Illum previous editions

ILLUM 12 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1268414

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 opinjoni IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2020 • illum Qed jaħdmu s-swaba tal-Qarnita tal-Mafja Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth "M eta ħadd ma jis- para , meta ħadd ma joqtol, meta ma jixteridx demm. Ikun ifisser li s-sistema tal-Maa qed tiffunzjona sew" Hekk stqarr Carmine Alfieri, ex boss tal-Maa u kollaboratur tal-ġustizzja. Hekk qed tagħmel bħalissa il-Maa fit-tieni parti tal-pandemija Coronavirus. Bħal- issa l-Maa ħsiebha biex tassalta l-kapitali li qed joħroġ l-istat, tinfiltra fl-ambjent ekonomiku. Tefgħet għajnejha fuq il-flus id- destinati għad-ditti biex jerġgħu jaqbdu t-triq ta' l- iżvilupp. Erba' Qarnitiet Fl-Italja hemm erba' organizazzjonijiet tal-Maa u hemm is-suspett li twieldet il- ħames waħda madwar Foggia fir reġjun Puglia, fl-Italja t'isfel. L-erba' eżistenti huma Cosa Nostra, fi Sqallija, il-Maa oriġinali l-iżjed waħda famuża i l-iżjed imsemmija. Hemm imbagħad 'Ndrangheta li tinsab f 'Calabria. Hemm il-Camorra f 'Napli u fir-reġjun tal-Camorra, waħda mill-eqdem organizazzjonijiet kriminali, ilha mis-seklu sbatax. Ir-raba' waħda hi s-Sacra Corona Unita ibbażata fir-reġjun ta' Puglia imma attiva iżjed l-isfel madwar Brindisi, Lecce u Taranto. Il-Maa hija speċjalizzata fl-industrija tal-bini u artijiet u l-mexxejja tagħha qed jirnexxilhom jiksbu parti mill- fondi pubbliċi. Subgħajn il-qarnita ma daħlux fi kwarantina imma baqgħu attivi fil-kriminalita' u qed jirnexxilhom jiġbdu lejhom attivisti ġodda billi jisfruttaw id- disperazzjoni ta' diversi nies. U qed jirnexxilha tinvesti l-kapital tagħha billi tinfiltra fl-oqsma tat- turiżmu u restawr. Il-Maa hija attiva ħafna fil- qasam tal-ħruq apposta ta' biċċiet tal-baħar. Meta it ilu ġara dan fil-port ta' l-Imġarr f 'Għawdex akart fil-Maa u ġieni suspett li anke dan kien riżultat ta' infiltrazzjoni kriminali. Don Aniello Manganiello Permezz tal-bombi l-Maa twassal il-messaġġ li hi teżisti fit-territorju u għad għandha l-qawwa li tikkontrollah. Don Aniello Manganiello, saċerdot anti maa ta' Scampia jaf tajjeb it- territorju għax fiħ hemm preżenti l-asoċjazzjoni tiegħu msejħa ULTIMI. Hu jgħid li l-attentat ta' bomba "huwa wkoll messaġġ lin-nies: aħna nikkontrollaw it- territorju u nistgħu naslu minn diversi naħat u f 'kull ħin" F'nofs ix-xahar ta' Marzu Nicola Gratteri, prokuratur kap ta' Catanzaro ħareġ messaġġ biex jallarma n-nies: "Attenzjoni Italja, għax l-Ndragheta tixtieq u kapaċi tixtrik". Hemm żewġ elementi li jikkonfermaw is- suspetti tal-prokuratur. L-ewwel wieħed huwa x-xmajjar ta' flus likwidi diffiċli biex tgħoddhom – iżjed minn 60 elf miljun ta' dollari kull sena li qed jistennew biex ikunu investiti legalment. It-tieni tikkonsisti f 'ċirkulari li tavża lill-għases Taljani biex igħassu sew l-anelli dgħajfa ta' katina ekonomika bħalma huma l-bar, restoranti, lukandi azjendi turistiċi, ċentri kummerċjali, ditti agro-pastorali, fi kliem ieħor l-azjendi l-iżjed milquta mill-krizi u li jistgħu jitfgħu fuqhom għajnejhom dawk li akkumulaw illeċitament kapitali enormi. Il-prokuratur wissa lill-istituzzjonijiet li jisselfu l-flus: "Irriskjaw u fornu flejjes puliti lill-Calabresi qabel ma jaslu l-flejjes tal-Maa". Twissija minn Palermo F'Palermo l-maġistrati u l-assoċjazzjonijiet anti- racket ħarġu twissija: "Attenzjoni, il-Coronavirus tirriskja li tiffavorixxi lill- Maa". Il-Gazzetta ta' kuljum REPUBBLICA fit-8 ta' April ħarġet l-aħbar li pakketti ta'spejjż mqassma mill-Maa biex turi l-organizazzjoni Mauża tinsab fejn l-Istat ma wasalx. U Cusiamo, ħu Nicolo', boss tad-droga magħruf ħafna fil-belt qed iqassam affarijiet ta' ikel lill-familji fil-bżonn fil-Kalsa u c-Cep, kwartieri ta' Palermo. Fi kliem ta' inkjesta li saret instab li l-Maa għandha kontroll sħiħ tat-terrirorju. Il-gruppi Maużi qed jaslu qabel ma jasal l-Istat u qed jinfiltraw f 'diversi taqsimiet li suppost jitmexxew mill-Istat. L-assoċjazzjoni SOS Impresa Rete per la legalita bdiet kampanja ta' sensibilazzjoni "Ilkoll Magħqudin Kontra l-Virus tal Maa." Federico Cafierode Raho Il-prokuratur nazzjonali anti- Maa u anti-terroriżmu wissa lill-pubbliku "Kull mument ta' emerġenza fiħ opportunità għall- Maa!" Dun Anġ Seychell

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 July 2020