Illum previous editions

ILLUM 12 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1268414

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2020 Editur: Albert Gauci Cunningham ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D ak li qed naraw iseħħ fil-Partit Nazzjonalista huwa diżastru ta' proporzjonijiet kbar. Partit politiku li huwa l-ikbar u l-unika Oppożizzjoni li tista' fil-fatt tkun Gvern alternattiv tinsab fuq saqajha - maqsuma, miġġielda, imkissra u miblugħa minn żewġ fazzjonijiet estremi li qabdu l-partit u qed iniżżluh 'l isfel fl-abbissi suwed ta' qiegħ l-oċeani. Dan ilu ġej. Ma nistgħux ngħidu li din il-gwerra fil-Partit Nazzjonalista tiġi qisha xi sorpriża - ilha tbaqbaq l-iskuntentizza u l-iskumdità fil-Partit Nazzjonalista - mhux biss ta' grupp ta' Deputati imma ta' ħafna aktar. Ejja ma nilludux ruħna li dawn id-19-il Deputat (tnejn minnhom l-unika żewġ MEPs tal-PN) qed jitkellmu f 'vakum assolut. Anke jekk m'għandhomx raġun u anke jekk ma rrispettawx deċiżjoni demokratika tat-tesserati li tellgħuh b'maġġoranza ta' 53%, il-fatt jibqa' li Delia diġa mar għal test elettorali u tilfu b'mod spettakolari. Is-sena l-oħra l-PN tilef l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew b'distakk ta' aktar minn 42,000 vot, l-elezzjoni tal- Kunsilli b'distakk akbar u ż-żewġ MEPs li ġew eletti kienu tnejn magħrufin illi la kellhom u lanqas qatt ma kellhom wisq simpatiji lejn Delia. Jiġifieri s-sondaġġi xjentifiċi li qed juru lill-PN lura sew u lil Delia aktar, b'persentġġi tant diżastrużi li lanqas ħadd u qatt ma basar, jiġu fil-kuntest ta' appuntament elettorali miġġieled l-aktar fuq materji lokali li Delia tilef bil-qawwi. Delia wera' biċ-ċar illi minkejja li pprova u nammirawh talli pprova, ma rnexxilux jilħaq diversi għanijiet. L-ewwelnett l-għan li joffri Oppożizzjoni magħquda u kredibbli. Illum il-PN huwa mifrud u allura mhux kredibbli. Parti kbira mit-tort hawnhekk huwa ta' nukleu ta' Deputati u uffiċjali li ħalfu li ma jridux jaħdmu miegħu, grupp ta' nies li tħobbhom jew tobgħodhom huma l-istrateġisti, il-ħassieba u l-makkaki fil-partit. Delia tħalla mdawwar b'nies bla ħażen, bla għerf u bla esperjenza meħtieġa. Huwa vera li mhumiex popolari u l-insistenza tagħhom li Delia jitlaq tmur kontra għażla demokratika, imma huwa vera wkoll li kienu parti kruċjali fi Gvernijiet ta' Eddie Fenech Adami u wara ta' Gonzi. Meta qed ngħidu l-fazzjoni qed insemmu l-ismijiet kollha u l-ġenerazzjonijiet li huma marbutin intrisikament mal-partit: Fenech Adami, De Marco u anke Borg Olivier. It-tieninett Delia kien messu indirizza din il-problema mill-bidunett. Messu induna min huma dawk in-nies li se jaħdmu kontrih u tratta l-problema fil-bidu tat-tmexxija tiegħu, mhux baqa' jittama li dawn xi darba se jikkoperaw. Messu jew warrabhom mill-ewwel jew inkella bena pontijiet b'saħħithom u veri ma' dawn in-nies. It-tielet, meta Delia deċieda li jwarrab lil Simon Busuttil ħa kalkolu strateġiku ħażin li jikkonferma l-ewwel punt, jiġifieri li madwaru ma kienx u ma hemmx nies li qed jgħidulu kif għandhom isiru