijiet it sigħat wara li l-maġġoranza ta' sħabu l-Membri Parlamentari qablu biex itajruh 'il barra, ikkonferma kemm waqgħu malajr l-argumenti li dejjem ġab il-Kap tal-Oppożizzjoni. Adrian Delia qed jinsisti li eleġġewh it-tesserati u b'hekk se jirrispetta d-demokrazija u jżomm postu fit-tmun tal-Partit. Filwaqt li għandu punt f 'dan, jekk niġu biex inkejlu bl-istess riga kien Delia stess li dawn l-aħħar xhur għamel sensiela ta' dikjarazzjonijiet biex jitkeċċew bosta Deputati mill-kabinett ta' Gvern Laburista, ilkoll eletti b'mod demokratiku mill-poplu Malti. Issa li hu jinsab fl-istess pożizzjoni li kien ipoġġi lil ħaddieħor fiha, lest jagħmel dak li ilu jiprietka hu? Sadanittant, din il-ġimgħa stess fil-Parlament Ewropew, f 'riżoluzzjoni kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat- terroriżmu (li jiena nappoġġja bis-sħiħ il-ġlieda kontrihom), tal-Partit Nazzjonalista għal darb oħra ħadu l-opportunita' biex ideffsu, u jitfgħu dell, fuq isem Malta. Kif dejjem sostnejt, il-missjoni tiegħi bħala Ewroparlamentari u fuq kollox bħala ċittadina Maltija hija li nkompli naħdem fl-interess ta' Malta u Għawdex tagħna sabiex pajjiżna jkompli jikseb suċċess. Kburija li nifforma parti mill-Partit Laburista li anke fl-eqqel bidliet tiegħu u matul il-pandemija li affaċċjajna saltnu l-għaqda u l-galbu fih. Mhux b'kumbinazzjoni li l-Kummissjoni Ewropea ftit tal-jiem ilu ddikjarat li r-rata ta' tkabbir għal Malta hija mistennija tkun ogħla mill- medja tal-Unjoni Ewropea u taż-Żona Ewro. Riżultati pożittivi bħal dawn isaħħuni biex inkompli naħdem bis- sħiħ fl-interess tagħkom u ta' pajjiżna. Mhux xeni denji ta' Partit li jipprietka l-għaqda, li jagħti l-lezzjonijiet fuq id- demokrazija, jew li jaspira li jmexxi l-pajjiż.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 July 2020