Illum previous editions

ILLUM 19 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1270958

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2020 Carmel Bonnici Films fiċ-ċinema minn din il-ġimgħa L-Isparatura storika fl-Ok Corral (1) Avveniment li seħħ tabilħaqq u li rajnieh f 'diversi Westerns hija l-isparatura li ġrat fir-"ranch" (razzett) bl-isem ta' OK Corral. Dan kien konfront aħrax u vjolenti bejn grupp ta' Cowboys, ħallelin tal-baqar u dawk li jħarsu l-liġi, attivita' li damet biss madwar 30 sekonda u li ġeneralment hi meqjusa bħala l-aktar sparatura famuża fl-istorja u l-annali tal- Wild West Amerikan (territorju bla liġi). It-taqbida bil-pistoli seħħet għall-ħabta ta' madwar it-3.00pm, nhar l-Erbgħa 26 ta' Ottubru 1881, fil-belt ta' Tombstone, Territorju ta' Arizona. Din ma ġratx ħabta u sabta, imma kienet ir-riżultat ta' argumenti u battibekki kbar għal diversi xhur bejn il- Cowboys Bill Claiborne, Ike u Bill Clanton, Tom u Frank McLaury kontra dawk li jħarsu l-liġi – x-xeriff tal-belt Virgil Earp u l-assistenti tiegħu, x-xeriff Morgan Earp u d-deputat xeriff, innominat qabel dan l-avveniment, Wyatt Earp u Doc Holiday. Billy Clanton u l-aħwa Tom u Frank McLaury inqatlu minnufih, Ike Clanton li qabel iddikjara repetutament li ried joqtol lill-aħwa Earp, sostna li fil-ġlieda ma kienx armat u ħarab flimkien ma' Billy Claiborne. Virgil u Morgan Earp kienu feruti, flimkien mad-dentist, sakranazz Doc Holliday, imma Wyatt Earp ma' ġralu xejn. Ma nistgħux insemmu din il-ġrajja mingħajr ma ninkludu lil Wyatt Earp, isem leġġendarju fl-annali tal-Wild West, li se jissemma' ħafna f 'dan l-artiklu. Din l-isparatura li baqgħet tidwi għall- bosta snin fit-territorji tal-qrib, ma tantx kienet magħrufa mal-pubbliku Amerikan sal-1931 - meta l-awtur Stuart Lake ppubblika il-bijografija Wyatt Earp sentejn biss wara li miet: Frontier Marshall, li ntlaqet tajjeb. Dan il-ktieb ħareġ fl-eqqel tad- Dipressjoni Amerikana u dlonk għoġon l-immaġinazzjoni tal-pubbliku Amerikan. L-istorja ffurmat il-bażi tal-film ta' John Ford, My Darling Clementine u meta fl- 1957 ħareġ film ieħor stupend, Gunfight At e OK Corral. Fil-fatt dan l-inċident baqa' jissemma b'dan l-isem. Fil-films li nħadmu wara kien hemm iżjed preċiżjoni dwar kif dan il-fatt tassew seħħ. Infatti fil-produzzjoni Hour Of e Gun (1967), qabel jibda l-film hemm dikjarazzjoni li ssostni li l-affarijiet fil-film huma kif tassew ġraw. Minkejja l-isem mogħti lil din il-ġlieda, l-inkontru ma sarx eżatt fl-OK Corral Ranch li kien imiss ma' tarf ta' Allen Street, imma f 'passaġġ dejjaq it il-bogħod mill-bieb ta' wara ta' dan ir-razzett. Fi spazju ta' 30 sekonda ġew sparati mat-30 tir, bil-persuni tal-gruppi opposti jkunu biss madwar it aktar minn żewġ metri 'l bogħod minn xulxin. Ike Clanton li mietlu ħuh f 'din it-taqbida ħarrek lill-aħwa Earp u lil Doc Holliday u akkużahom bil-qtil. Wara ġuri ta' madwar 30 jum irriżulta li Earp u Holliday ma kenux ħatjin. Din il-ġlieda ta' malajr ma waqfitx hawn. Nhar it-28 ta' Diċembru 1881 Virgil Earp intasab u ġie mweġġa' serjament minn dawn il-Cowboys li baqgħu ħajjin. Nhar it-18 ta' Marzu 1882, il-Cowboys sparaw tir minn sqaq mudlam li għadda minn vetrina tal-ħġieġ u qatel lil Morgan Earp. Dawk suspettati pprovdew provi li ma kinux fil-post tal-qtil. Wara, Wyatt Earp issa appuntat xeriff ġdid tat-territorju, ħa din il-ħaġa f 'idejh b'serjeta' kbira u b'vendatta spjetata personali naddaf lill-belt darba għal dejjem minn din il-marmalja. Il-belt ta' Tombstone (li tfisser lapida fuq qabar) twaqqfet f 'Marzu 1879, ħdejn il-fruntiera mal-Messiku, u malajr kibret minħabba il-minjieri. L-aħwa Earp wasslu hemm fl-1 ta' Diċembru 1879 u Virgil Earp inħatar Deputy U.S. Marshall ta' Pima County tal-Lvant, bl-uffiċju f 'Tombstone, Arizona. F'Ġunju 1881 sar xeriff tal-belt (bħal kap tal-pulizija). Ħafna mill-fatti li wasslu għal din it- taqtigħa mhumiex ċari biżżejjed. Il-gazzetti ta' dak iż-żmien ma żammew mal-ebda naħa. John Clum li kien jippubblika e Tombstone Epitaph għin biex lejn l-aħħar ta' Settembru 1881, inqas minn xahar qabel din l-isparatura, jwaqqaf Kumitat ta' Viġillanza. Hu nħatar l-ewwel Sindku tal-Belt u l-gazzetta tiegħu kienet tappoġġja lis-sidien negozjanti, kif ukoll l-interessi tagħhom u lill-aħwa Earp. Harry Woods tal-gazzetta l-oħra e Nuggett kien aktar iġib lill- Cowboys (hawn l-isem jindika kriminali), li kienu sidien ta' bini u jieħdu ħsieb l-irziezet u l-merħliet. (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 July 2020