l-affarijiet u x'jiġri jekk jieħu ċerti deċiżjonijiet. Dakinhar kien qed jirrispondi għall- għajtiet mill-Partit Laburista u l-Laburisti ferħulu, pero kif nafu ħafna fil-Partit Nazzjonalista daru kontrih. Qattusa għaġġelija friegħ għomja tagħmel. Dik id-deċiżjoni setgħet saret b'aktar għaqal u b'sehem iktar mifrux. Ir-raba'. Delia minkejja li huwa persuna dħulija u tat-triq falla milli jagħti sfida lill-akbar avversajri tiegħu, kemm Joseph Muscat u issa Robert Abela wkoll. Huwa ċar li l-votanti mhux qed jarawh bħala alternattiva serja u biex inkunu onesti ilhom ma jaraw lill-Partit Nazzjonalista bħal alternattiva serja. Minkejja skandli u ehim tal-Gvern Laburista ta' Muscat - il- Power Station u l-Vitals Global Healthcare - li huma oxxeni, il-Panama Papers, Cafè Premiere u l-esproprijazzjoni lill- Gaffarena, minkejja protesti u saħansitra riżenja ta' Joseph Muscat, meqjus bħala l-persuna li ħolqot u mexxiet moviment ta' votanti u minkejja pandemija li tefgħet ħafna pressjoni fuq is-servizzi tas-saħħa u ġġamjat ekonomija - Delia mhux talli mar 'il quddiem, talli mar lura. X'ma jkunux iridu lil Delia jibqa' numru ta' votanti Laburisti akkaniti! U l-ħames. Delia beda l-karriera tiegħu b'akkużi serji minn Daphne Caruana Galizia dwar flejjes deħlin fżkont f 'Jersey liema flus kien allegatament ġejjin minn ċirku ta' prostituzzjoni f 'Londra mmexxi minn żewġt aħwa Maltin. Delia qal li kien client account. U mid-dehra se jispiċċa l-karriera tiegħu wkoll fil-mira ta' akkużi - din d-darba li Yorgen Fenech baqa' jikkomunika miegħu u hu lura - anke allegatament jirranġaw laqgħa għal ikla wara li kien magħruf li dan huwa sid ta' 17 Black. Agħar minn hekk Delia huwa akkużat illi aċċetta €50,000 mingħand l-istess Fenech biex David Casa ma jkunx elett. Delia ma jistax jiġġieled il-korruzzjoni u l-pożizzjoni tiegħu m'għadhiex tenibbli ladarba huwa mexxej politiku taħt investigazzjoni u inkjesta maġisterjali, bl-istess kejl li kien juża hu fuq politiċi Laburisti. Iva dak li għaddej fil-PN huwa tort grupp ta' ribelli li qatt ma aċettawha li kien elett Delia u dan jgħid ħafna dwarhom u dwar il-Partit Nazzjonalista. Imma issa? X'inhu l-pass li jmiss? Status quo jew bidliet? Tkeċċijiet (irid ikeċċi kważi l-Grupp Parlamentari kollu) jew kooperazzjoni? X'sar minnha l-idea li ħadd mhu akbar mill-partit? Jiġifieri biex xi ħadd jieħu raġun se jippermetti li jniżżel partit għalkopptejh? L-umiltà u l-imħabba lejn il-pajjiż u lejn il-partit - jekk għadha teżisti fil-PN - għandha twassal biex kulħadd jieħu pass lura u għall-ġid tal-pajjiż u tal-partit jinstab kompromess bejn il-fazzjoni ta' kontra Delia u dawk li għadhom jappoġġjawh. Jekk minflok hekk, se jkun hemm aktar pika u aktar għebbusija tar-ras, il-PN se jidiżintegra u nistgħu nasiguraw lid-19-il Deputat imma anke lil Adrian Delia, li l-ġenerazzjonijiet tal-futur mhumiex se jaħfrulhom talli kissru partit u ċaħħdu lil dan il-pajjiż minn oppożizzjoni denja u diċenti. Għażla ċara: Kompromess jew it-tkissir assolut tal-PN

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 July 2020